Language of document : ECLI:EU:C:2016:624

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

WATHELET

ippreżentati fit-28 ta’ Lulju 2016 (1)

Kawżi Magħquda C‑20/15 P u C‑21/15 P

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (C‑20/15 P),

Banco Santander SA,

Santusa Holding SL (C‑21/15 P)

“Appell – Artikolu 107(1), TFUE – Dispożizzjonijiet Spanjoli dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li tippermetti lill-impriżi fiskali domiċiljati fi Spanja li jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi fiskalment domiċiljati barra mill-pajjiż – Deċiżjoni 2011/5/UE u Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE – Deċiżjonijiet li jikklassifikaw din is-sistema bħala għajnuna mill-Istat, li jiddikjaraw din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u jordnaw l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Natura selettiva – Identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi li huma l-uniċi vantaġġati mill-miżura li tidderoga mis-sistema komuni”





I –    Introduzzjoni

1.        Permezz tal-appell tagħha fil-kawża C‑20/15 P, il-Kummissjoni Ewropea qed titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas‑7 ta’ Novembru 2014, Autogrill España vs Il‑Kummissjoni (T‑219/10, EU:T:2014:939) (2), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1(1) (3), u l-Artikolu 4 (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta’ Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni fiskali tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) applikata minn Spanja (5).

2.        Permezz tal-appell tagħha fil-kawża C‑21/15 P, il-Kummissjoni titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Novembru 2014, Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni (T‑399/11, EU:T:2014:938) (6), li permezz tagħha, l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1(1) (7), u l-Artikolu 4 (8) tad-Deċiżjoni 2011/282/UE tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal [akkwisti] ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata mir-Renju ta’ Spanja (9).

3.        Permezz taż-żewġ deċiżjonijiet kontenzjużi (10), il-Kummissjoni ddikjarat inkompatibbli mas-suq komuni vantaġġ fiskali li jippermetti lill-impriżi taxxabbli fi Spanja li jammortizzaw l-avvjament finanzjarju (11) li jirriżulta minn akkwistjiet ta’ ishma (12) f’“impriżi barranin” (13) u ordnat lir-Renju ta’ Spanja sabiex jirkupra l-għajnuna mogħtija taħt din is-sistema.

4.        Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, sabiex miżura tkun tista’, bħala għajnuna mill-Istat, taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) TFUE (14), hija, l-ewwel nett, għandha tkun tikkonsisti f’intervent mill-Istat jew tal-inqas f’riżorsi tal-Istat, it-tieni nett, għandha tkun tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, it-tielet nett, tagħti vantaġġ lill-benefiċjaru tagħha u r-raba’ nett, tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni. Dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi (15).

5.        Iż-żewġ appelli jindirizzaw biss it-tielet minn dawn il-kundizzjonijiet, jiġifieri s-selettività. Dan il-kriterju ilu żmien twil parti minn kwistjonijiet mill-iktar kontroversjali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Konsegwentement, l-appelli joffru lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tispeċifika l-portata, b’mod partikolari fil-każ ta’ miżuri fiskali.

6.        B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba sabiex tinterpreta t-termini “billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi” użati fl-Artikolu 107(1), TFUE u sabiex tiddetermina jekk is-selettività tistax tirriżulat mill-unika konstatazzjoni li ġiet stabbilita deroga għall-iskema komuni jew “normali” ta’ taxxa (16) jew, kif iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 45 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 49 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni (17), jekk ikun meħtieġ li tiġi identifikata fil-każijiet kollha kategorija ta’ impriżi, li huma l-uniċi vvantaġġati mill-miżura li tidderoga mis-sistema komuni inkwistjoni.

7.        F’dawn il-konklużjonijiet, se nsostni l-ewwel nett, li mill-mument li miżura fiskali tikkostitwixxi deroga mis-sistema fiskali “normali” jew ta’ riferiment jew ta’ benefiċċju għall-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet għad-detriment ta’ oħrajn li jagħmlu tranżazzjonijiet simili u li, konsegwentement isibu ruħhom, f’sitwazzjoni komparabbli, din il-miżura hija, min-natura stess tagħha, diskriminatorja jew selettiva, ħlief jekk id-differenza maħluqa mill-miżura hija ġġustifikata min-natura jew l-ekonomija ġenerali tas-sistema li hija rreġistrata fiha.

8.        Il-fatt li l-kundizzjonijiet imposti għat-tranżazzjonijiet imsemmija mill-miżura fiskali derogatorja, ikunu relattivament faċli sabiex jitwettqu u li l-benefiċċju ta’ din il-miżura jkun, b’hekk, aċċessibbli għal diversi impriżi, ma jiddubitawx in-natura selettiva tagħha iżda biss il-grad tas-selettività.

9.        Ma naħsibx lanqas li l-fatt li t-test tal-Artikolu 107 TFUE ma jitrattax ħlief il-miżuri “[li j]iffavorixxu ċerti impriżi jew ċerti produtturi” jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu t-tranżazzjonijiet ekonomiċi li se jkunu vvantaġġati mill-istess miżuri. Minħabba li t-tranżazzjonijiet isiru minn impriżi, billi jiffavorixxu ċerti tranżazzjonijiet ekonomiċi, dawn jiffavorixxu wkoll lil ċerti impriżi.

10.      Konsegwentement, fl-opinjoni tiegħi, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fis-sentenzi kkontestati, il-kriterju ta’ selettività previst mill-Artikolu 107(1) TFUE, ma jirrikjedix l-identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi li għandhom karatteristiċi proprji (18) li jagħmluhom l-uniċi favoriti mill-miżura fiskali inkwistjoni.

11.      It-tieni nett, nikkonkludi, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ddefinita fis-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), li l-miżura kontenzjuża hija selettiva minħabba li tiffavorixxi lill-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet transkonfinali u mhux lill-impriżi li jagħmlu l-istess tranżazzjonijiet fuq livell nazzjonali.

II – Il-fatti qabel il-kawżi

12.      Fl-10 ta’ Ottubru 2007, wara diversi domandi bil-miktub li saru fl-2005 u fl-2006, mill-Membri tal-Parlament Ewropew kif ukoll wara lment li rċeviet il-Kummissjoni mingħand operatur privat fl-istess sena, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali kontra l-miżura kontenzjuża.

13.      Din tal-aħħar tipprevedi li, fil-każ ta’ akkwist ta’ ishma f’“kumpannija barranija”, minn impriża taxxabbli fi Spanja u sakemm dan l-akkwist ikun tal-inqas 5 % u l-kumplament jibqa’ jinżamm għal perjodu mhux interrott ta’ mill-inqas sena, l-avvjament li jirriżulta minn dan l-akkwist ta’ ishma, irreġistrat fil-kontijiet tal-impriża bħala attiv intanġibbli distint, jista’ jitnaqqas, fil-forma ta’ amortizzazzjoni, mill-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji li l-impriża għandha tħallas.

14.      Għall-kuntrarju, skont id-dritt fiskali Spanjol, akkwist minn impriża taxxabbli fi Spanja ta’ ishma f’kumpannija stabbilita fi Spanja ma jippermettix li l-avvjament li jirriżulta minn dan l-akkwist jiġi, għall-finijiet tat-taxxa, irreġistrat separatament fil-kontijiet. Għall-kuntrarju, dejjem skont id-dritt Spanjol, l-avvjament jista’ jiġi amortizzat fil-każ ta’ ragruppament ta’ impriżi (19).

15.      Il-Kummissjoni għalqet il-proċedura rigward l-akkwisti ta’ ishma mwettqa fl-Unjoni permezz tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża. Fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-deċiżjoni, Il-Kummissjoni ddikjarat li l-iskema kontenzjuża hija inkompatibbli mas-suq komuni, liema skema tikkonsisti fi vantaġġ fiskali li jippermetti lill-kumpanniji Spanjoli jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi barranin, meta din tapplika għal akkwisti ta’ ishma f’impriżi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni. Fl-Artikolu 4 tal-istess deċiżjoni, hija ordnat lir-Renju ta’ Spanja biex jirkupra l-għajnuna mogħtija taħt din l-iskema.

16.      Il-Kummissjoni żammet miftuħa l-proċedura għal dak li jirrigwarda l-akkwisti ta’ ishma mwettqa barra mill-Unjoni, filwaqt li l-awtoritajiet Spanjoli impenjaw ruħhom li jipprovdu elementi ġodda dwar l-ostakli għall-amalgamazzjonijiet transkonfinali eżistenti barra mill-Unjoni.

17.      Permezz tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ddikjrat ukoll li l-iskema kontenzjuża hija inkompatbbli mas-suq komuni minħabba li tikkonsisti f’vantaġġ fiskali li jippermetti lill-kumpanniji Spanjoli sabiex jammortizzaw l-avvjament li jirriżulta mill-akkwist ta’ ishma f’impriżi barranin, meta applikata għal akkwisti ta’ ishma f’impriżi stabbiliti barra mill-Unjoni (20) u ordnat lir-Renju ta’ Spanja sabiex jirkupra l-għajnuna li ngħataw taħt din l-iskema (21).

III – Il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenzi kkontestati

18.      Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑14 ta’ Mejju 2010, Autogrill España SA, li wara saret World Duty Free Group SA (WDFG), ressqet kawża intiża għall-annullament tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża. Sabiex isostni dan ir-rikors, WDFG qajmet erba’ motivi li l-ewwel wieħed minnhom kien ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni li għamlet il-Kummissjoni tal-kundizzjoni dwar is-selettività (22).

19.      Permezz ta’ att ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑29 ta’ Lulju 2011, Banco Santander SA, u Santusa Holding SL (iktar ’il quddiem “Banco Santander u Santusa”) ippreżentaw rikors għall-annullament tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża. Sabiex isostnu r-rikors tagħhom, Banco Santander u Santusa qajmu ħames motivi, li l-ewwel wieħed minnhom ukoll kien ibbażat fuq żball ta’ liġifl-applikazzjoni li għamlet il-Kummissjoni tal-kundizzjoni dwar is-selettività (23).

20.      Permezz tas-sentenzi kkontestati, il-Qorti Ġenerali laqgħet, abbażi tal-motivi essenzjalment identiċi, l-ewwel motiv taż-żewġ rikorsi, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE, fir-rigward tal-kriterju ta’ selettività u annullat l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 4 tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, mingħajr ma analizzat il-motivi l-oħra tat-talba.

21.      Fis-sentenzi kkontestati, il-Qorti Ġenerali l-ewwel nett ikkunsidrat li “l-klassifikazzjoni ta’ miżura fiskali nazzjonali bħala ‘selettiva’ tippreżumi, fl-ewwel stadju, l-identifikazzjoni u l-eżami minn qabel tas-sistema fiskali komuni jew ‘normali’ applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat. Huwa inkonnessjoni ma’ din is-sistema fiskali komuni jew ‘normali’ li għandha, fit-tieni stadju, tiġi evalwata l-eventwali natura selettiva tal-vantaġġ mogħti mill-miżura fiskali inkwistjoni, u dan filwaqt li jiġi żgurat li din il-miżura tidderoga mill-imsemmija sistema komuni sa fejn hija tiddistingwi bejn operaturi li, fid-dawl tal-għan marbut mas-sistema fiskali ta’ dan l-Istat Membru, ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli […]Skont il-każ, fit-tielet stadju hekk lok li jiġi eżaminat jekk Stat Membru inkwistjoni jkunx irnexxielu jistabbilixxi li din il-miżura hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura tas-sistema li minnha hija tagħmel parti […]” (24).

22.      Il-Qorti Ġenerali, madankollu ddeċidiet li “meta l-miżura inkwistjoni, anki jekk tkun tikkostitwixxi deroga għas-sistema fiskali komuni jew ‘normali’, tkun potenzjalment aċċessibbli għall-impriżi kollha, ma tistax titwettaq l-operazzjoni li permezz tagħha jsir paragun, fid-dawl tal-għan imfittex mis-sistema komuni jew ‘normali’, bejn is-sitwazzjoni legali u fattwali ta’ impriżi li jistgħu jibbenefikaw mill-miżura u dik ta’ impriżi li ma jistgħux jibbenefikaw minnha […]. [Sabiex] il-kundizzjoni għal selettività tiġi ssodisfatta, kategorija ta’ impriżi, li huma l-uniċi vantaġġati mill-miżura inkwistjoni, għandha f’kull każ tiġi identifikata. […] [I]s-selettività ma tistax tirriżulta mill-konstatazzjoni biss li tkun ġiet stabbilita deroga għal sistema fiskali komuni jew “normali.” (25).

23.      Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, l-eżistenza, anki jekk jiġi preżunt li hija stabbilita, ta’ deroga jew eċċezzjoni għall-kuntest ta’ riferiment identifikat mill-Kummissjoni ma tippermettix, fiha nfisha, li jiġi stabbilit li l-miżura kontenzjuża tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li din il-miżura hija aċċessibbli, a priori, għal kull impriża. (26).

24.      Rigward il-miżura kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li hija tapplika għal kull akkwist ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 % f’kumpanniji barranin li jinżammu b’mod mhux interrott għal mill-inqas sena. Għaldaqstant, hija ma tkopri ebda kategorija partikolari ta’ impriżi jew produtturi, iżda kategorija ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi (27).

25.      Skont il-Qorti Ġenerali, sabiex tibbenefika mill-miżura kontenzjuża, impriża għandha takkwista ishma f’kumpannija barranija (28). Il-Qorti Ġenerali qieset li tali tranżazzjoni, purament finanzjarja, ma timponix, a priori, fuq l-impriża akkwirenti l-obbligu li tibdel l-attività tagħha u, barra minn hekk, jimplika biss, bħala prinċipju, għal din l-impriża, responsabbiltà limitata għall-investiment imwettaq (29). Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li, skont il-punt 36 tas-sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke(C‑143/99, EU:C:2001:598), “miżura li l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti minn natura tal-attività tal-impriżi, mhix, a priori, selettiva”(30).

26.      Il-Qorti Ġenerali żiedet li l-miżura kontenzjuża ma tiffissa ebda ammont minimu li jikkorrispondi għal-limitu minimu ta’ 5 % ta’ ishma u għalhekk ma tirriżervax de facto l-benefiċċju tagħha għal impriżi li jkollhom riżorsi finanzjarji suffiċjenti għal dan il-għan (31). Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali tinnota li l-miżura kontenzjuża tipprevedi li vantaġġ fiskali jingħata abbażi ta’ kundizzjoni marbuta mal-akkwist ta’ beni ekonomiċi partikolari, jiġifieri ishma f’kumpanniji barranin (32). “Issa, fis-sentenza [tad-19 ta’ Settembru 2000,] Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni, [(C‑156/98, EU:C:2000:467, punt 22)], il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tnaqqis fiskali li minnu jibbenefikaw il-kontribwenti li jbigħu ċerti beni ekonomiċi u li jistgħu jnaqqsu l-benefiċċju li jirriżulta minn dan meta jakkwistaw ishma f’kumpanniji b’kapital azzjonarju li għandhom is-sede tagħhom f’ċerti reġjuni, jagħti lil dawn il-kontribwenti vantaġġ li, bħala miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha, ma kienx jikkostitwixxi għajnuna fis-sens tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat […]. B’hekk, il-miżura kontezjuża, a priori, ma teskludi l-ebda kategorija ta’ impriżai mill-benefiċċju tagħha […] Għaldaqstant, anki jekk jiġi preżunt li l-miżura kontenzjuża tikkostitwixxi deroga għall-kuntest ta’ riferiment użat mill-Kummissjoni, din iċ-ċirkustanza ma tikkostitwixxix, f’kull każ, motiv li jippermetti li jiġi stabbilit li l-imsemmija miżura tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu [107 TFUE]” (33).

27.      Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali indikat li skont il-Kummissjoni, il-miżura kontenzjuża kienet selettiva fis-sens li [kienet] tiffavorixxi biss ċerti gruppi ta’ impriżi li kienu jwettqu ċertu investiment barra l-pajjiż, u dejjem skont il-Kummissjoni, miżura li tivvantaġġa biss lill-impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li għalihom kien suġġet l-għoti tagħha, kienet selettiva “fid-dritt”, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi żgurat li, permezz tal-effetti tagħha, ma setgħetx tagħti vantaġġ lil ċerti impriżi jew lil ċerti produtturi (34).

28.      Issa skont il-Qorti Ġenerali, dan il-motiv l-ieħor tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, ma jippermettix bl-istess mod li tiġi stabbilita n-natura selettiva tal-miżura kontenzjuża. Il-Qorti Ġeneralikkunsidrat li, skont ġurisprudenza stabbilita (35), l-Artikolu 107(1) TFUE kien jiddistingwi bejn l-interventi tal-istat skont l-effetti tagħhom u li l-approċċ propost mill-Kummissjoni seta’ jwassal sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ selettività għal kull miżura fiskali fejn il-benefiċċju huwa suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, minkejja li l-impriżi benefiċjarji ma jikkondividu l-ebda karatteristika proprja li tippermetti li jiġu distinti minn impriżi oħra, minbarra l-fatt li huma setgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li għalihom kien suġġett l-għoti tal-miżura (36).

29.      It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali tinnota li skont il-Kummissjoni, il-miżura kontenzjuża kellha l-għan li tiffavorixxi l-esportazzjoni tal-kapital barra minn Spanja, sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-kumpanniji Spanjoli barra l-pajjiż, biex b’hekk tittejjeb il-kompetittività tal-benefiċjarji tal-iskema (37).

30.      Skont il-Qorti Ġenerali, il-konstatazzjoni tas-selettività ta’ miżura hija bbażata fuq differenza fit-trattament bejn kategoriji ta’ impriżi li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni tal-istess Stat Membru u mhux fuq differenza fit-trattament bejn l-impriżi ta’ Stat Membru u dawk ta’ Stati Membri oħra (38). Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li r-rabta, bejn l-esportazzjoni tal-kapital u l-esportazzjoni ta’ beni tippermetti biss, jekk jiġi preżunt li din hija stabbilita, li twassal għall-konstatazzjoni ta’ effett fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ, u mhux għal dik ta’ selettività tal-miżura kontenzjuża, li għandha tiġi evalwata f’kuntest nazzjonali (39).

31.      Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li għandu jiġi miċħud ukoll l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li, fil-ġurisprudenza tagħha il-Qorti tal-Ġustizzja diġà aċċettat li miżura fiskali tiġi kklassifikata bħala selettiva mingħajr ma jiġi stabbilit jekk il-miżura inkwistjoni kinitx tiffavorixxi kategorija partikolari ta’ impriżi jew ta’ produtturi, bl-esklużjoni ta’ impriżi oħra jew ta’ produtturi oħra (40).

32.      F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat min-naħa li, fit-tliet sentenzi invokati mill-Kummissjoni [sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), il-kategorija ta’ impriżi benefiċjarji li tippermetti li tiġi deċiża s-selettività tal-miżura inkwistjoni kienet dik ikkostitwita mill-kategorija ta’ “impriżi esportaturi”, għandha tiġi kkunsidrata bħala kategorija estremament wiesgħa, iżda bl-istess mod partikolari peress li tgħaqqad flimkien l-impriżi li jistgħu jiġu distinti minħabba karatteristiċi komuni u speċifiċi marbuta mal-attività ta’ esportazzjoni tagħhom (41).

33.      Min-naħa l-oħra, rigward is-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), il-Qorti Ġenerali qieset li, ċertament, il-vantaġġ fiskali inkwistjoni fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, kien jirrigwarda għadd ta’ attivitajiet ta’ esportazzjoniji, inkluż l-akkwist mill-ġdid ta’ ishma ta’ kumpanniji barranin, xorta jibqa’ l-fatt li l-impriżi, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġ inkwistjoni, kellhom jakkwistaw ishma f’kumpanniji marbuta direttament mal-attività ta’ esportazzjoni ta’ oġġetti jew ta’ servizzi. Għalhekk, din il-miżura kienet intenzjonata wkoll għall-kategorija partikolari tal-impriżi esportaturi (42).

IV – Il-proċedura u l-konklużjonijiet tal-partijiet

34.      Permezz tal-appelli tagħha fil-kawżi C‑20/15 P u C‑21/15 P, il-Kummissjoni talbet li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

–        tannulla rispettivament, is-sentenza appellata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u s-sentenza appellata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni;

–        tirrinvija l-kawżi rispettivi quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, u

–        tirriżerva l-ispejjeż.

35.      WDFG (C‑20/15 P) u Banco Santander u Santusa (C‑21/15 P) talbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

–        tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-oġġezzjonijiet għall-appell tal-Kummissjoni prodotti fin-noti tagħhom;

–        tiċħad l-uniku aggravju tal-Kummissjoni u tikkonferma rispettivament, is-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u s-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, kif ukoll

–        tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

36.      Permezz tad-Digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑19 ta’ Mejju 2015, ir-Repubblika ta’ Spanja, l-Irlanda u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ġew ammessi sabiex jintervjenu b’sostenn għat-talbiet ta’ WDFG (C‑20/15 P) u ta’ Banco Santander u Santusa (C‑21/15 P).

37.      Għall-kuntrarju, permezz tad-Digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2015, it-talbiet għal intervent ta’ Telefónica SA u ta’ Iberdrola SA b’sostenn għat-talbiet ta’ WDFG (C‑20/15 P) u ta’ Banco Santander u Santusa (C‑21/15 P), ġew miċħuda.

38.      Il-Kummissjoni, WDFG, Banco Santander u Santusa,ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju ta’ Spanja ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Dawn għamlu wkoll osservazzjonijiet orali matul is-seduta li saret fil-31 ta’ Mejju 2016.

V –    Fuq l-appelli

39.      Sabiex isostni l-appelli tagħha, il-Kummissjoni invokat aggravju uniku identiku, artikolat f’żewġ partijiet, ibbażat fuq żball ta’ liġi imwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni tal-kundizzjoni dwar is-selettività kif rikjest mill-Artikolu 107(1) TFUE.

A –    Fuq l-ewwel parti

1.      L-argumenti tal-partijiet

40.      Permezz tal-ewwel parti tal-aggravju uniku, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta imponiet fuqha, sabiex turi n-natura selettiva ta’ miżura, l-obbligu li tiddetermina grupp ta’ impriżi li għandhom karatteristiċi proprji.

41.      Il-Kummissjoni ssostni li d-deċiżjonijiet kontenzjużi tagħha ikkonkludew li l-miżura kontenzjuża kienet tikkostitwixxi eċċezzjoni għas-sistema ġenerali li tiffavorixxi biss lill-impriżi li jwettqu ċertu tip ta’ investiment barra mill-pajjiż, (jiġifieri, akkwisti ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 %) meta mqabbla ma’ impriżi li jagħmlu l-istess tip ta’ investiment fi Spanja, u li, minħabba dan il-fatt kienu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Il-Kummissjoni ssostni li għalkemm il-Qorti Ġenerali kkonfermat l-applikazzjoni ta’ dan il-metodu, hija barra minn hekk, timponi fuq il-Kummissjoni li tistabbilixxi li l-miżura tiffavorixxi ċertu impriżi li jippruvaw jiġu identifikati mill-fatt tal-karatteristiċi speċifiċi, li l-impriżi l-oħra ma għandhomx, jiġifieri karatteristiċi proprji u identifikabbli ex ante.

42.      Skont il-Kummissjoni, din l-analiżi supplimentari u invarjabbilment iktar restrittiva tal-kunċett ta’ selettività li fuqu tibbaża il-Qorti Ġenerali sabiex tordna l-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-deċiżjonijiet kontenzjużi, tikkostitwixxi żball ta’ liġi u hija kuntrarja għall-ġurisprudenza stabbilita tal-qrati tal-Unjoni, li tagħha, barra minn hekk hija tat f’diversi okkażjonijiet stampa mhux reali.

43.      Il-Kummissjoni tilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet li miżura li l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti mill-attività tal-impriża jew li ma tissuġġettax l-applikazzjoni tagħha għall-ebda ammont minimu, tista’ tkun selettiva. Skont il-Kummissjoni, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 57 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 61 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, ma jistax jiġi dedott mill-punt 36 tas-sentenza tat‑8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke(C‑143/99, EU:C:2001:598), li miżura li l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti min-natura tal-attività tal-impriżi ma hijiex, a priori, selettiva. Il-Kummissjoni sostni li jirriżula mill-punt 36, li miżura li ma hijiex selettiva jekk tiġi applikata b’mod ġenerali għall-impriżi kollha fl-Istat Membru mingħajr ebda distinzjoni, u mhux, kif tippretendi l-Qorti Ġenerali fis-sentenzi kkontestati, minħabba r-rabta tagħha mal-attivitajiet tal-impriżi.

44.      Il-Kummissjoni tilmenta wkoll li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punti 59 sa 62 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 63 sa 66 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, li l-miżura kontenzjuża ma kinitx selettiva minħabba li kienet marbuta mal-akkwist ta’ beni ekonomiċi partikolari u ma kienet teskludi, a priori, ebda kategorija ta’ impriżi mill-vantaġġ tagħha. Fil-fatt, f’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, ibbażat ruħha fuq il-punt 22 tas-sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467). Fil-fatt, jirriżulta mill-punti 22 u 23 ta’ dik is-sentenza li, fil-kawża li tat lok għal din tal-aħħar, il-Kummissjoni ikklassifikatx il-miżura inkwistjoni bħala selettività biss għal parti minn dawn il-kumpanniji determinati ġeografikament li investituri privati kienu reġgħu investew il-qligħ provenjenti mill-bejgħ ta’ beni ekonomiċi u mhux għall-parti tal-istess investituri msemmija, li għalihom hija kkunsidrat li din il-miżura ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna. Fi kwalunkwe każ, f’din il-kawża, l-evalwazzjoni tan-natura selettiva tal-miżura ma ġietx ikkontestata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

45.      Barra minn hekk, il-Kummissjoni ilmentat li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet fil-punti 66 sa 68 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 70 sa 72 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li miżura li l-vantaġġ tagħha huwa “suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, minkejja li l-impriżi benefiċjarji ma jaqsmu ebda karatteristika proprja li tippermetti li jiġu distinti minn impriżi oħra, minbarra l-fatt li huma jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li għalihom l-għoti tal-miżura hija suġġetta”, ma tistax tkun selettiva.

46.      Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha wkoll fuq analiżi żbaljata tal-ġurisprudenza kkonċernata.

47.      Inkwantu għas-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732), il-Kummissjoni targumenta li jirriżulta mill-punti 90 u 91 ta’ din is-sentenza li l-kawża li tat lok għal din tal-aħħar kienet tikkonċerna sitwazzjoni partikolari ħafna li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat bħala selettiva l-istruttura fiskali ta’ riferiment stess, minħabba li din tal-aħħar tiffavorixxi bħala tali l-impriżi “offshore” u mhux kwalunkwe deroga minnha. Ir-riferiment li sar f’din is-sentenza għall-“karatteristiċi speċifiċi” ta’ kategorija ta’ impriżi għandha għalhekk tinftiehem bħala li qed tirreferi għall-karatteristiċi li minħabba fihom dwan l-impriżi huma fiskalment vantaġġati fil-kuntest tas-sistema ta’ riferiment skont in-natura selettiva u ma tistax tiġi estrapolata lil hinn minn dan il-kuntest partikolari.

48.      Il-Kummissjoni tinnota li, fil-punt 66 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 70 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali tiċċita biss l-ewwel sentenza tal-punt 42 tas-sentenza tad-29 ta’ Marzu 2012, 3M Italia(C‑417/10, EU:C:2012:184) (43) filwaqt li t-tieni sentenza ta’ dan il-punt 42, tirrifletti l-prinċipju sanċit fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li miżura hija selettiva jekk hija ta’ natura li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” meta mqabbla ma’ oħrajn, li jsibu ruħhom, inkwantu għall-għan imfittex mill-imsemmija sistema, f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli.

49.      Il-Kummissjoni ssostni li hija kkonformat ruħha mal-metodu ta’ analiżi relatat mas-selettività fil-qasam fiskali kif sanċit mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta stabbilixxiet, fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, li l-miżura kontenzjuża tikkostitwixxi deroga meta mqabbla ma’ kuntest ta’ riferiment, peress li tipprevedi għall-impriżi taxxabbli fi Spanja li jagħmlu akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji stabbiliti barra mill-pajjiż, trattament fiskali distint minn dak applikabbli għall-impriżi taxxabbli fi Spanja li jagħmlu akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji li huma stabbiliti fi Spanja, filwaqt li dawn iż-żewġ kategoriji ta’ impriżi jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli.

50.      Hija tqis li l-Qorti Ġenerali, meta imponietilha l-inkarigu supplimentari li turi li l-miżura kontenzjuża tiffavorixxi ċerti impriżi li jistgħu jiġu identifikati minħabba l-karatteristiċi speċifiċi, li l-impriżi l-oħra ma għandhomx, jiġifieri karatteristiċi proprji u identifikabbli ex ante, hija bbażat ruħha fuq kunċett ta’ selettività neċessarjament iktar restrittiv minn dak sanċit fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja u għalhekk, kuntrarja għalih, u billi għamlet dan, wettqet żball ta’ liġi.

51.      WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa b’mod preliminari jinnotaw, li fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, il-Kummissjoni ma sostnietx li l-miżura kontenzjuża kienet de facto selettiva, b’tali mod li, fil-kuntest ta’ dan l-appell, għandha tiġi analizzata biss il-kritika diretta kontra s-sentenzi appellati, minħabba li l-Qorti Ġenerali fihom iddeċidiet li l-motivi invokati mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet, ma jippermettux li jiġi konkluż li din il-miżura kienet selettiva de jure.

52.      Huma jsostnu li jirriżulta mis-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke(C‑143/99, EU:C:2001:598) li miżura miftuħa għall-impriżi kollha u potenzjalment applikabbli għalihom kollha, ma tistax tiġi meqjusa bħala selettiva. Għall-kuntrarju, minn din is-sentenza ma jistax jiġi dedott, kif għamlet il-Kummissjoni li, sabiex ikun ma jkunx hemm selettività, il-miżura għandha effettivament tapplika għall-impriżi kollha tal-Istat Membru mingħajr eċċezzjoni, minħabba li din l-ipoteżi jkollha bħala konsegwenza il-fatt li kważi r-regoli fiskali kollha jkunu selettivi.

53.      WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa ċaħdu wkoll l-ipoteżi tal-Kummissjoni li skontha l-miżuri diġà ġew ripetutament meqjusa bħala selettivi, anki jekk huma ma stabbilixxew ebda ammont ta’ investiment minimu u kienu japplikaw indipendentement min-natura tal-attivitajiet tal-benefiċjarju.

54.      Għall-kuntrarju, il-miżura kontenzjuża, minħabba li tagħti vantaġġ fiskali fir-rigward ta’ komportament, li huwa miftuħ, fil-fatt u fid-dritt, għal kull tip ta’ impriża u ta’ settur, ma hijiex awtomatikament, u minħabba dan il-fatt biss, ikkunsidraat bħala prima facie u de jure selettiva.

55.      WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa isostnu li l-Qorti Ġenerali ġustament ibbażat ruħha fuq il-punt 22 tas-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467) u kkonformat strettament mal-kundizzonijiet tiegħu. Fid-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza, il-Kummissjoni hija stess speċifikament aċċettat in-nuqqas ta’ selettività tal-miżura fir-rigward tal-investituri kkonċernati, li kien ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja.

56.      Fil-prattika deċiżjonali tagħha, il-Kummissjoni diġà eskludiet ripetutament is-selettività tal-miżuri fiskali li japplikaw l-istess kriterju, jiġifieri dak tan-nuqqas ta’ selettività tal-miżuri ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għal kull impriża u li minnha jista’ jibbenifika kull kontribwent.

57.      Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju ma twassalx għal nuqqas ta’ selettività tal-miżuri relatati mal-akkwist ta’ ċerti attivi invokati mill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri kienu jkunu selettivi kieku ġie vverifikat li huma ta’ benefiċċju de facto għal ċertu impriżi u mhux għal oħrajn. Fi kwalunkwe każ, is-selettività tagħhom tirriżulta mhux min-natura tal-attivi iżda mill-fatt li din in-natura tippermetti li jiġi kkunsidrat li l-akkwirenti kkonċernati jiffurmaw kategorija partikolari.

58.      Rigward is-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni, (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa jqisu li l-Qorti Ġenerali ġustament ikkunsidrat li l-miżura inkwistjoni fil-kawża li wasslet għal din is-sentenza kienet differenti minn dik tal-kawża prinċipali, minħabba li hija kienet intiża sabiex tagħti vantaġġ lil kategorija distinta u identifikabbli ta’ impriżi, jiġifieri dawk li jagħmlu attivitajiet ta’ esportazzjoni.

59.      WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa saħansitra jsostnu li jirriżulta b’mod ċar mill-punt 104 tas-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732), li miżura ma tista’ tiġi kklassifikata bħala selettiva biss jekk hija tibbenefika minn kategorija ta’ impriżi li jikkondividu l-“karatteristiċi” li huma “speċifiċi” għalihom. Jirriżulta wkoll minn din is-sentenza li l-identifikazzjoni ta’ deroga għas-sistema komuni mhix għan fiha nnifisha peress li dak li huwa importanti hu l-effett reali tal-miżura li jibbenefikaw minnha jew le impriżi jew produtturi identifikati.

60.      L-interpretazzjoni tas-sentenza tad-29 ta’ Marzu 2012, 3M Italia(C‑417/10, EU:C:2012:184), sostnuta mill-Kummissjoni, ma għandhix tinżamm iktar. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ikkunsidrat li l-fatt li huma biss il-kontribwenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ miżura, li jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura, kien jagħtiha natura selettiva.

61.      WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, fl-aħħar nett, jargumentaw li l-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet li miżura ma setgħetx tiġi kklassifikata bħala selettiva fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE jekk il-benefiċċju tagħha jiddependi minn komportament li huwa prima facie aċċessibbli għal kull impriża, indipendentement mis-settur ta’attività tagħha. Dan kien enfasizzat mill-konstatazzjoni, fis-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467), dwar in-nuqqas ta’ selettività ta’ tali miżura. L-analiżi tal-Qorti Ġenerali essenzjalment kienet l-istess bħal dik proposta mill-Avukat Ġenerali Kokott fil-konklużjonijiet tagħha fil-kawża li wasslet għas-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2015, Finanzamt Linz (C‑66/14, EU:C:2015:661). Barra minn hekk, l-ipoteżi kuntrarja twassal għal sitwazzjoni assurda li fiha kull miżura fiskali tkun awtomatikament hija selettiva, jekk din ma tkunx intużat mingħajr eċċezzjoni mill-impriżi kollha ta’ Stat Membru.

62.      Ir-Renju ta’ Spanja jsostni li s-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598) tikkonferma l-pożizzjoni adottata mill-awtoritajiet Spanjoli matul il-proċedura amministrattiva li skontha, vantaġġ ekonomiku ma jistax jiġi kkunsidrat bħala għajnuna jekk huwa suxxettibbli li jiffavorixxi “ċerti impriżi u ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 107(1)TFUE. Matul il-proċedura amministrattiva, l-awtoritajiet Spanjoli wrew in-natura miftuħa tal-miżura kontenzjuża, li għalhekk tikkonferma l-analiżi esposta fis-sentenzi kkontestati u l-fatt li l-Kummissjoni ma wrietx in-natura selettiva tal-miżura fid-deċiżjonijiet kontenzjużi.

63.      L-Irlanda tgħid li għall-kuntrarju ta’ dak li qed isostni l-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma ddeduċietx mis-sentenzi tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598); tas-6 ta’ Marzu 2002, Diputación Foral de Álava et vs Il‑Kummissjoni (T‑92/00 u T‑103/00, EU:T:2002:61), u tad-9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava et vs Il‑Kummissjoni (T‑227/01 sa T‑229/01, T‑265/01, T‑266/01 u T‑270/01, EU:T:2009:315), li kienu selettivi biss il-miżuri li l-applikazzjoni tagħhom kienet marbuta man-natura tal-attivitajiet tal-impriża jew li l-applikazzjoni tagħhom kienet suġġetta għal ammont minimu, iżda biss li s-selettività tal-miżura kontenzjuża ma setgħetx tiġi stabbilita inkwantu għal miżura li setgħu jibbenefikaw minnha l-impriżi Spanjoli li jinvestu f’akkwist ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 % f’impriża barranija, indipendentement min-natura tal-attività tagħhom u tal-ammonti investiti.

64.      Dan l-Istat Membru jsostni li l-Qorti Ġenerali ġustament ibbażat ruħha fuq il-punt 104 tas-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732) sabiex tiddeċiedi li kien hemm bżonn, sabiex differenza fiskali tkun tista’ tiġi kklassifikata bħala għajnuna, li tiġi identifikata kategorija partikolari ta’ impriżi li jistgħu jiġu distinti mill-karatteristiċi speċifiċi. Skont l-Irlanda, il-kundizzjoni ta’ selettività kif stabbilita fl-Artikolu 107(1) TFUE, għandu jkollha l-istess definizzjoni fil-kawżi kollha dwar allegata għajnuna fiskali mill-Istat, b’tali mod, li kuntrarjament għal dak li qed issostni l-Kummissjoni, il-prinċipju sanċit espressament fil-punt 104 tal-imsemmija sentenza ma jistax jiġi limitat għall-analiżi tas-sistema fiskali “meħuda fit-totalità tagħha”.

65.      L-Irlanda tqis li l-miżuri bħall-miżura kontenzjuża, li huma verament miftuħa għall-impriżi kollha, minħabba li huwa impossibbli li jiġi identifikat settur partikolari jew impriża partikolari li għandhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni tagħha u li għalhekk ikunu żvantaġġati, ma għandhom qatt jiġu kkunsidrati bħala selettivi. Fil-prassi deċiżjonali tagħha, il-Kummissjoni xorta tibbaża ruħha fuq dan il-motiv sabiex tikkonkludi n-nuqqas ta’ selettività ta’ ċerti miżuri ta’ amnestija avolja din hija deroga mill-kuntest ta’ riferiment. Il-pożizzjoni adottata mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ dawn l-appelli għalhekk mhix koerenti mal-prattika proprja ta’ din l-istituzzjoni.

66.      Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni li l-eżistenza, suppost stabbilita, ta’ deroga jew ta’ eżenzjoni mill-kuntest ta’ riferiment identifikat mill-Kummissjoni ma tippermettix, waħidha, li jiġi konkluż li l-miżura kontenzjuża tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Għall-kuntrarju, minn dan jirriżulta biss li l-vantaġġ fiskali jista’ jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal sussidju (jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja effettiva mogħtija lil impriża determinata) u bħala li għandu inċentiv simili. Konsegwentement, wara din l-analiżi, skont il-ġurisprudenza (sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u tar-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 104); il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża li wasslet għas-sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Finanzamt Linz (C‑66/14, EU:C:2015:661, punti 83 sa 85) u kif ukoll kif iddeċidiet ġustament il-Qorti Ġenerali fis-sentenzi kkontestati, għandu jiġi vverifikat fi stadju supplimentari, jekk il-kategorija ta’ kontribwenti vvantaġġati minn miżura fiskali tinkludix impriżi jew produzzjonijiet biżżejjed speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

67.      Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet li l-Kummissjoni kienet uriet sal-grad rikjest mil-liġi li l-kategorija ta’ impriżi benefiċjarji kienet ikkaratterizzata biżżejjed mill-fatt li dawn l-impriżi kienu jappartjenu lil ċertu setturi jew ċertu fergħat tal-ekonomija (sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2005, Unicredito Italiano (C‑148/04, EU:C:2005:774, punti 44 et seq.), li huma kellhom forma ġuridika ddeterminata (sentenza tal-10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et (C‑222/04, EU:C:2006:8, punt 136) u ċertu daqs (sentenza tat-13 ta’ Frar 2003, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑409/00, EU:C:2003:92, punti 48 u 49), jew saħansitra s-sede soċjali tagħhom kien jinsab f’reġjun iddeterminat (sentenza tas‑17 ta’ Novembru 2009, Presidente del Consiglio dei Ministri (C‑169/08, EU:C:2009:709, punt 63).

68.      Għall-kuntrarju jirriżulta mill-ġurisprudenza li l-fatt li ġew previsti kundizzjonijiet ta’ attribuzzjoni ta’ vantaġġ fiskali jew ta’ deroga mill-istruttura ġenerali fih innifsu mhux biżżejjed sabiex tiġi stabbilita n-natura selettiva tal-miżura fiskali.

69.      Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li vantaġġ fiskali li jibbenefikaw minnu l-persuni taxxabbli li jbigħu ċertu beni ekonomiċi, jagħtihom vantaġġ li, bħala miżura ġenerali applikabbli għall-operaturi ekonomiċi mingħajr distinzjoni, ma jistax jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat (sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467, punt 22).

70.      Għal raġuni iktar b’saħħitha, miżura bħall-miżura kontenzjuża li l-applikazzjoni tagħha hija marbuta b’mod ġenerali ma’ ċertu kategorija ta’ tranżazzjonijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-kumpanniji, meta jseħħu l-akkwisti tal-ishma, li huma indipendenti mill-għan soċjali u mill-attivitajiet ta’ negozju tal-impriża, fil-prinċipju, ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala selettivi.

71.      Fl-aħħar nett, skont il-partijiet intervenjenti kollha, l-aċċettazzjoni tal-kundizzjoni li s-selettività tinftiehem fis-sens wiesa’ li qed tirrakkomanda l-Kummissjoni fl-appelli tagħha, ikollha l-konsegwenza li ttellef il-bilanċ istituzzjonali eżistenti. Fil-fatt, il-Kummissjoni, għalhekk tista’ tikkontrolla l-kważi-totalità tal-miżuri ta’ fiskalità diretta skont il-kompetenzi tagħha fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, fil-waqt li fil-prinċipju, din il-kwistjoni tirriżulta mill-kompetenza leġiżlattiva tal-Istati Membri.

2.      Analiżi

72.      Dawn l-appelli jikkonċernaw miżura nazzjonali ta’ fiskalità diretta u l-legalità tagħha fir-rigward tal-Artikolu 107(1) TFUE. L-Artikolu 107(1) jipprojbixxi l-għajnuna, li “tiffavorixxi ċerti impriżi jew jew ċerti produtturi”, jiġifieri l-għajnuna selettiva. F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, jirriżulta li l-Artikolu 107(1) TFUE jimponi l-obbligu li jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema legali partikolari, miżura nazzjonali hijiex ta’ natura li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” meta mqabbla ma’ oħrajn, li jkunu, fid-dawl tal-għan imfittex mill-imsemmija sistema, f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (44).

73.      Qabelxejn, jeħtieġ li jiġi rrilevat, li meta niġu biex neżaminaw, bħal fil-kawża prinċipali, jekk il-miżura fiskali hijiex ta’ natura selettiva, id-determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment huwa, fil-prinċipju (45), essenzjali (46).

74.      Barra minn hekk, xieraq li neżaminaw jekk, il-miżura fiskali prinċipali, tidderogax minn dan il-kuntest ta’ riferiment u tikkostitwixxi vantaġġ għal ċerti impriżi meta mqabbla ma’ oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (47).

75.      Fl-aħħar nett, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, ma tissodisfax din il-kundizzjoni ta’ selettività, miżura li, irrispettivament mill-vantaġġ li tagħti lill-benefiċjarji tagħha, hija ġġustifikata min-natura jew mill-ekonomija ġenerali tas-sistema li hija rreġistrata fiha (48) (49).

76.      Mis-sentenzi kkontestati jirriżulta li fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura kontenzjuża tidderoga mis-sistema “normali” jew ta’ riferiment applikabbli għall-impriżi taxxabbli fi Spanja u li din is-sistema ma tikkostitwixxix miżura ġenerali ta’ politika fiskali jew ekonomika (50). Fil-fatt b’applikazzjoni tal-miżura kontenzjuża, l-avvjament finanzjarju biss li jirriżulta mill-akkwisti ta’ ishma ta’ impriżi taxxabbli fi Spanja f’“kumpannija barranija”, jista’ jiġi amortizzat (51). Għall-kuntrarju, l-avvjament finanzjarju li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriża taxxabbli fi Spanja, ma jistax jiġi amortizzat (52). Billi bbażat ruħha fuq tali differenza fit-trattament, il-Kummissjoni wasslet għall-konklużjoni li l-miżura kontenzjuża kienet tidderoga mis-sistema ta’ riferiment (53).

77.      Għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti Ġenerali ma kkontestatx il-paraggunabbiltà bejn l-akkwisti ta’ ishma f’impriża taxxabbli fi Spanja, skont jekk huma jintervjenux f’“kumpannija barranija”, jew f’kumpannija stabbilita fi Spanja. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li d-differenza, b’applikazzjoni tal-miżura kontenzjuża, bejn dawn l-akkwisti ta’ ishma kienet iġġustifikata min-natura u l-ekonomija tas-sistema li tinsab fihom.

78.      Fil-fatt, f’dawn is-sentenzi kkontestati, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-eżistenza, anke jekk stabbilita (54), ta’ deroga jew eżenzjoni fil-kuntest ta’ riferiment identifikat mill-Kummissjoni, waħidha ma tippermettix li jiġi stabbilit li l-miżura kontenzjuża tiffavorixxi lil “ċerti impriżi u ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, minħabba li din il-miżura kienet aċċessibbli, a priori, għall-impriżi kollha u għalhekk ma hijiex intenzjonata għal xi impriża jew produttur partikolari, iżda għal kategorija ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi (55).

79.      Fl-opinjoni tiegħi, tali interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-kriterju ta’ selettività ma tistax tinlaqa’.

80.      Minħabba li miżura fiskali tikkostitwixxi deroga għas-sistema fiskali “normali” jew ta’ riferiment u tiffavorixxi li ċerti impriżi jew ċerti produtturi għad-detriment ta’ oħrajn (56) li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli (57), fl-opinjoni tiegħi din il-miżura hija, min-natura stess tagħha, diskriminatorja u selettiva (58), ħlief jekk id-differenza hija ġġustifikata min-natura jew l-ekonomija ġenerali tas-sistema li hija tinsab fihom.

81.      Għandu jiġi enfasizzat li, fis-sentenzi tal-15 ta’ Diċembru 2005, Unicredito Italiano (C‑148/04, EU:C:2005:774, punti 49 u 50), u L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (C‑66/02, EU:C:2005:768, punt 97 sa 100) (59), il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li kkontestat li l-miżuri fiskali inkwistjoni japplikaw biss għas-settur bankarju (60) u li, fil-qasam tas-settur, huma ta’ benefiċċju biss għall-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet imsemmija, iddeċidiet li dawn il-miżuri jagħmlu differenza mhux biss bejn is-settur bankarju u s-setturi ekonomiċi l-oħra iżda wkoll fl-istess settur bankarju. Konsegwentement, fil-punti 99 u 100 tas-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2005, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (C‑66/02, EU:C:2005:768) il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-miżuri fiskali inkwistjoni “[Peress illi ma japplikawx għall-operaturi ekonomiċi kollha, huma ma jistgħux jkunu meqjusa bħala miżuri ġenerali ta’ politika fiskali jew ekonomika. […] Huma jidderogaw, fil-fatt, mis-sistema fiskali tad-dritt. L-impriżi benefiċjarji jibbenefikaw mit-tnaqqis fiskali li huma ma kellhomx id-dritt għalih fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni normali ta’ din is-sistema u li ma jistgħux jingħataw lill-impriżi f’setturi oħra li jwettqu operazzjonijiet simili jew lill-impriżi tas-settur bankarju li ma jwettqux l-operazzjonijiet bħal dawk previsti.” (61).

82.      Ninnota li l-Artikolu 107(1) TFUE huwa redatt f’termini wesgħin ħafna u astratti. Fil-fatt, għalkemm il-kelmiet “ċerti produtturi” jistgħu eventwalment jiġu meqjusa bħala li jinkludu, b’mod partikolari, ċerti setturi jew ċerti servizzi, u għalhekk ċerti kategoriji ta’ impriżi, il-kelmiet “ċerti impriżi” huma saħansitra iktar ġenerali.

83.      L-Artikolu 107(1) ma jirrigwardax biss il-miżuri li huma selettivi jew diskriminatorji fuq il-bażi ta’ kriterji limitati u predefiniti, bħal b’mod partikolari, is-settur inkwistjoni, id-daqs tal-impriżi jew in-natura tal-impriżi (62). Li huwa importanti huwa li jsir magħruf jekk il-miżura tpoġġix lill-benefiċjarji tagħha f’sitwazzjoni finanzjarja iktar favorevoli minn dik ta’ impriżi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (63) irrispettivament min-natura tal-impriżi, l-attivitajiet tagħhom jew it-tranżazzjonijiet inkwistjoni, minbarra ġustifikazzjoni min-natura jew l-ekonomija ġenerali tas-sistema li hija rreġistrata fiha.

84.      Ma jirriżultax la mit-test tal-Artikolu 107(1) TFUE u lanqas mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-kelmiet “li tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi” jirrikjedu l-identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi li għandhom karatteristiċi proprji li se jkunu l-uniċi vvantaġġati mill-miżura inkwistjoni, kif tistipula l-Qorti Ġenerali fil-punti 41 u 45 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 45 sa 49 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni. Inqis ukoll li l-identifikazzjoni tal-impriżi li għandhom karatteristiċi proprji kienet tikkostitwixxi eżerċizzju estremament impreċiż, saħansitra arbitrarju, li ħoloq inċertezza legali.

85.      Fl-opinjoni tiegħi, fl-analiżi tagħha tal-kriterju ta’ selettività fis-sentenzi kkontestati, il-Qorti tal-Ġustizzja preferiet approċċ formali u ristrettiv ħafna filwaqt li fittxet li tidentifika kategorija partikolari ta’ impriżi li se jkunu l-uniċi vvantaġġati mill-miżura kontenzjuża, iktar milli kkonċentrat fuq il-kwistjoni essenzjali li jsir magħruf jekk din il-miżura tagħmilx differenza bejn l-impriżi li huma f’sitwazzjoni komparabbli.

86.      Xieraq li jiġi enfasizzat li l-fatt li ħafna drabi huwa possibbli li jiġi identifikat settur wieħed jew iktar ta’ impriżi vvantaġġati minn miżura fiskali b’mod partikolari fl-isfond ta’ kundizzjonijiet imposti fuq il-kontribwenti sabiex jibbenefikaw mis-sistema derogatorja (64), ma jimplikax li s-selettività tal-miżura hija dipendenti fuq tali identifikazzjoni.

87.      Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza li numru ta’ impriżi li jistgħu jibbenefikaw mill-miżura inkwistjoni huwa sinjifikattiv jew li dawn l-impriżi jappartjenu diversi setturi ta’ attivitajiet, ma huwiex biżżejjed sabiex wieħed jiddubita n-natura selettiva ta’ din il-miżura u, għalhekk, sabiex wieħed jeskludi l-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat (65).

88.      F’dan ir-rigward, inqis li l-fatt li l-kundizzjonijiet imposti mill-miżura kontenzjuża, ma kinux severi ħafna (66) u li għalhekk, il-benefiċċju minn din il-miżura kien aċċessibbli għal diversi impriżi ma jiddubitax in-natura selettiva tagħha, iżda biss il-grad ta’ selettività tagħha.

89.      Ninnota li matul is-seduta u bħala risposta għall-mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja stmat li l-miżura kontenzjuża inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet tkun selettiva kienu kienet tirrikjedi akkwist ta’ ishma ta’ 75 % minflok ta’ 5 % u għal għaxar snin minflok għal sena. Skont dan il-gvern, f’tali sitwazzjoni, il-miżura kontenzjuża kienet ta’ benefiċċju biss għall-impriżi kbar u konsegwentement kienet selettiva.

90.      Ma nistax naċċetta tali approċċ, minħabba li mhux preċiż, mhux prattiku u huwa arbitrarju. Fil-fatt, fejn se ssir id-distinzjoni bejn akkwist ta’ ishma ta’ 75 % u dik ta’ 5 % u bejn akkwist ta’ ishma għal għaxar snin u dik li hija limitata għal sena? X’inhu l-kriterju ta’ demarkazzjoni li se jiddistingwi ż-żewġ tranżazzjonijiet?

91.      Konsegwentement inqis li miżura fiskali li tidderoga mis-sistema fiskali ġenerali u li tagħmel differenza bejn l-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet analogi, hija selettiva, ħlief jekk id-differenza maħluqa mill-miżura hija ġġustifikata min-natura jew l-ekonomija ġenerali tas-sistema li hija rreġistrata fiha.

92.      Fil-fatt, meta l-impriżi benefiċjarji ta’ miżura fiskali jibbenefikaw minn tnaqqis fiskali li ma għandhomx dritt għalih fil-kuntest tal-applikazzjoni tas-sistema fiskali u li ma jistgħux jitolbuh l-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet analogi, tali miżura hija ta’ natura selettiva minħabba li hija fil-verità ma tapplikax, għall-kuntrarju ta’ dak li qed tippretendi l-Qorti Ġenerali (67), għall-operaturi ekonomiċi kollha (68) (69). Huwa evidenti li l-miżura kontenzjuża jibbenefikaw minnha biss l-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti (70), jiġifieri l-impriżi taxxabbli fi Spanja li jagħmlu akkwisti ta’ ishma f’“kumpannija barranija”, u teskludi lill-operaturi ekonomiċi li jagħmlu tranżazzjonijiet analogi, jiġifieri akkwisti ta’ ishma iżda f’kumpannija stabbilita fi Spanja.

93.      Fil-fatt, skont il-punt 42 tas-sentenza tad-29 ta’ Marzu 2012, 3M Italia (C‑417/10, EU:C:2012:184), għalkemm il-“fatt li l-kontribwenti biss li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura ma jistax, fih innifsu, jagħtiha natura selettiva”, tali miżura fiskali hija selettiva jekk hija tagħmel differenza bejn is-sitwazzjonijiet jew it-tranżazzjonijiet komparabbli (71).

94.      Konsegwentement, il-kriterju ta’ selettività previst fl-Artikolu 107(1) TFUE jipprevedi l-miżuri fiskali li indipendentement mit-tekniki użati, għandhom l-effett (72) li jimponu tariffa fiskali differenti għall-impriżi (73) li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (74).

95.      F’dan ir-rigward ninnota li l-Qorti Ġenerali stess iddeċidiet, fil-punt 47 tas-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2012, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (T‑379/09, EU:T:2012:422), li “in-natura selettiva ta’ miżura tiġi evalwata meta mqabbla mal-impriżi kollha u mhux meta mqabbla mal-impriżi benefiċjarji tal-istess vantaġġ fl-istess grupp […] Barra minn hekk, il-fatt biss li miżura jistgħu jibbenefikaw minnha l-operaturi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti, jiġifieri jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, fih innifsu ma jistabbilixxix in-natura ġenerali ta’ din il-miżura u ma jipprekludix li hija għandha natura selettiva […]”.

96.      Isegwi li l-fatt li miżura fiskali ma hi intenzjonata għall-ebda kategorija partikolari ta’ impriżi, iżda impriżi li jagħmlu kategorija ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi, fil-kawża prinċipali tranżazzjonijiet finanzjarji barra mill-pajjiż, u li ma tissuġġettax l-applikazzjoni tagħha għall-ebda ammont minimu (75), ma jneħħi xejn mis-selettività jew min-natura diskriminatorja ta’ din il-miżura, jekk hija timponi tariffa fiskali differenti għall-impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli u jagħmlu tranżazzjonijiet finanzjarji komparabbli, imma f’kumpanniji stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom.

97.      Din il-konklużjoni ma ġietx mibdula permezz tal-punt 22 tas-sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467), iċċitata mill-Qorti Ġenerali fil-punt 60 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 64 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.

98.      Fil-fatt, fis-sentenzi kkontestati, filwaqt li kkonstatat li “il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tnaqqis fiskali li minnu jibbenefikaw il-kontribwenti li jbigħu ċerti beni ekonomiċi u li jistgħu jnaqqsu l-benefiċċju li jirriżulta minn dan meta jakkwistaw ishma f’kumpanniji b’kapital azzjonarju li għandhom is-sede tagħhom f’ċerti reġjuni jagħti lil dawn il-kontribwenti vantaġġ li, bħala miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha, ma kienx jikkostitwixxi għajnuna fis-sens tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat” (76), il-Qorti Ġenerali, b’konformità mal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, amalgamat indebitament il-punti 22 u 23 tas-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467), u għaldaqstant għamlet qari żbaljat ta’ din is-sentenza.

99.      Issa, fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li, “xieraq ukoll li nfakkru li d-deċiżjoni kkontestata ma kklassifikatx it-tnaqqis fiskali mogħti bħala għajnuna mill-Istat […] biss safejn dan jiffavorixxi lil ċerti impriżi li jinsabu fil-Länder il-ġdid u fil-Punent ta’ Berlin, li jneħħi minnu n-natura tiegħu ta’ miżura ġenerali ta’ politika fiskali jew ekonomika” (77). Konsegwentement, għall-kuntrarju ta’ dak li affirmat il-Qorti Ġenerali fis-sentenzi kkontestati, jirriżulta b’mod ċar mill-punti 22 u 23 tas-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑156/98, EU:C:2000:467), li miżura fiskali li tagħti vantaġġ lil ċertu impriżi li jinsabu fil-Länder il-ġdid u fil-Punent ta’ Berlin, ma tikkostitwixxix miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni għall-operaturi ekonomiċi kollha iżda miżura selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

100. Barra minn hekk, jekk inhu veru li fil-punt 104 tas-sentenza tal‑15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “il-kriterji li jikkostitwixxu l-valur taxxabbli adottati minn sistema fiskali għandhom ukoll ikunu, sabiex jiġu rikonoxxuti bħala li jagħtu vantaġġi selettivi, ta’ natura li jikkaratterizzaw l-impriżi benefiċjarji, abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi għalihom, bħala kategorija pprivileġġjata, u b’hekk jippermettu l-klassifikazzjoni ta’ tali sistema bħala li tiffavorixxi ‘ċerti’ impriżi jew ‘ċerti’ produtturi skont l-Artikolu 107(1) TFUE” (78), jiena nqis li din il-ġurisprudenza mhix applikabbkli fil-kawża prinċipali.

101. Fil-fatt jeżistu differenzi importanti bejn is-sitwazzjoni fattwali, u b’mod partikolari s-sistema fiskali inkwistjoni fil-kawża prinċipali u dik inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732) li ġew injorati mill-Qorti Ġenerali fis-sentenzi kkontestati.

102. Fil-punti 92 u 93 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod ċar indikat li s-selettività tal-miżura fiskali inkwistjoni ma tirriżultax minn deroga għas-sistema fiskali “normali”, iżda mill-fatt li din is-sistema, fil-fatt kienet tiddiskrimina bejn il-kumpanniji li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli (79). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, għalkemm il-kriterji tas-sistema kontenzjuża kienu ta’ natura ġenerali, dawn tal-aħħar kienu immedjatament jeskludu kull tassazzjoni ta’ kategorija identifikabbli ta’ impriżi, jiġifieri l-kumpanniji “offshore” (80). F’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari, li ma jissemmewx fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li għalkemm l-applikazzjoni ta’ sistema fiskali “generali” fiha nnifisha ma hijiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita s-selettività ta’ taxxa għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE, tali sistema ġenerali għandha tiġi kkunsidrata bħala selettiva, jekk huwa possibbli li tiġi identifikata kategorija ta’ impriżi vvantaġġati minnha (81).

103. Issa, xieraq li nfakkru li, fid-deċiżjonijiet kontenzjużi, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżura kontenzjuża tidderoga mis-sistema fiskali “normali” jew ta’ riferiment applikabbli għall-impriżi taxxabbli fi Spanja (82). Barra minn hekk, fis-sentenzi kkontestati, il-Qorti Ġenerali ma ddubitatx din l-analiżi (83).

104. Peress li s-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltá u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732), tindirizza speċifikament sitwazzjoni fejn ma hemm ebda deroga għas-sistema normali, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li s-sistema normali inkwistjoni kienet fiha nnifisha, de facto, diskriminatorja, inqis li, fis-sentenzi kkontestati, il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat din il-ġurisprudenza b’mod żbaljat fil-waqt ċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawżi ma kinux komparabbli. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali, billi rrikjediet l-identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi vvantaġġati mill-miżura kontenzjuża, anke jekk din tal-aħħar tidderoga mis-sistema “normali”, wettqet żball ta’ liġi.

105. Barra minn hekk, fil-punt 57 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 61 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li jirriżulta mill-punt 36 tas-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598), li miżura li l-applikazzjoni tagħha kienet indipendenti min-natura tal-attività tal-impriżi ma kinitx, a priori, selettiva.

106. Inqis, skont l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, li l-Qorti Ġenerali pproċediet bil-qari żbaljat tas-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598), minħabba li fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet “[li] miżura tal-Istat li minnha jibbenefikaw mingħajr distinzjoni l-impriżi li jinsabu fit-territorju nazzjonali, probabbilment ma kinetx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat” (84), hija ddeċidiet ukoll fil-punt 36 ta’ din is-sentenza li sistema fiskali ma tikkostitwixxix għajnuna, sakemm tapplika għall-impriżi kollha li jinsabu fit-territorju nazzjonali, indipendentement mill-għan tal-attività tagħhom.

107. Għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 57 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 61 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, is-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598, punti 35 u 36), ma tippermettix li jiġi konkluż li miżura li l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti min-natura tal-attività jew l-għan soċjali tal-impriżi mhix, a priori, selettiva.

108. Din il-ġurisprudenza (85) sempliċiment tikkonferma li sistema fiskali li tapplika, mingħajr distinzjoni, għall-impriżi kollha li jinsabu fit-territorju nazzjonali ma hijiex selettiva.

109. Issa, biżżejjed infakkru li l-miżura kontenzjuża tagħmel distinzjoni ċara u netta bejn l-akkwisti ta’ ishma f’impriża taxxabbli fi Spanja f’“kumpannija barranija” u l-akkwisti ta’ ishma f’impriżi taxxabbli fi Spanja f’kumpannija stabbilita fi Spanja. Fin-nuqqas ta’ konstatazzjoni mill-Qorti Ġenerali li l-impriżi li jagħmlu dawn it-tranżazzjonijiet ma jinsabux f’sitwazzjoni komparabbli, inqis li l-Qorti Ġenerali għamlet żball ta’ liġi meta imponiet fuq il-Kummissjoni, sabiex turi n-natura selettiva tal-miżura b’applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, l-obbligu li tiddetermina grupp ta’ impriżi li għandhom karatteristiċi proprji.

110. Jirriżulta minn dawn il-kunsiderazzjonijiet li l-ewwel parti tal-uniku aggravju invokat mill-Kummissjoni, huwa, fl-opinjoni tiegħi, fondat.

B –    Fuq it-tieni parti

1.      L-argumenti tal-partijiet

111. Permezz tat-tieni parti tal-uniku aggravju tagħha, il-Kummissjoni argumentat li l-Qorti Ġenerali għamlet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza dwar l-għajnuna għall-esportazzjonijiet u introduċiet distinzjoni artifiċjali bejn l-għajnuna għall-esportazzjoni u l-għajnuna għall-esportazzjoni ta’ kapital.

112. Il-Kummissjoni targumenta li l-ġurisprudenza tal-Qorti tistabbilixxi mingħajr ambigwità l-fatt li għajnuna għall-esportazzjoni hija selettiva, anke jekk il-miżura tiffavorixxi l-esportazzjonijiet kollha.

113. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li fil-punti 73 u 74 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 77 u 78 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat is-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Ġreċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal- 15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il-Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), meta kkunsidrat li din il-ġurisprudenza ma kinitx titratta s-selettività tal-miżura inkwistjoni iżda kienet titratta biss il-kundizzjoni dwar l-affettwazzjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ previsti fl-Artikolu 107(1), TFUE.

114. It-tieni nett, il-Kummissjoni tikkritika lill-Qorti Ġenerali li introduċiet, fil-punti 79 sa 81 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 83 sa 85 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, distinzjoni artifiċjali bejn l-għajnuna għall-esportazzjoni u l-għajnuna għall-esportazzjoni tal-kapital.

115. Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-kategorija ta’ impriżi benefiċjarji li ppermettiet li tiġi konkluża s-selettività tal-miżura inkwistjoni fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas‑7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), kienet tikkostitwixxi l-impriżi esportaturi. Hija tinnota li skont il-Qorti Ġenerali, din il-kategorija tiġbor l-impriżi li jistgħu jiġu distinti mill-fatt ta’ karatteristiċi komuni marbuta mal-attività tal-esportazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li, f’dak li jirrigwarda l-kundizzjoni dwar is-selettività u, b’mod partikolari, rigward l-identifikazzjoni ta’ kategorija partikolari ta’ impriżi jew produtturi li jistgħu jiġu distinti minħabba raġunijiet komuni, ma teżisti ebda differenza bejn l-esportazzjoni ta’ oġġetti u l-esportazzjoni ta’ kapital.

116. Il-Kummissjoni targumenta li l-approċċ sostnut mill-Qorti Ġenerali ma kienx konformi mar-rwol u l-għan tad-dixxiplina tal-għajnuna mill-Istat mill-perspettiva tal-protezzjoni tas-suq intern. Din id-dixxiplina b’mod partikolari għandha l-għan li tevita li l-Istati Membri jagħtu vantaġġi ekonomiċi speċifikament marbuta mal-esportazzjoni ta’ oġġetti jew kapital. Il-fatt li tiġi vvantaġġata b’mod speċifiku l-esportazzjoni tal-kapital jista’ barra minn hekk, jipprovoka distorsjonijiet fis-suq intern bl-istess mod bħall-fatt li jiġu vvantaġġati speċifikament l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti.

117. Fir-risposta tagħha, il-Kummissjoni targumenta li hija bl-ebda mod ma sostniet il-fatt li s-sussidji fuq l-esportazzjoni kienu jirriżultaw minn kunċett differenti ta’ selettività. Il-Kummissjoni targumenta li hija indikat l-iżbalji li għamlet il-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-għajnuna għall-esportazzjoni.

118. WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, iqisu li l-Qorti Ġenerali interpretat korrettament is-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120). Rigward is-sentenza tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20), huma jinnotaw li l-kontroll li sar fuq il-kunċett ta’ għajnuna ġie limitat u dak li ġie deċiż kien jikkonċerna l-affettwazzjoni tal-iskambji u l-kompetizzjoni. Barra minn hekk, skont id-WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, il-kwistjoni tas-selettività ma kinitx indirizzata fis-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8). WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa jqisu li fil-punti 71 et seq. tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 75 et seq. tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali fakkret fil-kuntest ta’ riferiment li għandu jitħaddem sabiex jiġi evalwat jekk miżura hix selettiva jew le. Huma jqisu li l-Qorti Ġenerali indikat li s-selettività għandha tiġi evalwata fit-territorju tal-Istat Membru u li l-Kummissjoni kellha tistabbilixxi li l-miżura kienet tiffavorixxi kategorija partikolari ta’ impriżi u teskludi impriżi oħra. Skont WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, għalkemm il-Kummissjoni kienet għamlet it-tali delimitazzjoni fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), tali delimitazzjoni hija totalment nieqsa fil-kawża prinċipali.

119. WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa argumentaw li l-għajnuna għall-esportazzjoni għandhom, fir-rigward tal-kriterju ta’ selettività, jiġu evalwati bl-istess mod bħal miżuri oħra tal-Istat. Huma jqisu li fis-sentenzi tal‑10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), il-Qorti tal-Ġustizzja ġustament qieset li l-impriżi benefiċjarji kollha kellhom karatteristiċi komuni, lil hinn mill-fatt li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jippermettu li jibbenefikaw mill-miżura, karatteristiċi li kienu jippermettu li jiġu kklassifikati bħala li jappartjenu għal settur stabbilit sew fl-ekonomija, is-settur tal-esportazzjoni. Dan jirrigwarda impriżi li jipproduċu oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni.

120. Issa, skont WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, impriżi mis-setturi kollha u ta’ kull daqs, kif ukoll il-produzzjonijiet tagħhom maħsuba kemm għas-suq nazzjonali kif ukoll għas-suq barrani, irrikorrew għall-miżura kontenzjuża. Huma jqisu li l-Kummissjoni kellha diversi okkażjonijiet kemm matul il-proċedura amministrattiva kif ukoll fil-kuntest tal-ewwel istanza, sabiex tipprova l-eżistenza ta’ kategorija ta’ impriżi li jibbenefikaw mill-miżura kontenzjuża, xi ħaġa li qatt ma għamelt. Skont WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, l-argument tal-Kummissjoni li skontu teżisti kategorija ta’ impriżi “esportaturi tal-kapital” li jibbenefikaw mill-miżura kontenzjuża, konsegwentement jikkostitwixxi, argument inammissibbli fil-kuntest ta’ appell.

121. WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa jqisu li l-esportazzjoni ta’ oġġetti u l-esportazzjoni ta’ kapital mhumiex ekwivalenti, speċjalment minħabba li r-regoli applikabbli għall-oġġetti u s-servizzi mhumiex l-istess bħal dawk applikabbli għall-kapital. Huma jinnotaw li l-impriżi kollha jiddisponu minn kapital jew probabbilment jinvestuh b’tali mod li jkun jidher li għandu karateristika li tipprova toħloq selettività. Barra minn hekk, kif irrikonoxxiet l-istess Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha (86), huwa ċar li r-regoli taċ-ċirkolazzjoni libera tal-kapital ma jipprekludux miżura bħall-miżura inkwistjoni, li titratta b’mod differenti tranżazzjonijiet (akkwisti ta’ ishma f’impriżi Spanjoli u akkwistjiet ta’ ishma f’impriżi barranin) li, għalkemm ikunu saru mill-impriżi (l-impriżi kollha), huma wkoll differenti.

122. Ir-Renju ta’ Spanja argumenta li ma teżisti ebda attività ekonomika li tikkonsisti fl-esportazzjoni tal-kapital. Il-miżura kontenzjuża ma tiffavorixxix ċerti impriżi jew ċerti produtturi minħabba li ma tkoprix il-forniment tal-oġġetti u s-servizzi fis-suq.

123. L-Irlanda tikkondividi l-opinjoni ta’ WDFG kif ukoll dik ta’ Banco Santander u Santusa li s-sentenzi invokati mill-Kummissjoni kienu jikkonċernaw il-miżuri li jiffavorixxu kategorija identifikabbli ta’ impriżi jew produtturi, jiġifieri s-settur tal-esportazzjoni. L-esportaturi jiffurmaw kategorija ta’ impriżi li tista’ tkun faċilment identifikata. Għall-kuntrarju, ma teżisti ebda kategorija uniformi ta’ impriżi li “jesportaw il-kapital”, minħabba li kull impriża li tagħmel akkwist barra mill-pajjiż “tesporta l-kapital”.

124. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tikkonferma li, minħabba li l-Kummissjoni se tappoġġja b’mod sussidjarju l-fatt li l-miżura kontenzjuża hija komparabbli għall-miżura ta’ għajnuna għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u għalhekk hija mmirata wkoll għall-kategorija delimitata biżżejjed tal-impriżi esportaturi, din se żżid a posteriori motivi għad-deċiżjonijiet kontenzjużi, li se jkunu inammissibbli fl-istadju tal-appell.

125. Il-kategorija tal-impriżi esportaturi inkwistjoni fil-ġurisprudenza invokata mill-Kummissjoni tiddistingwi ruħha minn impriżi oħra sempliċiment minħabba l-fatt tal-karatteristiċi komuni marbuta mal-attività tagħhom ta’ esportazzjoni li, meta kien il-każ, kienet assoċjata mat-twettiq ta’ investimenti speċifiċi. Għalhekk, fis-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438), il-Qorti tal-Ġustizzja ma bbażatx ruħha fuq it-twettiq ta’ investimenti iżda ħadet kont ta’ dan il-kriterju biss fost l-oħrajn, jiġifieri, l-ewwel nett, u b’konformità mat-test tal-Artikolu 107(1) TFUE, in-natura tal-“produtturi” tal-impriżi benefiċjarji, sabiex tiddistingwi lil dan il-grupp mill-kumplament tal-impriżi l-oħra.

2.      Analiżi

126. L-ewwel nett, skont l-argumenti tal-Kummissjoni ppreżentati fil-punt 113 ta’ dawn il-konklużjonijiet, inqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li s-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120) ma jittrattawx il-kriterju ta’ selettività iżda biss il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 107(1) TFUE dwar l-affettwazzjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ.

127. Fil-punti 20 tas-sentenza tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “r-rata ta’ tnaqqis preferenzjali applikabbli għall-prodotti nazzjonali kollha esportati, mogħtija minn Stat lil prodotti nazzjonali biss esportati bl-għan li jiġu mgħejjuna jikkompetu fi Stati Membri oħra ma’ prodotti li joriġinaw minn dawn tal-aħħar, tikkostitwixxi għajnuna skont is-sens tal-Artikolu [107 TFUE]”. Barra minn hekk, fil-punt 8 tas-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li rimborż tal-interessi li huwa ta’ benefiċċju biss għall-krediti tal-esportazzjoni, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għall-impriżi tal-esportazzjoni Griegi. Barra minn hekk, fil-punt 10 tas-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-miżura prinċipali kienet tiffavorixxi lil ċerti impriżi.

128. Hemm lok li jitfakkar li, sabiex miżura tkun tista’ taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) TFUE u tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, hija għandha tissodisfa b’mod kumulattiv, il-kundizzjonijiet kollha previsti minn din id-dispożizzjoni. Isegwi li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-waqt li tikkonstata l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fil-punt 20 tas-sentenza tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68) u l-punt 8 tas-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284), iddeċidiet li l-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikolu 107(1) TFUE, inkluża l-kundizzjoni tas-selettività, kienu ġew issodisfatti.

129. Fl-aħħar nett, fil-punt 120 tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438), bi tweġiba għall-osservazzjoni tal-Gvern Spanjol li skontu miżura applikabbli għall-impriżi kollha ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat ħlief meta l-amministrazzjoni nazzjonali tiddisponi minn ċertu setgħa diskrezzjonarja sabiex tiġi applikata (87), il-Qorti tal-Ġustizzja nnutat li din il-miżura (tnaqqis fiskali) ma jistgħux jibbenefikaw minnha ħlief impriżi li kellhom attivitajiet ta’ esportazzjoni u kienu għamlu ċertu investimenti previsti mill-miżuri kontenzjużi. Hija kkunsidrat li tali fatt kien biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan it-tnaqqis fiskali kien jissodisfa l-kundizzjoni ta’ speċifiċità li tikkostitwixxi waħda mill-karatteristiċi tal-kunċett tal-għajnuna mill-Istat, jiġifieri n-natura selettiva tal-vantaġġ inkwistjoni.

130. Inqis li l-Qorti tal-Ġustizzja ppronunċjat ruħha b’mod effettiv dwar is-selettività tal-miżuri fiskali inkwistjoni fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi tal‑10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120).

131. It-tieni nett, rigward l-osservazzjoni tal-Kummissjoni li skontha l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta introduċiet distinzjoni bejn l-għajnuna għall-esportazzjoni ta’ oġġetti u l-għajnuneit għall-esportazzjoni tal-kapital, xieraq li nfakkru li l-kriterju ta’ selettività huwa l-eżistenza jew le ta’ diskriminazzjoni, jiġifieri ta’ tariffa fiskali differenti bejn impriżi li jinsabu, fir-rigward tal-għan assenjat għas-sistema fiskali ta’ dan l-Istat Membru, f ‘sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli u dan mingħajr ġustifikazzjoni. Isegwi li, anke l-ipoteżi fejn il-miżura fiskali inkwistjoni tapplika indipendentement mis-settur, xieraq li tiġi applikata l-analiżi fi tliet partijiet deskritta fil-punti 73 sa 75 ta’ dawn il-konklużjonijiet sabiex jiġi determinat jekk din il-miżura hijiex ta’ natura selettiva.

132. Konsegwentement, inqis li ftit huwa importanti li jsir magħruf jekk il-Qorti Ġenerali għamlitx distinzjoni artifiċjali bejn l-esportazzjoni ta’ oġġetti u l-esportazzjoni ta’ kapital, kif qed tistenna l-Kummissjoni, peress li sabiex miżura fiskali tiġi kklassifikata bħala selettiva, ma hemmx bżonn li jintwera li hija tapplika għal settur speċifiku jew għal kategorija ta’ impriżi li għandhom karatteristiċi proprji (88).

133. Minn dan isegwi li t-tieni parti tal-aggravju uniku hija bbażata fuq premessa żbaljata.

134. Konsegwentement, inqis li hemm lok li din it-tieni parti tal-aggravju uniku tiġi miċħuda bħala ineffettiva.

C –    Kunsiderazzjonijiet addizzjonali

135. Subordinatament nirrileva li, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punti 79 sa 83 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punti 83 sa 86 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni, fl-opinjoni tiegħi, ma teżistix “kategorija ta’ impriżi importaturi”. Is-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), sempliċiment jittrattaw miżuri li ffavorixxew l-esportazzjonijiet u mhux il-kategorija ta’ impriżi identifikabbli ex ante.

136. Inqis li bħall-investimenti jew l-akkwistjiet ta’ ishma f’impriżi barranin, kull impriża li topera fis-suq nazzjonali tista’ eventwalment tesporta oġġetti u servizzi, anke jekk ma kinitx predisposta biex tagħmel dan. L-impriżi li jinvestu barra mill-pajjiż, jew dawk li jesportaw oġġetti u servizzi, fl-opinjoni tiegħi, ma għandhomx karatteristiċi proprji u ma jiffurmawx kategorija delimitata u identifikabbli.

137. Nikkunsidra, b’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, sentenza Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), li miżura fiskali hija selettiva minħabba li jibbenefikaw minnha impriżi li jwettqu tranżazzjonijiet transkonfinali komparabbli fil-livell nazzjonali (89). Fl-opinjoni tiegħi, tali miżura fiskali hija partikolarment ta’ dannu għas-suq intern minħabba li toħloq distorsjoni immedjata tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. F’dan ir-rigward ninnota li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fuq l-għajnuna mogħtija mill-Istati huma b’mod partikolari intenzjonati sabiex jevitaw li Stat Membru jkun jista’ jiffavorixxi lill-impriżi li jagħmlu attivitajiet transkonfinali (90). Dawn id-dispożizzjonijiet jikkostitwixxu, għalhekk “in-naħa l-oħra tal-munita” jew il-“mera”, kif intqal waqt is-seduta, tad-dispożizzjonijiet tat-trattat FUE fuq iċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital, bil-għan li jiġi evitat l-istabbiliment ta’ ostakoli għall-attivitajiet transkonfinali.

138. Isegwi li l-miżuri fiskali li jiffavorixxu l-impriżi li jesportaw il-kapital minn Stat Membru għad-detriment ta’ oħrajn, li, f’sitwazzjoni komparabbli jinvestu fit-territorju nazzjonali (91), huma skont is-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza, (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas‑7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120), selettivi fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

139. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 81 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u fil-punt 85 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni li “il-ġurisprudenza [li tirriżulta mis-sentenzi tal‑10 ta’ Diċembru 1969, Il‑Kummissjoni vs Franza (6/69 u 11/69, EU:C:1969:68, punt 20); tas-7 ta’ Ġunju 1988, Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni (57/86, EU:C:1988:284, punt 8), u tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120)], dwar l-impriżi li għandhom attivitajiet ta’ esportazzjoni, ma tippermettix għalhekk li jiġi konkluż li l-qrati tal-Unjoni aċċettaw li miżura fiskali tiġi kklassifikata bħala selettiva fl-assenza ta’ identifikazzjoni ta’ kategorija partikolari ta’ impriżi jew ta’ produtturi li jistgħu jiġu distinti minħabba karatteristiċi speċifiċi”.

VI – Konklużjoni

140. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja:

–        tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas‑7 ta’ Novembru 2014 Autogrill España vs Il‑Kummissjoni (T‑219/10, EU:T:2014:939), li permezz tagħha din annullat l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/5/KE tal-Kummissjoni dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48);

–        tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas‑7 ta’ Novembru 2014, Banco Santander u Santusa va Il‑Kummissjoni (T‑399/11, EU:T:2014:938), li permezz tagħha din annullat l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/282/UE tal-Kummissjoni, tat‑12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal [akkwisti] ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU L 135, p. 1);

–        tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u

–        tirriżerva l-ispejjeż.


1 – Lingwa oriġinali: il-Franċiż.


2 – Iktar ’il quddiem is-“sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni”.


3 – Din id-dispożizzjoni essenzjalment tipprevedi, li l-iskema ta’ għajnuna applikata mir-Renju ta’ Spanja skont id-dispożittiv previst fl-Artikolu 12(5), introdott fil-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji mil-Ley 24/2001 de Medidas Fiscales, Administrativas y del Orden Social (liġi 24/2001 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri fiskali, amministrattivi u tal-ordni soċjali), tas‑27 ta’ Diċembru 2001 (BOE n° 313, tal-31 ta’ Diċembru 2001, p. 50493) u li reġgħet ġiet inkluża fir-Real Decreto Legislativo 4/2004, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (Digriet Leġiżlattiv Irjali 4/2004 dwar l-approvazzjoni tat-test abbozzat mill-ġdid tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji), tal-5 ta’ Marzu 2004 (BOE n°61, tal‑11 ta’ Marzu 2004, p. 10951) (iktar ’il quddiem l-“iskema kontenjuża” jew il-“miżura kontenzjuża”), applikata llegalment mir-Renju ta’ Spanja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, hija inkompatibbli mas-suq komuni.


4 – Din id-dispożizzjoni tipprevedi l-irkupru tal-għajnuna.


5 – ĠU2011, L 7, p. 48, iktar ’il quddiem l-“ewwel deċiżjoni kontenzjuża”.


6 – Iktar ’il quddiem is-“sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni”.


7 – Din id-dispożizzjoni tipprevedi li “L-iskema tal-għajnuna implimentata mi[r-Renju ta’] Spanja skont l-Artikolu 12(5) tad-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 4/2004 tal-5 ta’ Marzu 200, li kkonsolidat l-emendi magħmula fl-Att Spanjol dwar it-Taxxa Korporattiva, imdaħħla fis-seħħ illegalment mir-Renju [ta’ Spanja] bi ksur tal-Artikolu 108(3) [TFUE], mhijiex kompatibbli mas-suq intern fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-benefiċjarji fir-rigward tal-akkwiżizzjonijiet minn barra l-Unjoni”.


8 – Din id-dispożizzjoni tipprevedi l-irkupru tal-għajnuna.


9 – ĠU L 135, p. 1, iktar ’il quddiem it-“tieni deċiżjoni kontenzjuża”.


10 – Iktar ’il quddiem flimkien, id-“deċiżjonijiet kontenzjużi”.


11 – Skont il-miżura kontenzjuża, l-avvjament finanzjarju jiġi determinat billi jitnaqqas il-valur tas-suq tal-assi tanġibbli u intanġibbli tal-impriża akkwistata bil-prezz imħallas għall-akkwiżizzjoni tal-ishma. Il-kunċett tal-avvjament finanzjarju, bħal dak imsemmi mill-miżura kontenzjuża, introduċa fil-qasam tal-akkwiżizzjoni tal-ishma, kunċett ġeneralment użat fit-trażmissjoni tal-attivi jew fi tranżazzjonijiet ta’ raggruppament ta’ impriżi. Ara l-premessa 20 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża li hija identika għall-premessa 29 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.


12 – Akkwiżizzjoni tal-ishma hija definita bħala tranżazzjoni li permezz tagħha impriża takkwista attivi fil-kapital ta’ impriża oħra mingħajr ma tikseb maġġoranza jew il-kontroll tad-drittijiet tal-vot tal-impriża akkwistata. Ara l-premessa 23 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża li hija identika għall-premessa 32 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.


13 – Id-deċiżjonijiet kontenzjużi jispeċifikaw li, sabiex tiġi klassifikata bħala “kumpannija barranija”, kumpannija għandha tkun suġġetta għal taxxa simili għal dik applikabbli fi Spanja u d-dħul tagħha għandu jkun essenzjalment provenjenti mit-twettiq ta’ attivitajiet barra mill-pajjiż. Ara l-premessa 21 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża u l-premessa 30 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.


14 – Skont it-test tal-Artikolu 107(1) TFUE “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”.


15 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-16 ta’ April 2015, Trapeza Eurobank Ergasias (C‑690/13, EU:C:2015:235, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata). Infakkar li, skont ġurisprudenza kkonstatata, il-klassifikazzjoni ta’ “għajnuna” skont is-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tirrikjedi li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha msemmija f’din id-dispożizzjoni. Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008, Chronopost u La Poste vs UFEX et (C‑341/06 P u C‑342/06 P, EU:C:2008:375, punt 121 u l-ġurisprudenza ċċitata).


16 – Is-sistema fiskali komuni jew normali ħafna drabi hija msejħa wkoll l-iskema ta’ riferiment.


17 – Iktar ’il quddiem flimkien, is-“sentenzi kkontestati”.


18 – Ara l-punti 64 sa 68 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 68 sa 72 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


19 – Ara l-premessa 19 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża li hija identika għall-premessa 28 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża. Raggruppament ta’ impriżi huwa tranżazzjoni li permezz tagħha impriża waħda jew iktar, fil-mument tax-xoljiment tagħhom mingħajr stralċ, jitrażmettu l-patrimonju tagħhom lil impriża oħra li diġà teżisti jew li huma joħolqu permezz tal-attribuzzjoni lill-azzjonisti tagħhom tal-valuri rappreżentattivi tal-kapital tal-impriża l-oħra. Ara l-premessa 23 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża li hija identika għall-premessa 32 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.


20 – Ara l-Artikolu 1(1) tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.


21 – Ara l-Artikolu 4 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.


22 – It-tieni motiv kien ibbażat, minħabba n-nuqqas ta’ selettività, fuq il-fatt li d-differenza li hija introduċiet, kien jirriżulta min-natura jew l-ekonomija tas-sistema li kien parti minnha; it-tielet, fuq il-fatt li l-miżura ma kienet tagħti ebda vantaġġ lill-kumpanniji li japplikaw is-sistema kontenzjuża u r-raba’, kien jitratta kemm il-kriterju dwar is-selettività kif ukoll dak dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ, ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.


23 – It-tieni motiv kien ibbażat fuq żball fl-identifikazzjoni tas-sistema ta’ riferiment; it-tielet motiv kien ibbażat fuq in-nuqqas ta’ selettività tal-miżura minħabba l-fatt li d-differenza introdotta minnha kienet tirriżulta min-natura jew mill-ekonomija tas-sistema li kien irreġistrata fiha; ir-raba’ motiv kien ibbażat fuq il-fatt li l-miżura ma kienet tagħti ebda vantaġġ lill-kumpanniji li japplikaw is-sistema kontenzjuża u l-ħames motiv, marbut kemm mal-kriterju dwar is-selettività kif ukoll mal-eżistenza ta’ vantaġġ, kien ibbażat minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.


24 – Ara l-punt 33 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 37 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


25 – Ara l-punti 44 u 45 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 48 u 49 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


26 – Ara l-punt 52 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 56 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


27 – Ara l-punt 53 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt57 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


28 – Ara l-punt 55 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 59 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


29 – Ara l-punt 56 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 60 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


30 – Ara l-punt 57 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 61 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


31 – Ara l-punt 58 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 62 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


32 – Ara l-punt 59 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 63 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


33 – Ara l-punti 60 sa 62tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 64 sa 66 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


34 – Ara l-punt 63 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 67 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


35 – Ara s-sentenzi tat-2 ta’ Lulju 1974, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (173/73, EU:C:1974:71, punt 27); tad-29 ta’ April 2004, Il‑Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni (C‑159/01, EU:C:2004:246, punt 51), u tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs il‑Gvern ta’ Ġibiltá u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punti 87 u 88).


36 – Ara l-punti 64 sa 68 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 68 sa 72 tas-sentenza kkontesta Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


37 – Ara l-punt 69 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 73 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


38 – Ara l-punt 75 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 79 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


39 – Ara l-punt 76 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 80 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


40 – Ara l-punt 77 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 81 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


41 – Ara l-punti 79 u 80 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 82 u 83 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


42 – Ara l-punt 82 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 86 tas-sentenza appellata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


43 – Skont il-Qorti Ġenerali, “[fil-punt 42 ta’ din is-sentenza], il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-fatt li huma biss il-kontribwenti li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet [il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżura inkwistjoni f’din il-kawża] li jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura, ma jistax, fih innifsu, jagħtiha natura selettiva.”


44 – Sentenzi tal-14 ta’ Jannar 2015, Eventech (C‑518/13, EU:C:2015:9, punt 54 u 55), u tat-22 ta’ Diċembru 2008, British Aggregates vs Il‑Kummissjoni (C‑487/06 P, EU:C:2008:757, punt 82).


45 – Dan ma huwiex kontradett mill-punti 91 sa 93 tas-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u tar-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-klassifikazzjoni tas-sistema fiskali bħala “selettiva” ma hijiex suġġetta għall-identifikazzjoni ta’ kuntest ta’ riferiment u ta’ deroga minn dan il-kuntest meta sistema fiskali li, minflok tipprevedi regoli ġenerali għall-impriżi kollha, idderogat favur uħud minnhom, twassal għall-istess riżultat billi taġġusta u tikkombina r-regoli fiskali b’mod li tali applikazzjoni, twassal ukoll għal differenzi fiskali għall-impriżi differenti.


46 – Ara, s-sentenza tas-6 ta’ Settembru 2006, Il‑Portugall vs Il‑Kummissjoni (C‑88/03, EU:C:2006:511, punt 56) fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, “sabiex tiġi evalwata s-selettività tal-miżura in kwistjoni, għandu jiġi eżaminat jekk, fil-kuntest ta’ skema ġuridika partikolari, l-imsemmija miżura tikkostitwixxix vantaġġ għal ċerti impriżi meta mqabbla ma’ oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli. Id-determinazzjoni tal-kuntest ta’ riferiment għandha importanza ikbar fil-każ ta’ miżuri fiskali għaliex l-eżistenza nfisha ta’ vantaġġ tista’ tiġi stabbilita biss billi tiġi mqabbla ma’ tassazzjoni msejħa ‘normali’”. Enfasi miżjuda minni.


47 – Matul is-seduta, il-Kummissjoni indikat li tali miżura għandha tiġi kkunsidrata bħala prima facie selettiva.


48 – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-punt 49 tas-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Paint Graphos et (C‑78/08 sa C‑80/08, EU:C:2011:550), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “Il-klassifikazzjoni ta’ miżura fiskali nazzjonali bħala ‘selettiva’ teħtieġ, qabel kollox, l-identifikazzjoni u l-eżami minn qabel tas-sistema fiskali komuni jew ‘normali’ applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat. Huwa fil-konfront ta’ din is-sistema fiskali komuni jew ‘normali’ li mbagħad għandha tiġi evalwata u stabbilita n-natura eventwalment selettiva tal-vantaġġ mogħti mill-miżura fiskali inkwistjoni, u dan filwaqt li jintwera li din il-miżura tidderoga mis-sistema komuni msemmija sa fejn tiddistingwi bejn operaturi li, fid-dawl tal-għan marbut mas-sistema fiskali ta’ dan l-Istat Membru, ikunu jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli”. Konsegwentement, jekk il-benefiċjarji tal-miżura fiskali inkwistjoni u l-kontribwenti li ma jibbenefikawx minn din il-miżura ma jinsabux f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fir-rigward tal-għan imfittex mis-sistema, il-miżura ma hijiex selettiva. Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tat-8 ta’ Settembru 2011, Paint Graphos et (C‑78/08 sa C‑80/08, EU:C:2011:550, punti 63 u 64), u tad-29 ta’ Marzu 2012, 3M Italia (C‑417/10, EU:C:2012:184, punt 42).


49 – Skont il-Kummissjoni, dan it-tielet motiv jippermetti li jiġi evitat li jiġu kkunsidrati bħala selettivi miżuri verament ġenerali. Konsegwentement, hija tqis li l-kriterju ġdid elaborat mill-Qorti Ġenerali mhux neċessarju u jwassal għall-analiżi klassika ta’ selettività żviluppata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Qorti Ġenerali, meta introduċiet dan il-kriterju ġdid, ħolqot kategorija ġdida ta’ miżuri, jiġifieri miżuri li huma kemm ġenerali kif ukoll derogatorji. Hija tqis li tali kategorija ta’ miżuri hija lloġika.


50 – Ara, f’dan is-sens il-punt 54 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 58 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


51 – Ara, il-punt 9 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoniu l-punt 14 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


52 – Ara, il-punt 13 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoniu l-punt 18 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


53 – Ara, il-punt 50 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoniu l-punt 54 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


54 – Skont WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, il-Qorti Ġenerali ma vvalidatx b’mod finali d-definizzjoni tas-sistema ta’ riferiment.


55 – Ara l-punti 44 u 45 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punti 48 u 49 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


56 – Għall-kuntrarju, miżura tal-istat li minnha jibbenefikaw mingħajr distinzjoni l-impriżi kollha li jinsabu fit-territorju nazzjonali, probabbilment ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Novembru 2001, sentenza Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598, punt 35).


57 – Fil-punt 61 tas-sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2015, Il‑Kummissjoni vs MOL (C‑15/14 P, EU:C:2015:362), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li,“l-parametri tal-paragun rilevanti għall-istabbiliment tas-selettività tal-miżura kkontestata f’din il-kawża jikkonsistu fil-verifika ta’ jekk il-proċedura ta’ konklużjoni u ta’ stabbiliment tat-termini tal-ftehim ta’ estensjoni tad-drittijiet tax-xogħol fil-minjieri, prevista fl-Artikolu 26/A(5) tal-Liġi dwar il-minjieri, tintroduċix distinzjoni bejn l-operaturi li jkunu jinsabu, fid-dawl tal-għan imfittex, f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli, li ma hijiex iġġustifikata min-natura u mill-istruttura tas-sistema inkwistjoni”.


58 – Fil-fatt, il-kunċett ta’ selettività huwa komparabbli għall-kunċett ta’ diskriminazzjoni. Ara f’dan is-sens, is-sentenzi tal-14 ta’ Jannar 2015, Eventech (C‑518/13, EU:C:2015:9, punt 53) u tal‑15 ta’ Novembru 2011, sentenza Il-Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta’ Ġibiltà u tar-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 101). Ara l-punt 54 tal-konklużjonijiet li l-Avukat Ġenerali Wahl ippreżenta fil-kawża Il‑Kummissjoni vs MOL (C‑15/14 P, EU:C:2015:32) u l-punt 29 tal-konklużjonijiet li l-Avukat Ġenerali Bobek ippreżenta fil-kawża Il‑Belġju vs Il‑Kummissjoni (C‑270/15 P, EU:C:2016:289).


59 – Iż-żewġ kawżi jittrattaw id-Deċiżjoni 2002/581/KE tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Diċembru 2001, dwar is-sistema tal-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Italja favur il-banek (ĠU 2002, L 184, p. 27).


60 – Konsegwentement, il-miżuri ma humiex ta’ benefiċċju għall-impriżi ta’ setturi ekonomiċi oħra.


61 – Enfasi miżjuda minni.


62 – Evidentement, il-miżuri fiskali li jiffavorixxu impriżi ta’ settur għad-detriment ta’ oħrajn jew ta’ impriżi kbar għad-detriment tal-impriżi ż-żgħar, huma selettivi.


63 – Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011 Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punti 87 u 93).


64 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 120). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tnaqqis fiskali li minnu ma tistax tibbenefika ħlief kategorija ta’ impriżi, jiġifieri dawk li għandhom attivitajiet ta’ esportazzjoni u jagħmlu ċertu investimenti mmirati minn dawn il-miżuri, kien selettiv.


65 – Ara s-sentenza tat-13 ta’ Frar 2003, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑409/00, EU:C:2003:92, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għajnuna tista’ tkun selettiva fir-rigward tal-Artikolu 107(1) TFUE anke meta tikkonċerna settur ekonomiku sħiħ [ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑17 ta’ Ġunju 1999, Il‑Belġju vs Il‑Kummissjoni (C‑75/97, EU:C:1999:311, punt 33), u tat‑8 ta’ Settembru 2011, Paint Graphos et (C‑78/08 sa C‑80/08, EU:C:2011:550, punt 53)] jew diversi setturi ekonomiċi (ara s-sentenza tal-20 ta’ Novembru 2003, GEMO, C‑126/01, EU:C:2003:622, punti 37 sa 39).


66 – Xieraq li nfakkru li l-miżura kontenzjuża kienet tapplika għall-akkwiżizzjonijiet kollha tal-ishma ta’ mill-inqas 5 % f’kumpanniji barranin li huma miżmuma mingħajr interruzzjoni għal mill-inqas sena, mingħajr ma jiġi impost ammont jew livell minimu ieħor ta’ investiment.


67 – Ara l-punt 52 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 56 tas-sentenza kkontestata Banco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni.


68 – Fl-opinjoni tiegħi, il-Qorti ġenerali użat sofiżma meta kkunsidrat li miżura fiskali, li hija potenzjalment aċċessibbli għall-impriżi kollha mhijiex selettiva fil-waqt li din il-miżura tagħmel distinzjoni bejn l-impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet analogi. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li qed tistenni d-WDFG kif ukoll Banco Santander u Santusa, kif jidher fil-punt 61 ta’ dawn il-konklużjonijiet, miżura fiskali ma tistax tkun awtomatikament selettiva jekk hija ma tkunx applikata mill-impriżi kollha ta’ Stat Membru mingħajr eċċezzjoni, minħabba li dawn l-impriżi kollha mhux neċessarjament jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli. Miżura fiskali mhix selettiva ħlief jekk hija tagħmel distinzjoni bejn sitwazzjonijiet komparabbli. Konsegwentement, għall-kuntrarju tal-osservazzjonijiet tal-partijiet intervenjenti imsemmija fil-punt 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-applikazzjoni tal-kriterju ta’ selettività meta jkun hemm diskriminazzjoni bejn kontribwenti f’sitwazzjonijiet komparabbli, ma tipperikolax il-bilanċ istituzzjonali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, iżda tikkorrispondi għas-setgħa tal-Parlament kif espressa fit-test tal-Artikolu 107(1), TFUE.


69 – Ara, b’analoġija, il-punti 81 u 82 tal-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Kokott fil-Kawża Finanzamt Linz (C‑66/14, EU:C:2015:242) fejn hija tinnota li “is-sempliċi fatt li dispożizzjoni fiskali tagħti vantaġġ biss lil ċerti impriżi li jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti minnha, ma huwiex biżżejjed sabiex tiġi kkonstatata n-natura selettiva ta’ din id-dispożizzjoni (46). Mill-banda l-oħra, ma jistax dejjem jingħad li dispożizzjoni fiskali ma hijiex selettiva għar-raġuni li l-operaturi ekonomiċi kollha, mingħajr ebda distinzjoni, jistgħu jkunu intitolati għall-vantaġġ mogħti mid-dispożizzjoni fiskali, sa fejn jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti minnha. Fil-fatt, f’tali każ, għandu dejjem jitqies li dispożizzjoni fiskali ma hijiex selettiva. […]“Għaldaqstant, fir-rigward tal-vantaġġi fiskali, il-ġurisprudenza stabbilixxiet kundizzjonijiet speċjali sabiex tiġi kkonstatata n-natura selettiva tagħhom. B’hekk, dak li huwa determinanti fl-aħħar mill-aħħar huwa jekk il-kundizzjonijiet għall-kisba tal-vantaġġ fiskali skont il-kriterji tas-sistema fiskali nazzjonali humiex magħżula b’mod nondiskriminatorju[…]”. Enfasi miżjuda minni.


70 – Għall-kuntrarju ta’ dak li qed jistennew ir-Renju ta’ Spanja (ara l-punt 62 ta’ dawn il-konklużjonijiet) u l-Irlanda (ara l-punt 65 ta’ dawn il-konklużjonijiet), il-miżura kontenzjuża ma hijiex miftuħa għall-impriżi kollha li jagħmlu tranżazzjonijiet komparabbli.


71 – Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja effettivament iddeċidiet fil-punt 42 tas-sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2012, 3M Italia (C‑417/10, EU:C:2012:184) li “il-fatt li l-kontribwenti biss li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura ma jistax, fih innifsu, jagħtiha natura selettiva”, hija kompliet tikkonstata wkoll fl-istess punt 42, li l-persuni li jippruvaw jibbenefikaw mill-miżura inkwistjoni f’din il-kawża ma jinsabux f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli għal dik tal-kontribwenti li jibbenfikaw mill-miżura fir-rigward tal-għan imfittex mil-leġiżlatur. Fid-dawl tal-fatt li fis-sentenzi kkontestati, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddubitatx il-komparabbiltà bejn l-akkwiżizzjonijiet ta’ ishma f’impriża taxxabbli fi Spanja f’ “kumpannija barranija” u l-akkwiżizzjonijiet ta’ ishma f’impriża taxxabbli fi Spanja f’kumpannija stabbilita fi Spanja, inqis li l-pertinenza tal-punt 42 tas-sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2012, sentenza 3M Italia (C‑417/10, EU:C:2012:184), fil-kawża prinċipali hija limitata ħafna.


72 – L-Artikolu 107(1) TFUE ma jagħmilx distinzjoni bejn il-kawżi u l-għanijiet tal-Istat, iżda jiddefinixxihom skont l-impatti tagħhom u għalhekk indipendentement mit-tekniki użati. Ara s-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 87).


73 – Ara, b’analoġija is-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 93).


74 – Għall-kuntrarju ta’ dak li qed tistenna r-Repubblika Federali tal-Ġermanja (ara l-punt 66 ta’ dawn il-konklużjonijiet), ma din l-analiżi ma għandhix għalfejn tiżdied il-verifika tal-eżistenza ta’ kategorija ta’ kontribwenti vvantaġġati. Barra minn hekk, miżuri fiskali selettivi li jibbenefikaw minnhom ċertu kontribwenti għad-detriment ta’ oħrajn li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli, jaħarbu immedjatament mill-kontroll fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat minħabba l-fatt biss li dawn il-miżuri fiskali “ġew adottati taħt teknika leġiżlattiva oħra minkejja li dawn jipproduċu, fid-dritt u/jew fil-fatt, l-istess effetti”. Ara s-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2011, Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 92).


75 – Fl-opinjoni tiegħi, il-fatt li l-miżura kontenzjuża ma tissuġġetta l-applikazzjoni tagħha għall-ebda ammont minimu, ma jindikax li din il-miżura mhix selettiva. In-nuqqas ta’ kundizzjoni ta’ applikazzjoni bbażata fuq ammont minimu jimplika sempliċiment in-nuqqas ta’ kriterju ta’ selettività ibbażat fuq id-daqs tal-impriża, li huwa, a priori, selettiv. Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l-Baxxi (C‑279/08 P, EU:C:2011:551).


76 – Enfasi miżjuda minni.


77 – Enfasi miżjuda minni.


78 – Enfasi miżjuda minni.


79 – Sentenza Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C-106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punt 101).


80 – Sentenza Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punti 101 u 102).


81 – Sentenza Il‑Kummissjoni u Spanja vs Il‑Gvern ta’ Ġibiltà u r-Renju Unit (C‑106/09 P u C‑107/09 P, EU:C:2011:732, punti 103 u 104).


82 – Ara l-punt 50 tas-sentenza kkontestata Autogrill España vs Il‑Kummissjoni u l-punt 54 tas-sentenza kkontestataBanco Santander u Santusa vs Il‑Kummissjoni


83 – Ara l-punt 77 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


84 – Enfasi miżjuda minni.


85 – Sentenza tat-8 ta’ Novembru 2001, Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer & Peggauer Zementwerke (C‑143/99, EU:C:2001:598, punti 35 u 36).


86 – Ara l-punt 135 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża u l-punt 160 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża.


87 – Ara s-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2004, Spanja vs Il‑Kummissjoni (C‑501/00, EU:C:2004:438, punt 96).


88 – Ara l-punti 83 u 84 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


89 – Il-punt 154 tat-tieni deċiżjoni kontenzjuża jipprevedi li “[…]l-miżura kkontestata għandha l-għan li tiffavorixxi l-esportazzjoni tal-kapital barra minn Spanja, sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-kumpaniji Spanjoli barra l-pajjiż, biex b’hekk tittejjeb il-kompetittività tal-benefiċjarji tal-iskema..” Ara wkoll il-punt 129 tal-ewwel deċiżjoni kontenzjuża.


90 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ Lulju 2009, Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja (C‑369/07, EU:C:2009:428, punt 119).


91 – U li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli.