Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fid-29 ta’ Jannar 2018 – Mijo Mestrovic

(Kawża C-50/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Steiermark

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mijo Mestrovic

Amministrazzjoni Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Murtal

Parti oħra fil-proċedura: Finanzpolizei

Domandi preliminari

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi 1 u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE 2 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligI formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, bħan-nuqqas ta’ pussess ta’ dokumenti relatati mas-salarji, multi għolja ħafna, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għolja imposti b’mod kumulattiv fir-rigward ta’ kull ħaddiem ikkonċernat?

Fil-każ li ma tingħatax risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 56 TFUE kif ukoll id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi u d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fil-każ ta’ nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi formali applikabbli fil-qasam tal-provvista ta’ ħaddiema transkonfinali, li multi kumulattivi jiġu imposti mingħajr limitu massimu assolut?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431.

2 ĠU 2014, L 159, p. 11.