Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-28 ta’ Mejju 2018 – Avv. Alessandro Salvoni vs Anna Maria Fiermonte

(Kawża C-347/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Avv. Alessandro Salvoni

Konvenuta: Anna Maria Fiermonte

Domanda preliminari

L-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 1 u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-qorti tal-oriġini adita, fir-rigward ta’ deċiżjoni definittiva, bit-talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat previst mill-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, tista’ teżerċita setgħat ex officio intiżi sabiex jiġi kkonstatat jekk id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tar-Regolament Brussell I bis ġewx miksura, bil-għan li tinforma lill-konsumatur bil-ksur eventwalment ikkonstatat u tippermettilu jevalwa b’għarfien sħiħ tal-fatti l-possibbiltà li juża r-rimedju ġudizzjarju previst fl-Artikolu 45 tal-istess regolament?

____________

1     Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).