Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Subdelegación del Gobierno en Guipuzkoa - Extranjeria vs Samir Zaizoune

(Kawża C-38/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Subdelegación del Gobierno en Guipuzkoa - Extranjeria

Konvenut: Samir Zaizoune

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u tal-effettività tad-direttivi, l-Artikoli 4(2), 4(3) u 6(1) tad-Direttiva 2008/115/KE 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma kuntrarji għal leġiżlazzjoni, bħad-dritt nazzjonali kkontestat fil-kawża prinċipali u l-ġurisprudenza li tinterpretaha, li tippermetti li sitwazzjoni irregolari ta’ barrani tiġi ssanzjonata esklużivament permezz ta’ sanzjoni ekonomika li, barra minn hekk, hija inkompatibbli mas-sanzjoni ta’ tkeċċija?

____________

1 Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98).