Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 taʼ Marzu 2013 - Viega GmbH & Co.KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(C-276/11 P) 

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Attrezzaturi end-feed u b'furċella - Produzzjoni u evalwazzjoni tal-provi - Dritt għal smigħ quddiem qorti - Obbligu ta' motivazzjoni - Prinċipju ta' proporzjonalità)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Viega GmbH & Co. KG (rappreżentanti: J. Burrichter, T. Mäger u M. Röhrig, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentati: V. Bottka, R. Sauer, aġenti u A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 taʼ Marzu 2011, Viega GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni (T-375/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4180 finali, tal-20 taʼ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti - Ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti, tal-prinċipju taʼ proporzjonalità u tal-obbligu taʼ motivazzjoni - Ksur tal-prinċipji taʼ proċedura taʼ investigazzjoni - Ksur tal-Artikolu 81(1) KE, u tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Viega GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011