Language of document :

Appell ippreżentat fis-16 ta' Frar 2009 minn Georgios Karatzoglou mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) mogħtija fit-2 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-471/04: Georgios Karatzoglou vs L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)

(Kawża C-68/09 P)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: Georgios Karatzoglou (rappreżentant: S. A. Pappas, dikigoros)

Appellata: L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER)

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Awtorità tal-Ħatra;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jissottmetti li, meta ddeċidiet li t-tkeċċija ta' membri tal-persunal temporanju ma tirrikjedix motivazzjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma mxietx mal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġusatizzja u kisret id-dritt internazzjonali u l-Artikolu 253 KE, li jimponi obbligu ġenerali ta' motivazzjoni.

L-appellant jissottometti, barra minn hekk, li l-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball meta ddikjarat li huwa ma kienx ressaq provi adegwati li juru abbuż ta' poter. Huwa jikkontesta wkoll id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.

____________