Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Marzu 2013 - Dole Food u Dole Germany vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/08)

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-banana - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Kunċett ta' prattika miftiehma li għandha għan antikompetittiv - Sistema ta' skambju ta' informazzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi - Gravità tal-ksur")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dole Food Company, Inc. (Washington, l-Istati Uniti) u Dole Germany OHG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u M. Kellerbauer, sussegwentement M. Kellerbauer u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5955, tal-15 ta' Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/39.188 - Banana).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dole Food Company, Inc. u Dole Germany OHG huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 44, 21.02.2009.