Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-23 ta’ Jannar 2014 – ERSTE Bank Hungary Zrt. vs Attila Sugár

(Kawża C-32/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ERSTE Bank Hungary Zrt.

Konvenut: Attila Sugár

Domandi preliminari

Il-proċedura ta’ Stat Membru li skontha, meta konsumatur jonqos milli jwettaq obbligu stipulat f’att redatt minn nutar fl-osservanza tar-rekwiżiti formali, il-parti l-oħra fil-kuntratt tikseb il-validazzjoni ta’ ammont li hija indikat u li hija qed titlob il-ħlas tiegħu permezz tal-ħruġ ta’ dik li hija msejħa ordni ta’ infurzar, filwaqt li tiġi evitata kull proċedura kontenzjuża quddiem qorti, mingħajr ma tkun saret ebda evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-istipulazzjonijiet tal-kuntratt inkwistjoni, hija konformi mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE 1 ?

Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-konsumatur jista’ jitlob l-annullament ta’ ordni ta’ infurzar li tkun diġà nħarġet billi jinvoka l-assenza ta’ evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli tal-kuntratt li fuqu din hija bbażata, filwaqt li f’każ ta’ proċedura quddiem qorti, is-sentanza mogħtija fil-Kawża C-472/11 timponi lill-qorti li tinforma lill-konsumatur dwar l-eżistenza ta’ kull klawżola inġusta li hija tkun ikkonstatat?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).