Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-16 ta’ Ottubru 2017 – Japan Tobacco International SA, Japan Tobacco International France SAS vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics, Ministre des Solidarités et de la Santé

(Kawża C-596/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Japan Tobacco International SA, Japan Tobacco International France SAS

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics, Ministre des Solidarités et de la Santé

Domandi preliminari

Id-Direttiva 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011 1 , għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tirregola wkoll, fid-dawl tad-definizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk li jinsabu fl-Artikoli 2, 3 u 4 tagħha, il-prezz tal-prodotti tat-tabakk ippakkjati?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-21 ta’ Ġunju 2011, sa fejn jistabbilixxi l-prinċipju ta’ determinazzjoni libera tal-prezzijiet tal-prodotti tat-tabakk, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi regola ta’ ffissar tal-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti għal kull 1 000 unità jew 1 000 gramma li għandha bħala effett li tipprekludi lill-produtturi ta’ prodotti tat-tabakk milli jaġġustaw il-prezzijiet tagħhom skont id-differenzi eventwali fl-ispiża għall-ippakkjar ta’ dawn il-prodotti?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, p. 24).