Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division)(ir-Renju Unit) fl-24 ta’ Lulju 2017 – Abraxis Bioscience LLC vs Comptroller General of Patents

(Kawża C-443/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Abraxis Bioscience LLC

Konvenut: Comptroller General of Patents

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(d) tar-Regolament ĊPS 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza l-għoti ta’ ĊPS meta l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 3(b) hija l-ewwel awtorizzazzjoni, li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattiva bażika, ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott bħala prodott mediċinali u meta l-prodott huwa formulazzjoni ġdida ta’ ingredjent attiv antik?

____________

1 Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU 2009, L 152, p. 1).