Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-3 ta’ Novembru 2017 – Gyula Kiss vs CIB Bank Zrt. et

(Kawża C-621/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gyula Kiss

Konvenuti: CIB Bank Zrt., Emil Kiss, Gyuláné Kiss

Domandi preliminari

Ir-rekwiżit ta’ redazzjoni ċara u li tinftihem sabbilit fl-Artikoli 4(2) u 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva”) 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumaturi, dan ir-rekwiżit huwa sodisfatt permezz ta’ klawżola kuntrattwali mhux innegozjata individwalment li tiddetermina bi preċiżjoni l-ammont tal-ispejjeż, kummissjonijet u nfieq ieħor (iktar ’il quddiem, ikkunsidrati flimkien, l-“ispejjeż”) li għandhom jitħallsu mill-konsumatur, il-metodu ta’ kalkolu tagħhom u meta dawn għandhom jitħallsu, iżda li madankollu ma tispeċifikax min-naħa l-oħra liema servizzi speċifiċi huma koperti minn dawn l-ispejjeż; jew inkella għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratt għandu jindika wkoll liema huma dawn is-servizzi speċifiċi? F’dan l-aħħar każ, huwa biżżejjed li l-kontenut tas-servizz ipprovdut jista’ jirriżulta mid-deskrizzjoni tal-ispiża?

L-Artkolu 3(1) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżola kuntrattwali użata fil-każ inkwistjoni fir-rigward tal-ispejjeż, meta ma jkunx possibbli li jiġi identifikat b’mod inekwivoku, fuq il-bażi tal-kuntratt, liema huma s-servizzi speċifiċi pprovduti b’korrispettiv għal dawn l-ispejjeż, toħloq għad-detriment tal-konsumatur, kuntrarjament għar-rekwiżiti ta’ bona fide, diżekwilibriju importanti bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.