Language of document : ECLI:EU:C:2010:229

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

KOKOTT

ippreżentati fid-29 ta’ April 2010 1(1)

Kawża C‑550/07 P

Akzo Nobel Chemicals Ltd et

vs

Il-Kummissjoni Ewropea


“Appell – Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Setgħat investigattivi tal-Kummissjoni – Dokumenti kkuppjati matul investigazzjoni u sussegwentement imdaħħla fil-fajl – Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti (“legal professional privilege”) – Komunikazzjoni interna ma’ avukat ta’ kumpannija – Avukat li għandu relazzjoni ta’ impjieg mal-klijent tiegħu – Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 – Regolament (KE) Nru 1/2003”





I –    Introduzzjoni

1.        Il-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet bejn avukat u l-klijenti tiegħu, li għandha n-natura ta’ dritt fundamentali (jew “kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti” (2)), testendi, abbażi tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, anki għall-iskambju intern ta’ opinjonijiet u informazzjoni bejn id-diriġenti ta’ impriża u l-avukat ta’ kumpannija li jkun impjegat magħha (3)? Din hija essenzjalment il-kwistjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab tirriżolvi f’din il-proċedura ta’ appell (4). L-importanza prattika ta’ din il-kwistjoni għall-applikazzjoni u l-implementazzjoni futura tad-dritt Ewropew fil-qasam tal-kompetizzjoni ma għandhiex tiġi sottovalutata, u lanqas ma tilfet b’ebda mod ir-rilevanza tagħha wara l-immodernizzar tad-dritt proċedurali dwar l-akkordji li sar mir-Regolament (KE) Nru 1/2003 (5).

2.        Din il-kawża toriġina minn tfittxija (l-hekk imsejħa investigazzjoni) li l-Kummissjoni Ewropea, bħala awtorità tal-kompetizzjoni, wettqet fi Frar 2003 fir-Renju Unit fil-bini ta’ Akzo Nobel Chemicals Ltd. (Akzo) u Akcros Chemicals Ltd. (Akcros) (6). F’dik l-okkażjoni l-aġenti tal-Kummissjoni kienu ħadu fotokopji ta’ xi dokumenti li skont ir-rappreżentanti ta’ Akzo u Akcros ma setgħux jiġu ssekwestrati, peress li fil-fehma tagħhom kienu koperti mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti.

3.        F’dan ir-rigward qamet kwistjoni bejn iż-żewġ impriżi msemmija hawn fuq u l-Kummissjoni. Akzo u Akcros ressqu żewġ rikorsi quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”): l-ewwel wieħed, kontra d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni imponiet l-investigazzjoni, u t-tieni wieħed kontra d-deċiżjoni tal-istess Kummissjoni li ddaħħal fil-fajl ċerti dokumenti kkontestati. B’sentenza tas-17 ta’ Settembru 2007 (7) (iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”), il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel rikors bħala inammissibbli u t-tieni wieħed bħala infondat.

4.        Din il-proċedura ta’ appell tikkonċerna esklużivament il-kwistjoni jekk il-Qorti Ġenerali kinitx korretta meta ċaħdet it-tieni rikors abbażi li kien infondat. F’din il-fażi tal-proċedura, għandom jiġu kkunsidrati tnejn biss mid-dokumenti inkwistjoni. Dawn jikkonsistu f’kopji stampati ta’ messaġġi elettroniċi skambjati bejn id-direttur ġenerali ta’ Akcros u impjegat tal-uffiċċju legali intern fi ħdan il-grupp ta’ Akzo, li kien ukoll membru tal-Kamra tal-Avukati Olandiża.

II – Kuntest ġuridiku

5.        Il-kuntest ġuridiku ta’ din il-kawża jirriżulta mir-Regolament tal-Kunsill Nru 17  (8), li l-Artikolu 14 tiegħu jipprovdi hekk:

“1.      Fit-twettiq tad-doveri mogħtija lilha mill-Artikolu [105 TFUE] u mid-dispożizzjonijiet adottati taħt l-Artikolu [103 TFUE], il-Kummissjoni tista’ twettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa fl-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi.

Għal dan il-għan l-uffiċjali awtorizzati mill-Kummissjoni għandhom is-setgħa:

a)      li jeżaminaw il-kotba u dokumenti oħra tan-negozju;

b)      li jieħdu kopji jew biċċiet mill-kotba u d-dokumenti tan-negozju;

ċ)      li jitolbu spjegazzjonijiet orali fuq il-post;

d)      li jidħlu f'kull fond, art u mezzi tat-trasport ta’ l-impriżi.

2.      L-uffiċjali tal-Kummissjoni awtorizzati għall-għan ta’ dawn l-investigazzjonijiet għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom mat-turija ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub [...].

3.      Impriżi u assoċjazzjonijiet ta’ impriżi għandhom jissottomettu ruħhom għall-investigazzjonijiet ordnati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett in materja u l-għan ta’ l-investigazzjoni [...].

[…]”.

6.        Ir-Regolament (KE) Nru 1/2003, li mmodernizza d-dritt Komunitarju proċedurali dwar akkordji u li ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill Nru 17, mhuwiex applikabbli ratione temporis għal din il-kawża, peress li l-fatti rilevanti seħħew qabel l-1 ta’ Mejju 2004 (9).

III – ll-fatti li wasslu għall-kawża

A –    L-investigazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni u l-konsegwenzi amministrattivi tagħhom

7.        Kif jirriżulta mill-fatti kkonstatati mill-Qorti Ġenerali (10), din il-kawża oriġinat minn proċedura ta’ investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea bħala awtorità tal-kompetizzjoni. Fil-bidu tal-2003, il-Kummissjoni ordnat permezz ta’ deċiżjoni (11), skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, li ssir investigazzjoni fil-konfront ta’ Akzo u Akcros kif ukoll tas-sussidjarji tagħhom, biex jinkisbu provi dwar il-possibbiltà ta’ prattiki antikompetittivi (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni li timponi l-investigazzjoni”). B’dik id-deċiżjoni il-kumpanniji msemmija hawn fuq ġew obbligati jissottomettu ruħhom għal dawk l-investigazzjonijiet.

8.        Bis-saħħa tal-imsemmija deċiżjoni li timponi l-investigazzjoni, tat-12 u tat-13 ta’ Frar 2003, xi uffiċjali tal-Kummissjoni, assistiti minn rappreżentanti tal-Office of Fair Trading (OFT) (12), wettqu investigazzjoni fil-bini ta’ Akzo u Akcros li jinsabu f’Eccles, Manchester (ir-Renju Unit) (13). Matul dawn l-investigazzjonijiet, l-uffiċjali tal-Kummissjoni ħadu kopji ta’ numru kunsiderevoli ta’ dokumenti.

9.        Matul dawk l-operazzjonijiet, ir-rappreżentanti ta’ Akzo u Akcros avżaw lill-uffiċjali tal-Kummissjoni li ċerti dokumenti setgħu kienu koperti mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukat u klijent. L-uffiċjali tal-Kummissjoni wieġbu billi rreferew għall-ħtieġa li jagħtu daqqa t’għajn lid-dokumenti inkwistjoni sabiex ikunu jistgħu jiffurmaw opinjoni dwar jekk l-imsemmija dokumenti jibbenefikawx minn tali protezzjoni. Wara diskussjoni twila, u wara li l-uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-OFT wissew lir-rappreżentanti ta’ Akzo u ta’ Akcros dwar il-konsegwenzi jekk jiġu ostakolati l-operazzjonijiet ta’ investigazzjoni, ġie stabbilit li l-uffiċjal li kien qed imexxi l-investigazzjoni kellu jeżamina fil-qosor id-dokumenti inkwistjoni fil-preżenza ta’ rappreżentant ta’ Akzo u Akcros.

10.      Matul l-eżaminazzjoni ta’ dawk id-dokumenti, inqalgħet kwistjoni dwar diversi dokumenti li l-Qorti Ġenerali – hekk kif laqgħet it-talbiet ta’ Akzo u Akcros – qassmet f’żewġ kategoriji ta’ dokumenti (serje “A” u serje “B”).

11.      Is-serje “A” kienet tikkonsisti f’żewġ dokumenti. L-ewwel wieħed minn dawk id-dokumenti huwa memorandum ittajpjat ta’ żewġ paġni, tas-16 ta’ Frar 2000, tad-direttur ġenerali tal-Akcros, indirizzat lil wieħed mis-superjuri tiegħu, u li, abbażi ta’ dak li ġie affermat mir-rikorrenti, fih informazzjoni miġbura mill-awtur tiegħu f’laqgħat interni ma’ impjegati oħrajn bil-għan li jintalab parir legali estern fir-rigward ta’ programm ta’ konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni, stabbilit minn Akzo. It-tieni dokumenti huwa kopja oħra tal-istess memorandum, li fuqu hemm noti miktuba bl-idejn li jirreferu għal kuntatti ma’ avukat ta’ Akzo u Akcros, fejn jissemma anki ismu.

12.      Wara li kisbu kjarifiki mir-rikorrenti dwar dawn iż-żewġ dokumenti, l-uffiċjali tal-Kummissjoni kienu tal-fehma li ma setgħux jaslu immedjatament għal deċiżjoni definittiva dwar il-protezzjoni li minnha setgħu jibbenefikaw mid-dokumenti inkwistjoni. L-imsemmija uffiċjali, għaldaqstant, ħadu kopja ta’ dawk id-dokumenti u poġġewhom f’envelopp issiġillat li huma ħadu magħhom mat-tmiem tal-investigazzjoni.

13.      Anki s-serje “B” tikkonsisti f’għadd ta’ dokumenti. Dawn jikkonsistu, minn naħa waħda, f’ġabra ta’ noti miktuba bl-idejn mid-direttur ġenerali ta’ Akcros, li r-rikorrenti jsostni li ttieħdu f’laqgħat ma’ impjegati u ntużaw għall-abbozzar tal-memorandum ittajpjat imdaħħal fis-serje “A”. Min-naħa l-oħra, hemm żewġ messaġġi elettroniċi skambjati bejn id-direttur ġenerali ta’ Akcros u l-koordinatur ta’ Akzo għar-regoli dwar il-kompetizzjoni, S., avukat irreġistrat mal-Kamra tal-Avukati Olandiża, li meta seħħew il-fatti, kien membru tad-dipartiment legali tal-grupp Akzo u b’hekk impjegat fuq bażi permanenti ma’ dik l-impriża.

14.      Wara li eżamina d-dokumenti tas-serje “B” u wara li kiseb il-kjarifiki ta’ Akzo u Akcros, l-uffiċjal tal-Kummissjoni responsabbli mill-investigazzjoni wasal għall-konklużjoni li dawk id-dokumenti ċertament ma kinux jibbenefikaw mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukat u klijent. Għaldaqstant, huwa ħa kopja u daħħalha fil-fajl, mingħajr ma żammha separatament f’envelopp issiġillat.

15.      Fis-17 ta’ Frar 2003, Akzo u Akcros indirizzaw ittra lill-Kummissjoni fejn huma taw ir-raġunijiet għalfejn, fil-fehma tagħhom, id-dokumenti tas-serje “A” u dawk tas-serje “B” kienu protetti bil-kunfidenzjalità. Permezz ta’ komunikazzjoni tal-1 ta’ April 2003, il-Kummissjoni infurmat lill-impriżi msemmija hawn fuq li l-argumenti ppreżentati fl-ittra tagħhom tas-17 ta’ Frar 2003 ma kinux jippermettulha tikkonkludi li d-dokumenti inkwistjoni kienu koperti bil-kunfidenzjalità. Hija, madankollu, tathom il-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet dwar dawk il-konklużjonijiet preliminari fi żmien ġimagħtejn, u li mal-iskadenza ta’ dak it-terminu kienet ser tiġi adottata deċiżjoni definittiva.

16.      B’deċiżjoni tat-8 ta’ Mejju 2003 (14), il-Kummissjoni ċaħdet it-talba biex tirrikonoxxi fil-konfront ta’ Akzo u Akcros, fir-rigward tad-dokumenti inkwistjoni, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukat u klijent (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ ċaħda”). Fl-Artikolu 1 ta’ dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba ta’ Akzo u Akcros biex jintraddu lura d-dokumenti tas-serje “A” u tas-serje “B”, u li l-Kummissjoni tiddikjara li dawk id-dokumenti kollha fil-pussess tagħha nqerdu. Fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni ta’ ċaħda, il-Kummissjoni tikkomunika l-intenzjoni tagħha li tiftaħ l-envelopp issiġillat li fih id-dokumenti tas-serje “A” u li ddaħħalhom fil-fajl, għalkemm tindika li mhux ser tagħmel dan qabel ma jiskadi t-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra l-imsemmija deċiżjoni.

B –    Il-proċedura ġudizzjarja

1.      Il-proċedura ġudizzjarja quddiem il-Qorti Ġenerali

17.      Akzo u Akcros ippreżentaw konġuntament żewġ rikorsi għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali, l-ewwel wieħed kontra d-deċiżjoni li timponi l-investigazzjoni (15) (Kawża T‑125/03), u t-tieni wieħed kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda (16) (Kawża T‑253/03). Fir-rigward taż-żewġ deċiżjonijiet, il-partijiet imsemmija hawn fuq talbu wkoll s-sospensjoni provviżorja tal-eżekuzzjoni fis-sens tal-Artikoli 242 KE u 243 KE (li saru l-Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (Kawżi T‑125/03 R u T‑253/03 R).

18.      Fit-8 ta’ Settembru 2003, il-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċedura tas-sospensjoni provviżorja tal-eżekuzzjoni, laqgħet it-talba tal-president tal-Qorti Ġenerali u bagħtitlu, f’pakkett kunfidenzjali, kopja tad-dokumenti tas-serje “B” kif ukoll l-envelopp issiġillat bid-dokumenti tas-serje “A”.

19.      Fit-30 ta’ Ottubru 2003, il-President tal-Qorti Ġenerali ċaħad it-talba għal miżuri provviżorji fil-kawża T‑125/03 R (17), waqt li laqa’ parzjalment it-talba għal miżuri provviżorji fil-kawża T‑253/03 R. Għaldaqstant, issospenda l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-8 ta’ Mejju 2003 fil-parti li tirrigwarda d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ l-envelopp issiġillat li kien fih id-dokumenti tas-serje “A”; barra minn hekk ordna li dawk id-dokumenti jinżammu fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali sakemm tingħata d-deċiżjoni sostantiva mill-Qorti Ġenerali. Il-president tal-Qorti Ġenerali ħa wkoll nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ma kinitx ser tagħti aċċess lil terzi għad-dokumenti tas-serje “B” qabel ma tingħata s-sentenza fil-Kawża T‑253/03.

20.      Fis-27 ta’ Settembru 2004, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, fuq appell tal-Kummissjoni, annulla d-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali, tat-30 ta’ Ottubru 2003, biex jiġu akkordati miżuri provviżorji (18) fil-parti dwar is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-8 ta’ Mejju 2003 u dwar iż-żamma tad-dokumenti tas-serje “A” fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali. Madankollu, ħa nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ma kinitx ser tagħti aċċess lil terzi għad-dokumenti tas-serje “B” qabel ma tingħata s-sentenza fil-Kawża T‑253/03.

21.      B’mod konformi mal-imsemmi digriet, ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, b’ittra tal-15 ta’ Ottubru 2004, radd lura lill-Kummissjoni l-envelopp issiġillat li kien fih id-dokumenti tas-serje “A”.

22.      Fil-kawżi prinċipali, il-Qorti Ġenerali tat is-sentenza appellata fis-17 ta’ Settembru 2007, li permezz tagħha r-rikors ta’ annullament ta’ Akzo u Akcros kontra d-deċiżjoni li timponi l-investigazzjoni (Kawża T‑125/03) ġie ddikjarat inammissibbli, u r-rikors tagħhom kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda (Kawża T‑253/03) ġie miċħud.

2.      Il-proċedura ta’ appell kontra s-sentenza appellata

23.      B’att tat-30 ta’ Novembru 2007 (19), Akzo u Akcros ressqu konġuntament dan ir-rikors kontra s-sentenza tas-17 ta’ Settembru 2007. Is-suġġett tar-rikors jirrigwarda biss il-kwistjoni jekk iż-żewġ messaġġi elettroniċi skambjati bejn S. u d-direttur ġenerali ta’ Akcros kinux jibbenefikaw jew le mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità. Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

–        tannulla s-sentenza appellata sa fejn ċaħdet it-talba għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti fil-konfront tal-komunikazzjonijiet mal-avukat intern ta’ Akzo Nobel;

–        tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2003, sa fejn tirrifjuta li trodd lura l-korrispondenza elettronika mal-avukat intern ta’ Akzo Nobel;

–        tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż ta’ dan l-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali sa fejn jirrigwardaw l-aggravju mqajjem fl-appell preżenti.

24.      Il-Kummissjoni, min-naħa l-oħra, titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

–        tiċħad l-appell;

–        tordna lir-rikorrenti jbatu l-ispejjeż.

25.      Quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara l-proċedura bil-miktub, saru t-trattazzjonijiet dwar l-appell fis-seduta tad-9 ta’ Frar 2010.

3.      Partijiet oħrajn fil-proċedura u intervenjenti ġodda

26.      Fil-proċeduri tal-ewwel istanza, il-Qorti Ġenerali ħalliet jintervjenu fil-Kawżi T‑125/03 u T‑253/03 insostenn tat-talbiet ta’ Akzo u Akcros lil dawn l-assoċjazzjonijiet (20): Conseil des barreaux européens (CCBE, Kunsill ta’ Kmamar tal-Avukati Ewropej), Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten (ARNOVA, Ordni Olandiż tal-Avukati), European Company Lawyers Association (ECLA, Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Avukati tal-Kumpanniji), American Corporate Counsel Association – European Chapter (ACCA, Assoċjazzjoni Amerikana ta’ Konsulenti fid-Dritt tal-Kumpanniji – Sezzjoni Ewropea), u International Bar Association (IBA, Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Kmamar tal-Avukati). Dawn l-assoċjazzjonijiet qed jipparteċipaw ukoll f’din il-proċedura ta’ appell bħala partijiet oħrajn insostenn ta’ Akzo u Akcros.

27.      Fil-proċedura ta’ appell, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod konformi mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll mal-Artikolu 93(1) moqri flimkien mal-Artikolu 123 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, aċċetta bħala intervenjenti insostenn tat-talbiet ta’ Akzo u Akcros lil dawn l-Istati Membri (21): ir-Repubblika tal-Irlanda, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

28.      Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja min-naħa l-oħra ċaħad, fil-proċedura ta’ appell, ir-rikorsi ta’ intervent insostenn tat-talbiet ta’ Akzo u Akcros ippreżentati minn dawn l-assoċjazzjonijiet, inkwantu ma wrewx li għandhom interess leġittimu fil-mod kif tinqata’ l-kawża (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja) (22): Association of General Counsel and Company Secretaries of the FTSE 100 (GC 100), Chamber of Commerce of the United States of America (CCUSA, Kamra tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal-Amerka), International Chamber of Commerce (ICC, Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali), American Bar Association (ABA, Assoċjazzjoni tal-Kamra tal-Avukati Amerikana), Law Society of England and Wales (LSEW), u United States Council for International Business (USCIB).

29.      Fl-ewwel istanza, il-Qorti Ġenerali kienet diġà ċaħdet ir-rikorsi ta’ intervent insostenn tat-talbiet ta’ Akzo u Akcros fil-Kawżi T-125/03 u T-253/03, ippreżentati minn żewġ assoċjazzjonijiet oħrajn (23): European Council on Legal Affairs (Kunsill Ewropew dwar Affarijiet Legali) u Section on Business Law of the International Bar Association (Sezzjoni tad-Dritt Kummerċjali tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta’ Kmamar tal-Avukati).

C –    Il-konklużjoni interim tal-proċedura amministrattiva min-naħa tal-Kummissjoni

30.      Kif il-Kummissjoni kkomunikat lill-Qorti tal-Ġustizzja wara t-tmiem tal-fażi bil-miktub tal-proċedura ta’ appell, il-proċedura amministrattiva, li fil-kuntest tagħha saru l-investigazzjonijiet fil-bini ta’ Akzo u Akcros fl-2003, fil-frattemp ġiet konkluża. B’deċiżjoni tal-11 ta’ Novembru 2009, ibbażata fuq l-Artikolu 81 KE flimkien mal-Artikoli 7 u 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni imponiet multi li jammontaw għal total ta’ EUR 173 860 400 kontra erbgħa u għoxrin produtturi ta’ addittivi għal materjali tal-plastik (24). Fost id-destinatarji ta’ dik id-deċiżjoni hemm, minbarra Akcros Chemicals Ltd., anki xi kumpanniji tal-grupp Akzo-Nobel, iżda mhux il-kumpannija Akzo Nobel Chemicals Ltd.

31.      Il-Kummissjoni sostniet, mingħajr ma ġiet ikkontestata, li hija ma bbażatx ruħha fuq iż-żewġ messaġġi elettroniċi inkwistjoni fl-imsemmija deċiżjoni tal-11 ta’ Novembru 2009 li timponi l-multi.

IV – Kunsiderazzjonijiet ġuridiċi

32.      Fl-appell tagħhom, Akzo u Akcros ma jerġgħux iqajmu l-kwistjonijiet kollha li kienu s-suġġett tal-proċedura fl-ewwel istanza. Minflok, il-kwistjoni ġuridika fil-proċedura ta’ appell hija limitata biss għal parti mid-dokumenti tas-serje “B”, b’mod partikolari iż-żewġ messaġġi elettroniċi skambjati bejn S. u d-direttur ġenerali ta’ Akcros, li l-Kummissjoni kienet ħadet kopja tagħhom għall-fajl matul l-investigazzjoni.

A –    Interess ġuridiku

33.      Qabel ma jiġu eżaminati l-merti tal-appell, għandu jiġi vverifikat jekk Akzo u Akcros għandhomx interess ġuridiku f’din il-kawża.

34.      Ir-rekwiżit tal-interess ġuridiku jiggarantixxi, fuq il-livell proċedurali, li l-qrati ma jintalbux biex jagħtu parir fuq kwistjonijiet ta’ dritt purament ipotetiċi. L-interess ġuridiku b’hekk jirrappreżenta kundizzjoni assoluta ta’ ammissibbiltà li għandha tiġi eżaminata ex officio u tista’ tirriżulta li hija rilevanti f’diversi fażijiet tal-proċedura. Huwa evidenti li l-interess ġuridiku għandu jeżisti sa mid-data tal-preżentata tar-rikors jew tal-appell; madankollu, għandu jkompli jeżisti wara dik id-data u sat-tmiem tad-deċiżjoni tal-Qorti dwar il-merti (25).

35.      L-interess ġuridiku jibqa’ jeżisti sakemm ir-rikors, bl-eżitu tiegħu, ikun jista’ jagħti benefiċċju lill-parti li tkun ippreżentatu (26).

36.      Il-Kummissjoni tiddubita li jeżisti tali rekwiżit f’din il-kawża, minn żewġ aspetti. Fl-ewwel lok, skont il-Kummissjoni ż-żewġ messaġġi elettroniċi, li għalihom issa hija limitata l-kawża, kienu esklużi mill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti sa mill-bidu, inkwantu ma nkitbux b’rabta mal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża. Fit-tieni lok, fil-frattemp fil-kawża prinċipali kien hemm id-deċiżjoni tal-11 ta’ Novembru 2009 li timponi l-multi, fejn il-Kummissjoni ma bbażatx fuq dawk iż-żewġ messaġġi elettroniċi; għaldaqstant, tal-inqas issa, ma għadux jeżisti l-interess ġuridiku ta’ Akzo u Akcros.

37.      Ebda waħda minn dawn iż-żewġ sottomissjonijiet tal-Kummissjoni ma tista’ tiġi aċċettata.

38.      Fir-rigward tal-ewwel argument, fil-fatt għandu jiġi rrilevat li l-kwistjoni jekk il-Qorti Ġenerali kinitx korretta meta ċaħdet liż-żewġ dokumenti inkwistjoni l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti ma tirrigwardax l-ammissibbiltà, iżda l-merti tal-appell. Jista’ jirriżulta li r-rikorrenti ma kellhomx interess ġuridiku biss jekk ikun evidenti li ż-żewġ messaġġi elettroniċi skambjati bejn S. u d-direttur ġenerali ta’ Akcros ma kienu bl-ebda mod koperti mill-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti minħabba l-kontenut tagħhom. Dwar il-kontenut ta’ dawk il-messaġġi elettroniċi u l-kuntest li ntbagħtu fih, madankollu, fis-sentenza appellata ma hemm l-ebda konstatazzjoni fattwali, peress li dawk il-fatturi kienu għal kollox irrilevanti fir-rigward tad-direzzjoni li segwiet il-Qorti Ġenerali biex taqta’ l-kawża. Għaldaqstant, f’din il-proċedura ta’ appell ma tistax tiġi eskluża a priori l-eżistenza ta’ interess ġuridiku. F’din il-fażi tal-proċedura, analiżi iktar profonda tal-kontenut u tal-kuntest tal-messaġġi elettroniċi inkwistjoni inevitabbilment tqajjem kwistjonijiet kemm ta’ ammissibbiltà kif ukoll dwar il-merti, u lanqas ma tkun opportuna għal raġunijiet ta’ effiċjenza proċedurali.

39.      Lanqas ma huwa konklużiv it-tieni argument tal-Kummissjoni, li jgħid li l-interess tar-rikorrenti f’din il-proċedura ta’ appell ma baqax jeżisti wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Novembru 2009 li timponi l-multi.

40.      Matul is-seduta, fil-fatt, il-Kummissjoni, b’risposta għal domanda dwar dan il-punt, kellha tammetti li waħda mir-rikorrenti f’din il-kawża, jiġifieri Akzo Nobel Chemicals Ltd., fil-fatt ma hijiex destinatarja tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Novembru 2009 li timponi l-multi. L-interess ġuridiku ta’ din il-kumpannija b’hekk bl-ebda mod ma jista’ jitpoġġa f’dubju mill-imsemmija deċiżjoni li timponi l-multi. Għal din ir-raġuni biss jista’ jiġi stabbilit li anki fir-rigward ta’ Akcros Chemicals Ltd., ir-rikorrenti l-oħra, ma hemmx lok li tiġi eżaminata ulterjorment il-kwistjoni ta’ interess ġuridiku, peress li l-appell huwa wieħed konġunt (27).

41.      Fi kwalunkwe każ, l-interess ġuridiku tal-impriżi inkwistjoni ma jistax jitħalla jiddependi fuq jekk il-Kummissjoni bbażatx jew le fuq dokument li jista’ jibbenefika mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti f’deċiżjoni suċċessiva li timponi l-multi. Kwalunkwe ksur li seta’ kien hemm tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti fil-kuntest ta’ investigazzjoni jikkostitwixxi ksur serju ta’ dritt fundamentali, li jibda jseħħ mill-mument meta aġent tal-Kummissjoni jakkwista dokument li ma setax jiġi ssekwestrat jew kopja tiegħu, u mhux biss fil-mument suċċessiv meta l-Kummissjoni effettivament tibbaża deċiżjoni sostantiva fuq dan id-dokument. B’hekk isegwi li tali offiża ma titneħħiex jew “sanata” mill-fatt li l-Kummissjoni ma tużax id-dokument inkwistjoni bħala mezz ta’ prova. Pjuttost il-ksur tad-dritt fundamentali jkompli jipproduċi l-effetti tiegħu ta’ mill-inqas sakemm il-Kummissjoni tibqa’ żżomm għandha d-dokument jew kopja tiegħu. Matul dak il-perjodu kollu l-impriża involuta jibqa’ jkollha interess ġuridiku li tressaq proċeduri kontra dik il-miżura (28).

42.      F’dan ir-rigward għandu jitfakkar il-prinċipju tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva li huwa rikonoxxut, abbażi ta’ ġurisprudenza stabbilita, bħala prinċipju ġuridiku ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (29), derivanti mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, kif ukoll mill-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB (30). Fil-frattemp dan il-prinċipju ġie adottat ukoll fl-Artikolu 47(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (31); il-Karta, sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, hija ġuridikament vinkolanti [Artikolu 6(1) TUE] u għaldaqstant, fil-fażi attwali tal-proċedura, tikkostitwixxi parametru li fid-dawl tiegħu għandu jiġi stabbilit jekk ir-rikorrenti għadx għandhom, f’dan il-mument, interess ġuridiku.

43.      L-impriżi li fil-bini tagħhom il-Kummissjoni tagħmel investigazzjoni għandu jkollhom il-possibbiltà li jissottomettu għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod sħiħ u effettiv, il-legalità kemm tad-deċiżjoni li timponi tali investigazzjoni, kif ukoll tal-atti individwali mwettqa matul l-investigazzjoni.

44.      Sikwit l-uffiċjali tal-Kummissjoni, matul dawk l-investigazzjonijiet, jieħdu numru kbir ta’ dokumenti (jew kopji tagħhom). Normalment jiġri li xi dokumenti, li prima facie jkunu jidhru rilevanti, wara li jiġu eżaminati iktar fil-fond jirriżultaw li ma humiex mezzi ta’ prova adegwati. Jista’ jiġri wkoll li xi proċeduri għal aġir antikompetittiv mressqa kontra impriżi partikolari, sussegwentement jiġu arkivjati wara l-evalwazzjoni tar-riżultati ta’ investigazzjoni minħabba nuqqas ta’ provi. Kieku l-impriżi involuti jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li f’każijiet bħal dawn jirrikorru għall-Qrati tal-Unjoni biex jivverifikaw il-legalità tal-investigazzjonijiet jew ta’ atti individwali konnessi magħhom imwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni, dan iwassal biex tinħoloq “żona ħielsa mid-dritt”.

45.      Ir-rikorrenti b’hekk għad għandhom interess ġuridiku fil-kawża. Ir-rikors tagħhom huwa ammissibbli.

B –    Evalwazzjoni tal-merti tar-rikors

46.      L-appell ta’ Akzo u Akcros huwa bbażat fuq tliet aggravji kontra l-punti 165‑185 tas-sentenza appellata. Essenzjalment ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti Ġenerali inġustament irrifjutat li tirrikonoxxi l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti fir-rigward tal-korrispondenza interna mal-avukat ta’ kumpannija tal-grupp Akzo.

47.      Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti fid-dritt tal-Unjoni tinsab fil-grad ta’ prinċipju ġuridiku ġenerali li għandu natura ta’ dritt fundamentali. Minn naħa waħda, dan jirriżulta mill-prinċipji komuni għas-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri (32): attwalment, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti hija rikonoxxuta fis-sebgħa u għoxrin Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, fejn f’uħud minnhom il-protezzjoni tagħha hija żgurata biss mill-ġurisprudenza (33), iżda fil-biċċa l-kbira minn dispożizzjoni tal-liġi ordinarja jew saħansitra mill-kostituzzjoni (34). Min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti tista’ tiġi dderivata wkoll mill-Artikolu 8(1) tal-KEDB (protezzjoni tal-korrispondenza) flimkien mal-Artikolu 6(1) u (3)(ċ) tal-KEDB (35) (dritt għal smigħ xieraq), kif ukoll mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (36) (rispett għall-komunikazzjonijiet) flimkien mal-Artikolu 47(1), it-tieni sentenza tal-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 48(2) tal-istess Karta (dritt li wieħed jingħata parir, difiża u rappreżentanza, rispett għad-drittijiet tad-difiża).

48.      Il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità jservi biex jipproteġi l-komunikazzjonijiet ta’ klijent ma’ avukat li jkun indipendenti minnu. Dan, minn naħa waħda, jikkostitwixxi l-korollarju neċessarju tad-dritt tad-difiża tal-klijent (37), u min-naħa l-oħra huwa l-bażi tal-funzjoni speċifika tal-avukat bħala “kollaboratur fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja” (38), li jrid jipprovdi, b’mod għal kollox indipendenti u fl-interess suprem tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, l-assistenza legali li l-klijent ikollu bżonn (39).

49.      L-avukat ma jkunx f’pożizzjoni li jiżvolġi b’mod adegwat l-inkarigu tiegħu ta’ konsulenza, ta’ difiża u ta’ rappreżentanza tal-klijent tiegħu, u dan tal-aħħar konsegwentement ikun mċaħħad mid-drittijiet mogħtija lilu mill-Artikolu 6 tal-KEDB, kif ukoll mill-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jekk l-avukat stess, fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja jew tal-preparazzjoni tagħha, ikun obbligat jikkollabora mal-awtoritajiet pubbliċi billi jagħtihom informazzjoni miksuba matul il-konsulenza legali li tkun saret fil-kuntest ta’ tali proċedura (40).

50.      F’din il-kawża, ħadd ma jikkontesta serjament l-eżistenza stess tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità. Il-kwistjoni hija iktar dwar il-grad ta’ protezzjoni mogħtija minn tali kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti. Il-punt li għandu jiġi ċċarat f’din il-kawża huwa jekk, u sa liema grad jaqgħu l-komunikazzjonijiet interni fl-impriża jew fil-grupp mal-avukati tal-impriża skont id-dritt tal-Unjoni, fl-ambitu tal-protezzjoni mogħtija mill-prinċipju ta’ kunfidenzjalità. Dan definittivament jiddependi, b’mod deċiżiv, mill-portata tas-setgħat ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni fil-proċeduri għal aġir antikompetittiv fis-sens tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 [fir-rigward ta’ każijiet futuri, ir-referenza hija għall-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (41)] .

1.      Fuq il-portata tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità u dwar l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza (l-ewwel aggravju)

51.      Ir-rikorrenti jibbażaw ruħhom prinċipalment fuq l-ewwel aggravju tagħhom. Permezz tiegħu Akzo u Akcros jilmentaw li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità, kif stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza AM & S (42), bi ksur konsegwenti tal-prinċipju ta’ ugwaljanza.

a)      Fuq il-portata tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità fis-sens tas-sentenza AM & S (l-ewwel parti tal-ewwel aggravju)

52.      Fl-ewwel parti tal-ewwel aggravju (43) Akzo u Akcros, sostnuti minn ħafna mill-partijiet l-oħrajn fil-kawża, jirrilevaw li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod “letterali” is-sentenza AM & S tal-Qorti tal-Ġustizzja, minflok ma interpretatha abbażi tar-ratio tagħha. Fil-fehma tar-rikorrenti, kieku tat “interpretazzjoni teleoloġika” tas-sentenza AM & S, il-Qorti Ġenerali kien ikollha tasal għall-konklużjoni li l-iskambju ta’ messaġġi elettroniċi inkwistjoni mal-avukat ta’ kumpannija ta’ Akzo, S., kien kopert mill-prinċipju ta’ kunfidenzjalità.

53.      Fl-ewwel lok ikolli naqbel mar-Renju Unit li s-sentenza AM & S ma hijiex att leġiżlattiv. Għaldaqstant, wieħed ikollu jsaqsi jekk l-istess referenza, min-naħa tar-rikorrenti, għal metodi interpretattivi bħal dak lessikali u dak teleoloġiku, huwiex adattat f’dan il-kuntest. B’mod ċar, madankollu, din id-domanda tista’ ma tiġix indirizzata. Fil-fatt, dak li jilmentaw dwaru Akzo u Akcros huwa l-fatt li fil-fehma tagħhom il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-portata tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità kif stabbilit fis-sentenza AM & S. Hija din il-kwistjoni li ser neżamina hawn isfel.

54.      Fis-sentenza AM & S, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-“kunfidenzjalità tal-korrispondenza bejn avukat u l-klijent tiegħu” għandha tiġi protetta anki fuq livell Komunitarju (issa: fil-livell tal-Unjoni). Il-Qorti tal-Ġustizzja ssuġġettat it-tgawdija ta’ tali protezzjoni għall-preżenza konġunta ta’ żewġ prerekwiżiti (“kriterji”), derivati minn analiżi kumplessa tas-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri kollha f’dak iż-żmien (44):

–        minn naħa waħda, il-komunikazzjoni mal-avukat għandha jkollha rabta mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ difiża tal-klijent: għandha tikkonsisti f’“korrispondenza skambjata għall-finijiet u fl-interess tad-dritt ta’ difiża tal-klijent” (rabta mad-dritt ta’ difiża);

–        min-naħa l-oħra, għandha tkun komunikazzjoni ma’ avukati indipendenti, jiġifieri ma’ avukati “mhux marbuta mal-klijent b’relazzjoni ta’ impjieg” (indipendenza tal-avukat).

55.      Il-partijiet fil-kawża unanimament isostnu li l-kwistjoni li hemm bejniethom f’dan l-istadju tikkonċerna biss it-tieni wieħed minn dawn il-kriterji, jiġifieri dak dwar l-indipendenza tal-avukat li miegħu ssir il-komunikazzjoni (45). Madankollu hemm kwistjoni qalila bejniethom dwar kif għandu jinftiehem dak il-kriterju ta’ indipendenza. B’mod partikolari, matul is-seduta kull parti akkużat lill-parti l-oħra li qed tibbaża fuq viżjoni eċċessivament formalistika li ma tagħtix każ tal-prinċipji li fuqhom huwa bbażat il-kriterju tal-indipendenza.

56.      Għall-kuntrarju tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti kif ukoll il-partijiet li intervenew insostenn tagħhom u l-partijiet l-oħrajn fil-kawża jsostnu li l-kriterju tal-indipendenza tal-avukat ma għandux jiġi interpretat b’mod negattiv fis-sens ta’ esklużjoni tal-avukati tal-kumpanniji, iżda pożittivament fis-sens ta’ referenza għall-obbligi professjonali u l-obbligi etiċi, li għalihom huma suġġetti l-avukati rreġistrati mal-Qorti (46). Fil-fehma tagħhom avukat ta’ kumpannija, li jkun fl-istess ħin membru tal-Kamra tal-Avukati, diġà għandu, minħabba l-obbligi etiċi tiegħu, l-istess indipendenza bħal avukat estern li jeżerċita l-professjoni tiegħu għal rasu u bħala impjegat ta’ ditta ta’ avukati. Huma jirrilevaw ukoll li abbażi tad-dritt Olandiż il-garanziji ta’ indipendenza ta’ advocaat in dienstbetrekking (47) (imsejjaħ ukoll “Cohen advocaat” (48)), li f’dan il-każ huma applikabbli għal S., huma fil-fatt partikolarment sostanzjali.

57.      Fil-fehma tiegħi dan l-argument mhuwiex konvinċenti.

58.      Fis-sentenza AM & S ir-rekwiżit tal-indipendenza huwa marbut b’mod ċar mal-fatt li l-avukat inkwistjoni ma huwiex marbut b’relazzjoni ta’ impjieg mal-klijent tiegħu. Din l-indikazzjoni espressa, li hija ripetuta f’żewġ punti tal-motivazzjoni tas-sentenza (49), kienet tkun superfluwa kieku l-Qorti tal-Ġustizzja riedet tikkunsidra bħala suffiċjenti, bħala garanzija tal-indipendenza ta’ avukat, l-att formali biss ta’ reġistrazzjoni mal-Kamra tal-Avukat u l-obbligi etiċi li jirriżultaw minn dan.

59.      Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza AM & S konxjament riedet tfisser il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità fis-sens li l-protezzjoni tiegħu ma testendix għall-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp mal-avukati tal-impriża. Dan jirriżulta b’mod partikolarment ċar jekk wieħed iqabbel is-sentenza mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sir Gordon Slynn: l-Avukat Ġenerali kien irrefera għad-diskussjoni estensiva, li saret matul dik il-kawża, dwar is-sitwazzjoni tal-avukati tal-kumpanniji, u kien iddikjara b’konvinzjoni li kien wkoll favur ir-rikonoxximent tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità għall-avukati “professjonalment ikkwalifikati u soġġetti għad-dixxiplina professjonali”, li jkunu “impjegati full-time [...] mad-dipartiment legali ta’ impriżi privati” (50). Din il-pożizzjoni ma ġietx adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza AM & S.

60.      Fil-fatt, fis-sentenza AM & S il-kunċett ta’ indipendenza tal-avukat huwa ddeterminat mhux biss pożittivament, permezz ta’ referenza għall-obbligi etiċi (51), iżda wkoll negattivament, permezz tal-enfasi fuq in-nuqqas ta’ relazzjoni ta’ impjieg (52)(53). Huwa biss meta ġurista jkun suġġett, bħala avukat, għall-obbligi etiċi konswetudinali previsti fl-Unjoni Ewropea u barra minn hekk ma jkollux relazzjoni ta’ impjieg mal-klijent tiegħu, li l-komunikazzjonijiet bejniethom huma protetti, abbażi tad-dritt tal-Unjoni, mill-prinċipju ta’ kunfidenzjalità.

61.      Din il-konklużjoni hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li avukat ta’ kumpannija, minkejja li jkun membru tal-Kamra tal-Avukati u l-obbligi etiċi li jirriżultaw minn dan, ma għandux l-istess grad ta’ indipendenza minn min jimpjegah bħal avukat li jkun jaħdem f’ditta ta’ avukati esterna fil-konfront tal-klijenti tiegħu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-avukat ta’ kumpannija ma jistax jaffronta kunflitti ta’ interessi li jista’ jkun hemm bejn id-dmirijiet professjonali tiegħu u l-objettivi u x-xewqat tal-klijent tiegħu bl-istess effikaċja bħal avukat estern.

62.      L-argument li avukat ta’ kumpannija għandu indipendenza suffiċjenti huwa jmur kontra fl-ewwel lok, il-fatt li bħala impjegat huwa suġġett f’ħafna każijiet għall-ordnijiet ta’ servizz ta’ min jimpjegah u fi kwalunkwe każ huwa parti stabbili mill-istruttura tal-impriża jew tal-grupp ta’ impriżi. Biex nużaw il-kliem tal-Qorti Ġenerali, l-avukat ta’ kumpannija huwa “strutturalment, ġerarkikament u funzjonalment” (54) dipendenti fuq min jimpjegah, li, min-naħa l-oħra, ma jseħħx fil-każ ta’ avukat estern fil-konfront tal-klijenti tiegħu.

63.      Ir-rikorrenti u xi wħud mill-partijiet l-oħrajn fil-kawża jwieġbu li abbażi tad-dritt Olandiż, advocaat in dienstbetrekking, bħal S., huwa espressament eżentat mill-ordnijiet ta’ min jimpjegah meta jipprovdi konsulenza legali. Għal dan il-għan jiġi konkluż ukoll ftehim speċifiku (55) bejn l-impriża u l-avukat intern tagħha, suġġett għall-kontroll tal-Kamra tal-Avukati. Differenzi fl-opinjoni dwar in-natura u l-kontenut tal-konsulenza legali mogħtija mill-avukat ta’ kumpannija ma jawtorizzawx lil min jimpjegah li jieħu miżuri dixxiplinarji fil-konfront tiegħu jew li jkeċċih. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil jista’ jintalab rimedju mir-Raad van Toezicht, kumitat ta’ kontroll etiku stabbilit mill-Kamra tal-Avukati, jew mill-qrati statali.

64.      Dawn il-prekawzjonijiet huma mingħajr dubju ta’ min wieħed ifaħħarhom. Dawn isaħħu l-pożizzjoni tal-avukat ta’ kumpannija fl-impriża li jaħdem magħha. Madankollu ma humiex xierqa biex jiggarantixxu lill-avukat ta’ kumpannija indipendenza ugwali għal dik ta’ avukat estern. Dawn, fil-fatt, jistgħu jibqgħu biss fuq il-karta. Anki jekk impriża tintrabat kuntrattwalment li ma tagħtix ordnijiet lill-avukat intern tagħha dwar il-kontenut tal-konsulenza tiegħu, b’dan il-mod ma jistax jiżgura li r-relazzjoni bejn l-avukat ta’ kumpannija u min jimpjegah tkun ħielsa, fil-ħajja tax-xogħol ta’ kuljum, minn pressjoni u influwenza eżerċitati direttament jew indirettament. Jekk avukat ta’ kumpannija ma jistax effettivament jagħti konsulenza legali indipendenti pjuttost jiddependi mill-aġir u r-rieda tajba ta’ min jimpjegah f’kull każ partikolari.

65.      Minbarra dan, huwa dubjuż jekk fil-prattika huwiex possibbli li jiġu ppenalizzati b’mod effikaċi l-każijiet kollha fejn persuna li timpjega jimmina, b’intenzjoni jew mingħajr, l-indipendenza tal-avukat intern tiegħu. Fil-fatt, il-persuni kkonċernati jistgħu jippreferu li ma jħallux teskala kull okkażjoni ta’ kunflitt, b’mod li jpoġġu kontinwament inkwistjoni l-kontinwazzjoni tal-kollaborazzjoni tagħhom. Barra minn hekk jeżisti l-periklu reali li avukat ta’ kumpannija, immotivat minn speċi ta’ ubbidjenza preventiva, fuq l-inizjattiva tiegħu jagħti lil min jimpjegah parir legali li l-kontenut tiegħu jkun aċċettabbli għal dan tal-aħħar.

66.      Iżda anki jekk nassumu, kif jagħmlu r-rikorrenti, li prekawzjonijiet bħal dawk previsti mid-dritt Olandiż jistgħu jkunu effikaċi, dan ma jbiddel xejn mis-sitwazzjoni ta’ dipendenza ekonomika li normalment jinsab fiha l-avukat ta’ kumpannija fil-konfront ta’ min jimpjegah: kien hemm dibattitu jaħraq bejn il-partijiet fil-kawża dwar dan il-punt, kemm fil-fażi bil-miktub kif ukoll, b’mod speċjali, fil-fażi orali tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġenerali (56).

67.      Huwa minnu li anki avukat estern sa ċertu punt jiddependi ekonomikament mill-klijenti tiegħu. Jekk klijent ma jkunx sodisfatt mill-konsulenza jew mid-difiża mogħtija mill-avukat estern tiegħu, jista’ jirtira l-mandat tiegħu jew ma jagħtihx iktar xogħol fil-futur; f’tali ipoteżi l-avukat estern – b’differenza mill-avukati tal-kumpanniji u l-ġuristi l-oħrajn li jaħdmu ma’ kumpanniji – ma jgawdi minn ebda tip ta’ protezzjoni mill-eventwalità li l-klijent tiegħu jitilqu. Għall-avukati li jaqalgħu l-għajxien tagħhom essenzjalment mill-attivitajiet tagħhom ta’ konsulenza u ta’ rappreżentanza legali fi proċeduri ġudizzjarji għal klijent wieħed jew għal ftit klijenti kbar, dan jista’ jkun ta’ periklu serju għall-indipendenza tagħhom.

68.      Madankollu, għall-avukati esterni din is-sitwazzjoni ta’ periklu hija, u tibqa’, pjuttost eċċezzjoni, u ma tikkorrispondix mas-sitwazzjoni tipika ta’ avukat li jkun professjonist liberu jew ta’ ditta indipendenti ta’ avukati. Avukat li jkun professjonist liberu normalment ikun jaħdem għal iktar klijenti li, jekk ikun il-każ, jippermettilu b’iktar faċilità, f’każ ta’ kunflitt ta’ interess bejn id-dmirijiet professjonali tiegħu u l-objettivi u x-xewqat ta’ klijent, li jirrinunzja għall-patronċinju fuq l-inizjattiva tiegħu stess sabiex jippreżerva l-indipendenza tiegħu.

69.      Is-sitwazzjoni hija differenti, min-naħa l-oħra, fil-każ tal-avukat ta’ kumpannija. Bħala impjegat huwa normalment isib ruħu – u mhux biss f’każijiet eċċezzjonali – f’sitwazzjoni ta’ dipendenza ekonomika kompleta fuq min jimpjegah li jipprovdilu l-biċċa l-kbira tad-dħul tiegħu fil-forma ta’ salarju. Anki jekk ir-regoli etiċi nazzjonali jippermettu lil avukat ta’ kumpannija li jwettaq ukoll inkarigi esterni minbarra l-attività tiegħu ta’ impjegat mal-impriża tiegħu (57), dawn, mill-perspettiva ekonomika, jistgħu bħala regola jkollhom biss effett marġinali għalih, mingħajr ma jbiddlu s-sitwazzjoni tiegħu ta’ dipendenza ekonomika fuq min jimpjegah. Għaldaqstant, il-grad ta’ dipendenza ekonomika ta’ avukat ta’ kumpannija fuq min jimpjegah huwa normalment inkomparabbilment superjuri għal dak ta’ avukat estern fuq il-klijenti tiegħu. Din id-dipendenza ekonomika lanqas ma hija mmitigata miċ-ċirkustanza, irrilevata minn xi wħud mill-partijiet fil-kawża, li l-avukati tal-kumpanniji jgawdu, abbażi tal-liġi dwar l-impjieg, minn protezzjoni kontra t-tkeċċija.

70.      Minbarra d-dipendenza ekonomika tal-avukat ta’ kumpannija fil-konfront ta’ min jimpjegah normalment ikun hemm ukoll identifikazzjoni personali mal-impriża inkwistjoni kif ukoll mal-politika u l-istrateġija intraprenditorjali tagħha li tkun ferm iktar b’saħħitha minn dik li tinsab fil-każ ta’ avukati esterni fir-rigward tal-attività kummerċjali tal-klijenti tagħhom.

71.      Kemm id-dipendenza ekonomika kunsiderevolment iktar b’saħħitha, kif ukoll l-identifikazzjoni mal-mandant – min jimpjegah – li hija inkomparabbilment iktar sostanzjali, jimmilitaw kontra estensjoni tal-protezzjoni tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-komunikazzjonijiet interni fl-impriża jew il-grupp (58).

72.      Għaldaqstant, it-teżi li fuqha huma bbażati dawn l-argumenti, sostnuta mir-rikorrenti u mill-partijiet l-oħrajn li intervenew insostenn tagħhom, għandha tiġi miċħuda.

73.      Xi wħud mill-partijiet fil-kawża, b’mod partikolari l-Pajjiżi l-Baxxi u ARNOVA, jirrilevaw li l-fatt li tiġi miċħuda b’mod ġenerali l-protezzjoni tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità lill-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża mal-avukati tal-kumpannija jmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Huma jsostnu li l-Kummissjoni – jekk tirrikorri għal “strument inqas restrittiva” – tista’ tivverifika każ b’każ jekk l-avukat ta’ kumpannija inkwistjoni jissodisfax ir-rekwiżit tal-indipendenza; għal dan il-għan jistgħu jiġu kkonsultati l-awtoritajiet nazzjonali. Evidentement l-Pajjiżi l-Baxxi u l-ARNOVA jitilqu mill-premessa li informazzjoni ġenerika dwar id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-professjoni, applikabbli fl-Istat Membru involut, hija fiha nnfisha suffiċjenti biex tkun tista’ tiġi evalwata, f’termini eżawrjenti, il-kwistjoni tal-indipendenza ta’ avukat ta’ kumpannija.

74.      Madankollu lanqas dan l-argument, ma jista’ jiġi aċċettat. Kif diġà ntqal, finalment jiddependi mill-prattika konkreta segwita minn impriża fil-ħajja tax-xogħol ta’ kuljum jekk avukat ta’ kumpannija jistax jipprovdi konsulenza legali indipendenti, jew inkella jekk ikunx espost għal pressjoni u influwenza. F’dan ir-rigward, il-kunsiderazzjoni astratta tad-dispożizzjonijiet regolatorji dwar l-istatus tal-avukati tal-kumpanniji, li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat, minnha nnfisha ma tirriżultax li hija sinjifikattiva, peress li la tipprovdi indikazzjonijiet dwar ir-realtà tar-relazzjonijiet ta’ impjieg fl-impriża inkwistjoni, u lanqas dwar il-grad ta’ identifikazzjoni personali tal-avukat ta’ kumpannija ma’ min jimpjegah.

75.      B’hekk l-ewwel parti tal-ewwel aggravju hija infondata.

b)      Fuq l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza (it-tieni parti tal-ewwel aggravju)

76.      Fit-tieni parti tal-ewwel aggravju, Akzo u Akcros kif ukoll il-parti l-kbira tal-partijiet li intervenew insostenn tagħhom fiż-żewġ istanzi jilmentaw li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali inkwantu, fir-rigward tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità, irriżervat għall-avukati tal-kumpanniji trattament differenti minn dak tal-avukati esterni (59).

77.      Il-prinċipju ta’ trattament ugwali jew ta’ nondiskriminazzjoni huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (60), li fil-frattemp ġie adottat ukoll fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-istess prinċipju jinsab ukoll fl-Artikolu 14 tal-KEDB u fil-Protokoll Addizzjonali Nru 12 tal-KEDB, li għamlu riferiment għalih uħud mill-partijiet fil-kawża (61).

78.      Skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali jew ta’ nondiskriminazzjoni jeħtieġ li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, ħlief f’każ ta’ neċessità oġġettiva (62).

79.      Għal dan il-għan l-elementi li jikkaratterizzaw is-sitwazzjonijiet differenti kif ukoll il-kumparabbiltà ta’ dawn tal-aħħar għandhom, b’mod partikolari, ikunu ddeterminati u evalwati fid-dawl tas-suġġett u l-iskop tal-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni. Barra minn hekk, għandhom jiġu kkunsidrati l-prinċipji u l-objettivi tas-setturi li għalihom tirreferi l-leġiżlazzjoni inkwistjoni (63).

80.      Kif intqal iktar ’il fuq (64), l-iskop tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità huwa li jipproteġi l-komunikazzjonijiet ta’ klijent ma’ avukat indipendenti minnu. Dan, minn naħa waħda, jikkostitwixxi element neċessarju tad-dritt tad-difiża tal-klijent, u min-naħa l-oħra huwa l-bażi tal-funzjoni speċifika tal-avukat bħala “kollaboratur fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja”, li jrid jipprovdi, b’mod indipendenti għal kollox u fl-interess suprem tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, l-assistenza legali li l-klijent ikollu bżonn.

81.      Għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet ECLA, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-indipendenza ta’ avukat, ir-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu bħala avukat ta’ kumpannija tikkostitwixxi fattur ta’ rilevanza kbira. Fil-fatt, kif ġie spjegat sew iktar ’il fuq (65), avukat ta’ kumpannija li jkun impjegat ma għandux – minkejja l-fatt li jkun membru tal-Kamra tal-Avukati u l-obbligi etiċi li jirriżultaw minn dan – l-istess grad ta’ indipendenza minn min jimpjegah bħal avukat li jaħdem ma’ ditta ta’ avukati esterna fil-konfront tal-klijenti tiegħu. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-avukat ta’ kumpannija jaħdem esklużivament jew prinċipalment għal “klijent” wieħed – min jimpjegah – filwaqt li huwa tipiku li l-avukat li jkun jaħdem għal rasu jiddefendi numru ferm ikbar u varjat ta’ klijenti, u jagħti pariri legali lil “kull minn ikollu bżonn” (66).

82.      Fir-rigward tal-grad rispettiv tagħhom ta’ indipendenza fl-għoti ta’ konsulenza legali u assistenza fi proċeduri ġudizzjarji, bħala regola b’hekk hemm differenza notevoli bejn, minn naħa waħda, avukat li jaħdem għal rasu jew impjegat ma’ ditta ta’ avukati u, min-naħa l-oħra, avukat ta’ kumpannija. Billi huwa ċar li huwa inqas indipendenti, huwa iktar diffiċli għal avukat ta’ kumpannija biex jaffronta b’mod effettiv kunflitt ta’ interess bejn id-dmirijiet professjonali tiegħu u l-objettivi u x-xewqat tal-impriża tiegħu.

83.      Għall-kuntrarju ta’ dak li ġie sostnut minn ARNOVA, dik id-differenza ma ssirx irrilevanti għas-sempliċi fatt li l-leġiżlatur nazzjonali – f’dan il-każ, dak Olandiż – poġġa fuq l-istess livell, mil-lat leġiżlattiv, lill-avukati esterni u l-avukati tal-kumpanniji (advocaten in dienstbetrekking). Dan it-trattament ugwali, fil-fatt, jirrigwarda esklużivament l-att formali ta’ reġistrazzjoni ta’ avukat ta’ kumpannija mal-Kamra tal-Avukati, kif ukoll l-obbligi etiċi li jirriżultaw minn tali reġistrazzjoni. Tali kuntest ġuridiku ma għandux effett, min-naħa l-oħra, fuq id-dipendenza ekonomika u fuq l-identifikazzjoni personali ferm ikbar tal-avukat ta’ kumpannija mal-mandant tiegħu (67), li hija wkoll il-persuna li timpjegah. Lil hinn minn kwalunkwe ekwivalenza legali, jibqa’ b’hekk il-fatt li bejn l-avukati li jaħdmu għal rashom jew bħala impjegati ta’ ditta ta’ avukati u l-avukati tal-kumpanniji teżisti differenza sinjifikattiva fir-rigward tal-grad ta’ indipendenza tagħhom.

84.      Kien proprju fuq il-bażi ta’ dik id-differenza li l-Qorti Ġenerali inkontestabbilment stabbilixxiet li ma huwiex korrett li l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tiġi estiża għall-komunikazzjonijiet interni fl-impriża jew il-grupp mal-avukati tal-kumpannija. Għaldaqstant, ma hemm ebda ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

85.      Minn dan isegwi li anki t-tieni parti tal-ewwel aggravju hija infondata.

c)      Konklużjoni dwar l-ewwel aggravju

86.      Peress li l-ewwel aggravju huwa għal kollox infondat, issa għandu jiġi eżaminat it-tieni aggravju, li tqajjem sussidjarjament.

2.      Fuq l-allegata neċessità li jiġi estiż il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità (it-tieni aggravju)

87.      Permezz tat-tieni aggravju, Akzo u Akcros jilmentaw li l-Qorti Ġenerali, meta ddeterminat il-portata tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità, injorat żviluppi sinjifikattivi fil-“panorama ġuridika” li minħabba fihom jeħtieġ li ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-ġurisprudenza AM & S, anki sabiex jiġi evitat il-periklu ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. L-argument tagħhom huwa appoġġat minn għadd kbir tal-partijiet intervenjenti insostenn tagħhom fl-ewwel u fit-tieni istanza.

a)      Fuq l-allegati bidliet “fil-panorama ġuridika” (l-ewwel parti tat-tieni aggravju)

88.      Il-bidliet fil-“panorama ġuridika” li għalihom jirreferu r-rikorrenti jirrigwardaw, minn naħa waħda, l-istatus tal-avukati tal-kumpanniji fis-sistemi ġuridiċi fl-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, l-immodernizzar tad-dritt proċedurali tal-kompetizzjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

i)      Fuq l-istatus tal-avukati tal-kumpanniji fis-sistemi ġuridiċi nazzjonali

89.      Għal dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, l-istatus tal-avukati tal-kumpanniji b’mod ġenerali u tal-avukati tal-kumpanniji b’mod partikolari fis-sistemi ġuridiċi nazzjonali, il-partijiet fil-kawża jaqblu li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni, li huma fis-seħħ fis-sebgħa u għoxrin Stat Membru attwali tal-Unjoni Ewropea, huma ferm differenti; fir-rigward, b’mod partikolari, tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità, ma tista’ tiġi rrilevata ebda tendenza ġenerali li l-avukati tal-kumpanniji jitpoġġew fl-istess keffa bħall-avukati li jaħdmu għal rashom. L-ECLA esprimiet ruħha f’termini partikolarment inċiżivi: “ma hemmx risposta uniformi fl-Istati Membri kollha għall-kwistjoni tal-privileġġ tal-kunfidenzjalità tal-avukati tal-kumpanniji” (68). Fl-istess sens anki r-rikorrenti jitkellmu dwar in-“nuqqas ta’ tendenza uniformi fuq livell nazzjonali” (69).

90.      Il-Qorti Ġenerali taqbel ma’ dawn il-pożizzjonijiet. Hija tikkonstata li “mhuwiex possibbli [...] li jiġu identifikati tendenzi uniformi jew kjarament maġġoritarji f’dan ir-rigward fil-liġijiet ta’ l-Istati Membri”. Anki fuq il-bażi ta’ tali konstatazzjoni, il-Qorti Ġenerali tiċħad it-talba biex tinfetaħ it-triq għal “tkabbir tal-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti lil hinn mil-limiti stabbiliti mil-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza AM & S” (70).

91.      Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti u għadd kbir ta’ partijiet oħrajn fil-kawża jsostnu li l-bidliet li permezz tagħhom ġiet estiża l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-avukati tal-kumpanniji fis-sistemi ġuridiċi ta’ xi ftit Stati Membri huma biżżejjed biex tintalab reviżjoni, fil-livell tal-Unjoni, tal-ġurisprudenza AM & S. Fil-fehma tagħhom, il-Qorti Ġenerali issuġġettat b’mod żbaljat l-evoluzzjoni ta’ tali ġurisprudenza għall-eżistenza ta’ tendenza maġġoritarja fost l-Istati Membri.

92.      B’risposta għal dawn is-sottomissjonijiet għandu jitfakkar fl-ewwel lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u l-qorti speċjalizzata (minn qrati speċjalizzati) – tiżgura l-ħarsien tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati [Artikolu 19(1) TUE (71)]. Min-natura tal-Komunità (issa: tal-Unjoni) bħala komunità tad-dritt, il-Qorti tal-Ġustizzja, sa mill-bidu nett, iddeduċiet li fil-kamp ta’ kompetenza tagħha għandhom jiġu applikati ċerti prinċipji li huma parti mill-istat ta’ dritt, kif ukoll protezzjoni adegwata tad-drittijiet fundamentali, anki meta ma jkunx hemm, jew ikun għad ma hemmx, dispożizzjonijiet bil-miktub f’dan ir-rigward (72).

93.      Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-eżistenza jew l-ineżistenza ta’ prinċipju ġuridiku ġenerali b’riferiment għas-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri, hija tibbaża ruħha, bħala regola, fuq it-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri (73), jew inkella fuq prinċipji ġuridiċi komuni għall-Istati Membri (74).

94.      Dan ir-riferiment għat-tradizzjonijiet kostituzzjonali jew għall-prinċipji ġuridiċi komuni ma jippresupponix neċessarjament li hemm tendenza uniformi jew manifestament maġġoritarja fis-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jeħtieġ li ssir evalwazzjoni komparattiva tas-sistemi ġuridiċi, fejn jiġu kkunsidrati b’mod adegwat anki l-għanijiet u l-kompiti tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tan-natura partikolari tal-integrazzjoni Ewropea u tad-dritt tal-Unjoni (75).

95.      Meta jitqies dan, b’ebda mod ma jista’ jiġi eskluż li anki prinċipju ġuridiku, li jkun rikonoxxut jew stabbilit biss f’minoranza tas-sistemi ġuridiċi nazzjonali, jista’ jiġi rikonoxxut mill-qrati tal-Unjoni bħala parti integrali mis-sistema ġuridika tal-Unjoni. Dan jista’ jseħħ b’mod partikolari meta tali prinċipju jirriżulta li huwa ta’ rilevanza partikolari fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni, l-għanijiet u l-kompiti tal-Unjoni kif ukoll l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tagħha (76), jew meta dan ikun jikkorrispondi għal tendenza f’fażi ta’ konsolidazzjoni.

96.      Il-Qorti tal-Ġustizzja, pereżempju, reċentament irrikonoxxiet bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età (77), minkejja li f’dak iż-żmien ma kienx jirriżulta li f’dan ir-rigward kien hemm tendenza uniformi jew manifestament maġġoritarja fis-sistemi ġuridiċi nazzjonali u wisq inqas fid-dritt kostituzzjonali tal-Istati Membri (78). Madankollu, tali prinċipju kien jikkorrispondi ma’ kompitu speċifiku tal-Unjoni fl-ambitu tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni (Artikolu 19 TFUE, li qabel kien l-Artikolu 13 KE), u barra minn hekk kien ġie rrikonoxxut fil-forma ta’ direttiva mil-leġiżlatur tal-Unjoni (79); barra minn hekk, dan kien jikkostitwixxi l-espressjoni ta’ tendenza reċenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-livell tal-Unjoni, li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni kienu rrikonoxxew konġuntament fl-okkażjoni tal-proklamazzjoni solenni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 21 tagħha) (80) u b’approvazzjoni minn qabel tal-kapijiet tal-Istat u tal-Gvern tal-Istati Membri fil-Kunsill Ewropew ta’ Biarritz (Ottubru 2000).

97.      Lanqas id-dritt ta’ aċċess għall-fajl, li għalih għamlu referenza xi wħud mill-partijiet fil-kawża matul is-seduta, kif rikonoxxut mill-qrati tal-Unjoni fir-rigward ta’ proċeduri għal aġir antikompetittiv immexxija mill-Kummissjoni qua awtorità tal-kompetizzjoni (81), ma jidher li kien rikonoxxut f’dawn it-termini fl-Istati Membri kollha. Ir-raġuni għal dan tista’ tinsab fil-fatt li fil-passat xi Stati Membri ma kellhomx awtorità tal-kompetizzjoni waqt li fi Stati Membri oħrajn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kienu jillimitaw ruħhom biex iressqu rikorsi ġudizzjarji. Il-Kummissjoni, min-naħa l-oħra, għandha kemm il-kompitu biex tmexxi investigazzjonijiet kif ukoll li tadotta d-deċiżjoni li biha tingħalaq il-proċedura; fi proċedura amministrattiva ta’ dak it-tip id-dritt ta’ aċċess għall-fajl jirrappreżenta komponent essenzjali tad-drittijiet tad-difiża, u b’hekk huwa espressjoni ta’ garanzija proċedurali fundamentali tal-istat ta’ dritt. B’hekk kien loġiku li l-qrati tal-Unjoni jirrikonoxxu fuq livell Ewropew id-dritt ta’ aċċess għall-fajls.

98.      Fir-rigward tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità li qed jiġi eżaminat hawnhekk, ma hemmx elementi analogi li jwasslu biex jallinjaw id-dritt tal-Unjoni mal-pożizzjoni ġuridika fis-seħħ f’minoranza tal-Istati Membri. L-estensjoni tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjonijiet interni fi ħdan l-impriża jew il-grupp mal-avukat ta’ kumpannija ma hijiex iġġustifikata minn xi karatteristika speċifika fil-kompiti u l-attivitajiet tal-Kummissjoni Ewropea bħala awtorità tal-kompetizzjoni, u fl-istat attwali lanqas ma tikkorrispondi għal xi tendenza f’fażi ta’ konsolidazzjoni bejn l-Istati Membri fid-dritt tal-kompetizzjoni jew f’xi settur ieħor.

99.      Għal dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, is-setgħat u b’mod ġenerali l-attivitajiet tal-Kummissjoni Ewropea bħala awtorità tal-kompetizzjoni, dawn ma jvarjawx b’mod sinjifikattiv, fil-proċeduri għal aġir antikompetittiv, minn dawk tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri; b’mod partikolari, is-setgħat ta’ tfittxija li għandha l-Kummissjoni għall-finijiet ta’ investigazzjoni huma saħanistra inferjuri għal dawk li għandhom ħafna awtoritajiet nazzjonali (82). Għaldaqstant, jekk fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma tinħassx il-ħtieġa li l-komunikazzjonijiet bejn impriża u l-avukat intern tagħha ma jaqgħux f’idejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni, jista’ jingħad li anki fil-livell tal-Unjoni ma jeżisti ebda element li jobbliga li tiġi estiża l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità.

100. Għal dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, l-iżviluppi l-iktar reċenti fis-sistemi ġuridiċi nazzjonali, s’issa għadu ma huwiex possibbli li tiġi stabbilita xi tendenza ċara – u wisq inqas f’fażi ta’ konsolidazzjoni – biex jiġu protetti l-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp mal-avukati interni tagħhom.

101. Numru sinjifikattiv tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru attwali tal-Unjoni Ewropea sal-lum il-ġurnata għadhom jipprojbixxu lill-avukati tal-kumpanniji milli jkunu membri tal-Kamra tal-Avukati (83); fil-biċċa l-kbira ta’ dawn l-Istati l-konsegwenza awtomatika ta’ tali projbizzjoni hija li l-komunikazzjonijiet interni ta’ impriża ma’ tali avukati ma jibbenefikawx mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità (84).

102. Fi Stati Membri oħrajn il-pożizzjoni legali dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-avukati tal-kumpanniji għadha ma tistax titqies li hija suffiċjentement delineata, inkwantu hemm nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi dwar dan is-suġġett jew għadha ma ġietx ikkonsolidata l-ġurisprudenza jew il-prassi amministrattiva dwar dan (85). F’xi każijiet, anzi, il-leġiżlazzjoni, il-prassi amministrattiva jew il-ġurisprudenza nazzjonali donnhom orjentati lejn is-soluzzjonijiet adottati fil-livell tal-Unjoni, iktar milli viċi versa (86).

103. Fil-preżent, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità anki għall-komunikazzjonijiet interni fl-impriża jew il-grupp mal-avukati tal-kumpannija hija rikonoxxuta biss f’minoranza żgħira tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru. Dan huwa fenomenu limitat għaż-żona Anglosassona (87) u għal xi Stati Membri oħrajn, fosthom il-Pajjiżi l-Baxxi (88), iżda ċertament ma huwiex żvilupp reċenti f’fażi ta’ konsolidazzjoni bejn l-Istati Membri. Anki l-emendi leġiżlattivi li saru f’livell nazzjonali wara s-sentenza AM & S (89), li permezz tagħhom ġiet estiża l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għal avukati partikolari tal-kumpanniji, jidhirli li huma wisq iżolati biex wieħed ikun jista’ jitkellem dwar tendenza ċara.

104. Fid-dawl ta’ dan, jiena tal-fehma li l-pożizzjoni legali fis-seba’ u għoxrin Stat Membru attwali tal-Unjoni Ewropea anki wara madwar għoxrin sena mis-sentenza AM & S ma evolvitx b’tali mod li teħtieġ bidla fil-ġurisprudenza fil-livell tal-Unjoni – fil-preżent jew fil-futur prevedibbli – li tirrikonoxxi l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-avukati tal-kumpanniji.

105. Għandu jingħad ukoll li anki l-leġiżlatur tal-Unjoni fil-passat reċenti ta sinjali li jimmilitaw iktar kontra milli favur li l-avukati li jaħdmu għal rashom jitpoġġew fuq l-istess livell mal-avukati tal-kumpanniji għal dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet. Fuq din il-kwistjoni kien hemm diskussjoni estensiva fis-seduta bejn il-partijiet fil-kawża.

106. Effettivament, matul il-proċeduri leġiżlattivi għall-immodernizzar tad-dritt proċedurali Ewropew dwar il-kompetizzjoni (Regolament (KE) Nru 1/2003) u għar-riformulazzjoni tar-regolament Komunitarju dwar il-konċentrazzjonijiet [Regolament (KE) Nru 139/2004], min-naħa tal-Parlament Ewropew saru talbiet għall-estensjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet għall-avukati tal-kumpanniji (90), iżda dawk it-talbiet, finalment, ma ntlaqgħux mil-leġiżlatur (91).

107. Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-ECLA, l-opinjonijiet tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jirriżultaw b’dan il-mod ma humiex irrilevanti għas-sempliċi fatt li jistgħu jkunu ssostanzjati – ta’ mill-inqas parzjalment – minn kunsiderazzjonijiet tal-politika leġiżlattiva (92). Għall-kuntrarju: proprju meta l-Qorti tal-Ġustizzja tintalab biex tikkontribwixxi għall-evoluzzjoni tad-dritt tal-Unjoni permezz tar-rikonoxximent ta’ prinċipji ġuridiċi ġenerali, hija ma tistax tittraskura l-pożizzjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ibbażati fuq motivazzjonijiet tal-politika leġiżlattiva.

108. Għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu r-rikorrenti u xi partijiet oħrajn fil-kawża, anki mid-direttivi intiżi biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat ma jista’ jiġi dderivat ebda element li jimmilita neċessarjament favur li l-avukati li jaħdmu għal rashom u l-avukati tal-kumpanniji jitpoġġew fuq l-istess livell fir-rigward tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet.

109. Huwa minnu li d-Direttiva 98/5 (93) tapplika, abbażi tal-Artikolu 1(3) tagħha, għall-avukati li jeżerċitaw il-professjoni bħala professjonisti liberi u mhux bħala impjegati. L-Artikolu 8 ta’ dik id-direttiva jipprovdi li l-avukat irreġistrat fl-Istat Membru ospitanti bit-titolu professjonali oriġinali jista’ jeżerċita l-professjoni bħala impjegat ta’ avukat ieħor, ta’ assoċjazzjoni jew ditta ta’ avukati, ta’ entità pubblika jew privata, inkwantu l-Istat Membru ospitanti jkun jippermetti dan għall-avukati rreġistrati bit-titolu professjonali maħruġ minnu. B’dan il-mod, madankollu, huwa ppreċiżat biss li Stat Membru, li s-sistema ġuridika tiegħu tkun tirrikonoxxi l-avukati tal-kumpanniji, ma jistax iwaqqaf din il-forma ta’ eżerċizzju tal-professjoni għall-avukati minn Stati Membri oħrajn. Tali dispożizzjoni b’ebda mod ma timplika li l-avukati li jaħdmu għal rashom u l-avukati tal-kumpanniji jgawdu, f’għajnejn il-leġiżlatur tal-Unjoni, mill-istess grad ta’ indipendenza.

110. Barra minn hekk, id-Direttiva 77/249 (94) diġà kienet tinkludi referenza għall-“avukati impjegati, marbuta b’kuntratt ta’ impjieg ma’ entità pubblika jew privata” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-Qorti tal-Ġustizzja saħansitra tirreferi għall-imsemmija direttiva fis-sentenza AM & S, madankollu mingħajr ma ddeduċiet l-eżistenza tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità wkoll favur l-avukati tal-kumpanniji (95).

111. B’mod definittiv, ebda waħda miż-żewġ direttivi dwar l-avukati ma hija favur estensjoni tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-avukati tal-kumpanniji.

112. Finalment, matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja saret diskussjoni dwar id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-ħasil tal-flus provenjenti minn attivitajiet kriminali u l-finanzjament tat-terroriżmu, li jirrikonoxxu espressament protezzjoni tal-kunfidenzjalità favur il-“professjonisti legali li jaħdmu għal rashom” (96) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Skont Akzo tali pożizzjoni tirreferi wkoll għall-avukati tal-kumpanniji. Favur tali teżi jista’ jimmilita wkoll prima facie l-preambolu tad-Direttiva 2005/60, li jagħmel referenza għall-“professjonisti legali, kif definiti mill-Istati Membri” (97). Madankollu, ir-rakkomandazzjonijiet li rreferiet għalihom il-Kummissjoni tal-hekk imsejħa Financial Action Task Force (FATF) (98), li għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet ta’ interpretazzjoni tal-imsemmija direttiva, jikkontradixxu din it-teżi; f’dawn ir-rakkomandazzjonijiet, l-avukati tal-kumpanniji li jaħdmu bħala impjegati huma espressament esklużi mill-ambitu tal-persuni suġġetti għar-rekwiżiti tagħhom (99). Ċertament din il-kawża ma hijiex il-forum adattat biex tittieħed pożizzjoni definittiva dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/60. Għal dak li jirrigwarda l-kawża inkwistjoni, huwa suffiċjenti madankollu li jiġi kkonstatat li mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ma jista’ jiġi dderivat ebda element inekwivoku favur estensjoni tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-avukati tal-kumpanniji.

113. Għaldaqstant l-argument imqajjem mir-rikorrenti u mill-partijiet fil-kawża li intervenew insostenn tagħhom, ibbażat fuq bidla fil-“panorama ġuridika” dwar l-istatus tal-avukati tal-kumpanniji, għandu jiġi miċħud fit-totalità tiegħu.

ii)    Modernizzar tad-dritt proċedurali dwar akkordji permezz tar-Regolament (KE) Nru 1/2003

114. B’riferiment għall-punti 172 u 173 tas-sentenza appellata, ir-rikorrenti jindikaw motiv ulterjuri li għandu jiġġustifika estensjoni tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp mal-avukat ta’ kumpannija: l-immodernizzar tad-dritt proċedurali dwar l-akkordji permezz tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jagħti lok għal bżonn dejjem ikbar ta’ konsulenza legali interna fl-impriża, li l-funzjoni preventiva tagħha għall-finijiet li jevita ksur tal-leġiżlazzjoni dwar il-akkordji ma għandhiex tiġi injorata. Il-pariri legali tal-avukati tal-kumpanniji huma partikolarment prezzjużi fil-ħajja ta’ kuljum tal-impriża, peress li jistgħu jinkisbu iktar malajr u bi spejjeż iktar ekonomiċi, u peress li huma bbażati fuq għarfien intimu tal-impriża u l-attivitajiet tagħha. Ħafna mill-partijiet fil-kawża barra minn hekk jirreferu għall-importanza dejjem ikbar, fl-impriżi, tal-hekk imsejħa “compliance programs”, li huma intiżi biex jiżguraw aġir korrett u konformi mal-liġi.

115. L-effikaċja tal-konsulenza legali interna fl-impriża u s-suċċess tal-compliance programs jippresupponu, fil-fehma ta’ għadd kbir tal-partijiet fil-kawża, il-possibbiltà ta’ komunikazzjoni interna fl-impriża jew il-grupp mal-avukati tal-kumpanniji mingħajr xkiel u fuq bażi kunfidenzjali. Inkella t-tmexxija tal-impriża tista’ ma tkunx disposta li tafda f’idejn l-avukat ta’ kumpannija kwistjonijiet delikati, waqt li l-avukat ta’ kumpannija jista’ jkun iktar dispost li jagħti iktar informazzjoni bil-fomm milli bil-miktub, għad-detriment tal-kwalità u l-utilità tal-konsulenza legali tiegħu.

116. F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat fl-ewwel lok li l-emendi leġiżlattivi li saru fil-kuntest tal-immodernizzar tad-dritt proċedurali dwar l-akkordji kienu għadhom ma humiex applikabbli biex tiġi ddeterminata l-portata tas-setgħat ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni fl-okkażjoni tat-tfittxija inkwistjoni li saret fil-bini ta’ Akzo u Akcros. L-investigazzjoni fil-fatt saret fil-bidu tal-2003 u, għaldaqstant, ma kinitx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li daħal fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju 2004 (ara dwar dan il-punt l-Artikolu 45(2) tal-imsemmi regolament). Madankollu, l-argument ibbażat fuq id-dritt proċedurali ġdid dwar l-akkordji għandu jiġi miċħud irrispettivament mill-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Il-ħtieġa ta’ użu ikbar tal-konsulenza interna fi ħdan impriża jew grupp fil-fatt setgħet żdiedet anki qabel l-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida.

117. Sostanzjalment, madankollu, la l-importanza ikbar tal-avukati tal-kumpanniji, u lanqas l-utilità inkontestabbli tal-konsulenza legali tagħhom – wisq iktar minn meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 – ma jimmilitaw b’mod definittiv favur l-applikazzjoni tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjonijiet interni fl-impriża jew il-grupp ma’ tali avukati. Estensjoni tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-avukati tal-kumpanniji lanqas ma tista’ tibbaża, min-naħa l-oħra, fuq is-sempliċi fatt li huma għandhom għarfien tajjeb ħafna tal-impriża u tal-attivitajiet tagħha.

118. Għall-kuntrarju, ir-referenza, li saret minn xi wħud mill-partijiet fil-kawża, għall-familjarità tal-avukat ta’ kumpannija ma’ min jimpjegah hija xafra li taqta’ miż-żewġ naħat: minn naħa waħda, din il-familjarità tevita għall-avukat ta’ kumpannija li jkollu jiddedika kull darba ex novo kwantità kbira ta’ ħin biex jiffamiljarizza ruħu mal-prattiki ppreżentati lilu minn każ għal każ, u tippermettilu li jibni bażi ta’ fiduċja mal-interlokuturi interni tal-impriża. Min-naħa l-oħra, proprju din il-familjarità partikolari mal-impriża u l-attivitajiet tagħha tpoġġi serjament f’riskju l-indipendenza tal-avukat ta’ kumpannija (100). Huwa ma għandux dik id-distanza neċessarja mill-mandant tiegħu – min jimpjegah –, li tikkostitwixxi l-karatteristika tipika ta’ konsulenza legali tassew indipendenti.

119. Meta impriża tirrikorri għand l-avukat intern tagħha, hija fl-aħħar mill-aħħar ma tkunx qed tikkomunika ma’ terza persuna newtrali, iżda ma’ persuna li tagħmel parti mill-persunal tagħha, minkejja l-obbligi etiċi kollha li jirriżultaw mill-fatt li dan ikun membru tal-Kamra tal-Avukati. Tali komunikazzjoni “bejn l-erba’ ħitan tad-dar” ma timmeritax il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità, irrispettivament mill-frekwenza u l-importanza tagħha għall-impriża.

120. Anki r-referenza li saret minn għadd ta’ partijiet fil-kawża għall-compliance programs ma twassalx għal konklużjoni differenti. Kif sostniet il-Kummissjoni mingħajr ma ġiet ikkontestata, il-biċċa l-kbira tal-konsulenza legali interna fi ħdan impriża fir-rigward tal-compliance programs, hija ta’ natura ġenerali u ma tirrappreżenta ebda rabta speċifika mal-eżerċizzju, preżenti jew futur, tad-drittijiet tad-difiża. Bħala regola, għaldaqstant, il-komunikazzjoni li ssir bejn impriża u l-avukat intern tagħha “għall-finijiet ta’ compliance” lanqas ma tissodisfa l-ewwel rekwiżit identifikat fis-sentenza AM & S(101). B’hekk, il-Qorti Ġenerali korrettament irrilevat li dan it-tip ta’ konsulenza legali interna fl-impriża ma għandux “effett dirett” fuq il-kwistjoni inerenti tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet (102).

121. Fuq bażi ġenerali, anki r-referenza għall-vantaġġi u l-importanza tal-konsulenza legali fl-impriża, kif ukoll ir-referenza għar-riforma tad-dritt proċedurali permezz tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 finalment ma jiġġustifikawx devjazzjoni mill-ġurisprudenza AM & S.

b)      Fuq l-allegat ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (it-tieni parti tat-tieni aggravju)

122. Ir-rikorrenti u xi wħud mill-partijiet li intervenew insostenn tagħhom fl-ewwel u fit-tieni istanza jirrilevaw li l-esklużjoni tal-komunikazzjonijiet interni fl-impriża jew il-grupp mal-avukat ta’ kumpannija mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża. Huma jsostnu li dan il-ksur imur ukoll kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali.

i)      Il-prinċipju ta’ ċertezza legali fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża

123. Akzo u Akcros jibbażaw l-allegazzjoni tagħhom f’dan ir-rigward fuq id-drittijiet tad-difiża, waqt li jorbtu dawn tal-aħħar mal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Huma jenfasizzaw iċ-ċirkustanza li fid-dritt Ewropew dwar il-kompetizzjoni, spiss huwa applikabbli l-Artikolu 81 KE (issa l-Artikolu 101 TFUE), b’mod parallel ma’ dispożizzjonijiet korrispondenti tad-dritt nazzjonali [ara f’dan ir-rigward l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003]. Fil-fehma tagħhom il-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet mal-avukati tal-kumpanniji ma tistax titħalla tiddependi mill-fatt jekk l-investigazzjonijiet twettqux mill-Kummissjoni jew minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.

124. Il-prinċipju ta’ ċertezza legali jikkostitwixxi prinċipju ġenerali u fundamentali tad-dritt tal-Unjoni (103). Tali prinċipju jeħtieġ, b’mod partikolari, li leġiżlazzjoni li toħloq konsegwenzi żvantaġġużi għal individwi tkun ċara u preċiża u li l-applikazzjoni tagħhom tkun prevedibbli għall-persuni suġġetti għaliha (104). Fi kliem ieħor, il-persuni suġġetti għaliha għandhom isiru jafu mingħajr ambigwità d-drittijiet u l-obbligi tagħhom sabiex jirregolaw ruħhom (105).

125. B’referenza għall-kuntest preżenti, dan ifisser li l-impriżi, li fil-bini tagħhom issir tfittxija minn awtorità tal-kompetizzjoni fil-kuntest ta’ investigazzjoni relatata mal-akkordji, għandhom ikunu jafu mingħajr ambigwità jekk jistgħux jinvokaw il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjonijiet interni fl-impriża jew il-grupp.

126. Id-dritt pertinenti tal-Unjoni jissodisfa dan ir-rekwiżit. Dan, fl-interpretazzjoni li ngħatatlu fil-ġurisprudenza AM & S imsemmija iktar ’il fuq (106), jipprovdi li l-komunikazzjonijiet interni fl-impriża jew il-grupp mal-avukati tal-kumpanniji ma jibbenefikawx mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità. Fuq dan il-punt ma hemm l-ebda inċertezza.

127. Fir-rigward tal-interazzjoni bejn l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u dawk immexxija f’livell nazzjonali, ir-Regolament tal-Kunsill Nru 17, bl-istess mod bħar-Regolament (KE) Nru 1/2003, din hija bbażata fuq delimitazzjoni preċiża tal-kompetenzi tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Tfittxija tiġi ordnata u mwettqa jew mill-Kummissjoni jew minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni. Dejjem jirriżulta b’mod ċar liema awtorità tkun ordnat it-tfittxija, mid-deċiżjoni tat-tfittxija (mandat ta’ investigazzjoni), li jrid jiġi ppreżentat bil-miktub lill-impriża [Artikolu 14(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, kif ukoll l-Artikolu 20(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003].

128. Jekk l-investigazzjoni tkun ser issir mill-Kummissjoni, ir-regoli applikabbli huma ddeterminati mid-dritt tal-Unjoni; jekk l-investigazzjoni tkun ser issir minn awtorità nazzjonali, ir-regoli applikabbli huma ddeterminati mid-dritt nazzjonali [ara issa espliċitament f’dan is-sens l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (107)]. Fiż-żewġ każijiet huma inklużi wkoll ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti.

129. Huwa minnu li l-uffiċjali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistgħu jipprovdu għajnuna lill-Kummissjoni fl-okkażjoni ta’ investigazzjoni mwettqa minn din tal-aħħar [Artikolu 14(5) u (6) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, kif ukoll l-Artikolu 20(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003], bl-istess mod bħalma l-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu viċi versa jipparteċipaw fl-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni waqt li jipprovdulhom assistenza [Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, kif ukoll it-tieni sentenza tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003]. Madankollu, dan ma għandux effett fuq it-tqassim tal-kompetenzi fir-rigward tas-setgħa biex jiġu ordnati u mwettqa investigazzjonijiet, u lanqas fuq id-dispożizzjonijiet applikabbli, inklużi dawk dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti.

130. Il-prinċipju ta’ ċertezza legali fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża, u b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti applikabbli għal tfittxija partikolari, b’hekk huwa sodisfatt.

131. Ir-rikorrenti jsostnu li huwa inaċċettabbli li d-destin tal-istess dokument intern ta’ impriża jkun jiddependi minn jekk ikunx ittieħed fit-tfittxija minn awtorità nazzjonali jew mill-Kummissjoni.

132. Għalkemm din is-sottomissjoni tesprimi preokkupazzjoni assolutament komprensibbli, madankollu fuq il-livell ġuridiku dan ma jirriżultax li huwa fondat.

133. La l-prinċipju ta’ ċertezza legali, u lanqas id-drittijiet tad-difiża ma jeżiġu li d-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali jadottaw, fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom, l-istess parametri u li b’hekk jiżguraw l-istess protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti. Il-prinċipji ġuridiċi ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali garantita fil-livell tal-Unjoni jistgħu jgħoddu biss fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (108). Viċi versa, il-prinċipji ġuridiċi nazzjonali u l-protezzjoni nazzjonali tad-drittijiet fundamentali ma jistgħux joħorġu mil-limiti ta’ kompetenza nazzjonali.

134. Ċertament il-pożizzjoni tkun issimplifikata li kieku d-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għat-tfittxijiet fil-qasam tal-kompetizzjoni u d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti kellhom jiġu armonizzati fi ħdan l-Unjoni. Tali armonizzazzjoni kompleta, madankollu, ma teżistix fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni. Jekk dan isirx hija kwistjoni tal-politika leġiżlattiva li tinsab fid-diskrezzjoni esklużiva tal-leġiżlatur tal-Unjoni; l-impriżi kkonċernati madankollu ma jistgħux joħolqu din l-armonizzazzjoni weħidhom billi jinvokaw id-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju ta’ ċertezza legali (109).

135. Finalment, ir-rikorrenti, appoġġati inter alia mill-Irlanda, jirrilevaw li l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti prevista fil-livell nazzjonali għall-komunikazzjonijiet interni fl-impriża jew il-grupp mal-avukati tal-kumpanniji, tista’ tiġi ppreġudikata mill-mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni Ewropej taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

136. Kif irrilevat il-Kummissjoni mingħajr ma ġiet ikkontestata fuq dan il-punt, f’dan il-każ ma kien hemm ebda skambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni. L-argument ibbażat fuq l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 b’hekk jisfa fix-xejn.

137. Jekk b’xi mod l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jista’ tabilħaqq jagħti lok għal skambju ta’ dokumenti u informazzjoni li jibbenefikaw mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità, din il-kwistjoni hija irrilevanti għall-finijiet ta’ din il-proċedura ta’ appell. F’dan il-kuntest huwa suffiċjenti li jiġi indikat li tali dispożizzjoni – b’mod partikolari r-referenza tagħha għal “informazzjoni kunfidenzjali” – tabilħaqq tippermetti interpretazzjoni li hija, minn naħa waħda, konformi mad-drittijiet fundamentali u li, min-naħa l-oħra, għall-finijiet ta’ kooperazzjoni leali [Artikolu 4(3) TUE] ma teħtiġx li xi waħda mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni involuti tagħmel xi ħaġa li tmur kontra d-dispożizzjonijiet applikabbli għaliha fir-rigward tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti (110).

138. L-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali marret kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża, għaldaqstant hija totalment infondata.

ii)    Id-dritt għal konsulenza, difiża u rappreżentanza mingħajr ebda xkiel

139. Flimkien ma’ dak li ntqal hawn fuq, l-allegat ksur tad-drittijiet tad-difiża jeżisti wkoll – skont dak li sostnew, b’mod partikolari, l-Irlanda, l-ACCA u l-ECLA – fil-fatt li għall-impriżi huwa inqas konvenjenti li jużaw il-konsulenza legali ta’ avukat ta’ kumpannija jekk il-komunikazzjonijiet interni fi ħdan l-impriża jew il-grupp skambjati magħhom ma jibbenefikawx mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità. B’mod partikolari dan jikkostitwixxi, fil-fehma tal-partijiet imsemmija hawn fuq, ksur tal-Artikolu 6(3)(b) u (ċ) tal-KEDB, li jistabbilixxi li kull persuna akkużata għandha dritt li jkollha ż-żmien u l-faċilitajiet meħtieġa biex tħejji d-difiża tagħha jew li tikseb l-assistenza ta’ rappreżentant legali li tagħżel hi (111). Minbarra d-dispożizzjoni ċċitata, xi wħud mill-partijiet fil-kawża jirreferu wkoll f’dan ir-rigward għall-Artikolu 8 tal-KEDB, kif ukoll għall-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

140. Dan l-argument ma huwiex fondat.

141. Għal dak li jirrigwarda fl-ewwel lok il-KEDB, ma jirriżultax li s’issa l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem esprimiet ruħha fis-sens li tirrikonoxxi l-għoti tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp mal-avukati tal-kumpannija. Għall-kuntrarju, il-kunsiderazzjonijiet li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem żvolġiet fis-sentenza tagħha André et vs Franza dwar l-irwol tal-avukat bħala qaddej fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja (“auxiliaire de justice”) u bħala intermedjarju bejn il-qrati u l-individwi suġġetti għas-sistema ġuridika (“intermédiaire”) jirriflettu kunċett tal-indipendenza tal-avukat li ma hijiex differenti minn dak stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza AM & S (112).

142. Hekk kif inhi s-sitwazzjoni fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-limitazzjoni tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjonijiet ma’ avukati esterni biss, ma tagħtix lok għal protezzjoni ta’ livell inferjuri meta mqabbla ma’ dik tal-KEDB. Għaldaqstant, l-obbligu ta’ koerenza stabbilit mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma jeħtiġx li, fid-dritt tal-Unjoni, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tiġi estiża għall-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp mal-avukati tal-kumpannija.

143. Huwa minnu li l-KEDB tiggarantixxi biss standard minimu ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, li jista’ f’kull ħin jingħeleb mid-dritt tal-Unjoni [it-tieni sentenza tal-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali]. Dan ġustament tfakkar mill-Irlanda. Madankollu, għar-raġunijiet li ser jingħataw hawn taħt, ma jkunx opportun li jiġi estiż l-ambitu tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità previst mid-dritt tal-Unjoni għall-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp mal-avukati tal-kumpannija.

144. Fl-ewwel lok huwa diġà dubjuż jekk it-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali [flimkien ma’, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 48(2)] għandhiex tabilħaqq tinftiehem fis-sens li tiggarantixxi lill-impriżi dritt li jingħataw parir, difiża u rappreżentanza mill-avukati interni tagħhom stess, li jkunu impjegati tagħhom.

145. Iżda anki jekk jiġi aċċettat li d-dritt għal parir, difiża u rappreżentanza, previst fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jestendi wkoll għall-konsultazzjoni mill-avukati tal-kumpanniji, li jkunu jaħdmu internament fl-impriża jew fil-grupp, dan b’ebda mod ma jeskludi li, kull meta jintużaw is-servizzi tal-avukati tal-kumpanniji, jista’ jkun hemm limiti partikolari ġġustifikati oġġettivament. L-intensità tal-protezzjoni offruta minn dritt fundamentali tista’, fil-fatt, tvarja skont is-sitwazzjoni fattwali (113).

146. Pereżempju, l-avukati tal-kumpannija mhux dejjem jitħallew jirrappreżentaw f’kawża lil min jimpjegahom, jiġifieri lill-impriża li fid-dipartiment legali tiegħu jkunu jaħdmu (114). Lanqas ma jagħti lok għal xi ksur ta’ drittijiet fundamentali l-fatt li mhux l-avukati kollha jistgħu jippatroċinaw quddiem il-qrati nazzjonali kollha (115), minkejja li dan mingħajr ebda dubju jillimita l-għażla tal-klijenti potenzjali meta jfittxu r-rappreżentant legali l-iktar adatt.

147. Anki l-protezzjoni tal-komunikazzjonijiet skambjati bejn klijent u l-avukat tiegħu b’hekk jista’ jkollha portata iktar jew inqas wiesgħa skont jekk bejniethom ikunx hemm, jew le, relazzjoni ta’ impjieg. Dan ma jfissirx li l-komunikazzjonijiet skambjati bejn impriża u l-avukat intern tagħha huma għal kollox mċaħħda minn kwalunkwe protezzjoni. Bħal kull komunikazzjoni normali skambjata bejn individwi dawn jibbenefikaw mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ġenerali tal-korrispondenza u tal-komunikazzjonijiet, prevista mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (Artikolu 8 tal-KEDB). Il-kwistjoni tirrigwarda esklużivament il-kwistjoni jekk il-komunikazzjonijiet interni fi ħdan l-impriża jew il-grupp mal-avukati tal-kumpannija jimmeritawx, addizzjonalment, il-protezzjoni speċjali mis-sekwestru, li hija ggarantita mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti biex ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tad-difiża u sabiex tiġi ggarantita amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.

148. Ċertament l-ECLA ġustament tirrileva li d-drittijiet fundamentali li jinsabu inkwistjoni hawnhekk, meta titqies l-importanza bażika tagħhom, bħala prinċipju għandhom jiġu interpretati b’mod estensiv. Anki jekk tiġi adottata interpretazzjoni estensiva, madankollu, il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti dderivata minnhom ma tistax tiġi estiża lil hinn mir-ratio awtentika tagħha. Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti, fil-fatt, ma sservix biss biex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża tal-klijent, iżda hija wkoll espressjoni tal-istatus tal-avukat bħala konsulent legali indipendenti u bħala “kollaboratur tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja”, li jagħti pariri legali lil “kull min ikollu bżonn” (116). Għaldaqstant, l-ispazju liberu maħluq mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet għal komunikazzjoni mal-klijent mingħajr xkiel u kunfidenzjali għandu jiġi eżerċitat mill-avukat fil-perspettiva ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. Sabiex ikun jista’ jaffronta b’mod effikaċi l-kunflitti ta’ interessi bejn id-dmirijiet professjonali tiegħu u l-objettivi u x-xewqat tal-klijent tiegħu, l-avukat ma jistax ipoġġi lilu nnifsu f’relazzjoni ta’ dipendenza fuq il-klijent tiegħu (117).

149. Min-naħa l-oħra, din is-sitwazzjoni ta’ dipendenza tinsab proprju fil-każ tal-avukat ta’ kumpannija. Kif spjegat iktar ’il fuq, l-avukat ta’ kumpannija mhux biss huwa mdaħħal b’mod stabbli fl-istruttura tal-impriża, li fid-dipartiment legali tagħha huwa jaħdem fil-kwalità ta’ impjegat, iżda jinsab ukoll f’sitwazzjoni ta’ dipendenza ekonomika ferm iktar b’saħħitha fuq tali impriża u jidentifika magħha ferm iktar milli fil-każ ta’ avukat estern (118). Għaldaqstant, jeżisti riskju strutturali li l-avukat ta’ kumpannija – anki meta huwa, kif hija r-regola, ikun persuna ta’ integrità b’intenzjonijiet tajbin – isib ruħu f’kunflitt ta’ interessi bejn id-dmirijiet professjonali tiegħu u l-objettivi u x-xewqat tal-impriża tiegħu.

150. Il-fatt li l-avukat ta’ kumpannija huwa espost għar-riskju ta’ kunflitti ta’ interessi jagħmilha ferm iktar diffiċli għalih biex jopponi b’mod effikaċi abbużi li jista’ jkun hemm tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti. Abbuż jista’ pereżempju jikkonsisti fil-fatt li bil-pretest li tintalab konsulenza legali jintbagħtu lid-dipartiment legali ta’ impriża, mezzi ta’ prova u informazzjoni bil-għan esklużiv jew prevalenti sabiex dawn ma jaqgħux f’idejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Fl-agħar ipoteżi, id-dipartimenti operattivi ta’ impriżi jista’ jkollhom it-tentazzjoni li jużaw abużivament l-uffiċċju legali intern fi ħdan l-impriża jew il-grupp bħala post fejn iżommu dokumenti illegali, bħal akkordji u noti dwar laqgħat tal-partijiet fl-akkordju jew dwar il-modus operandi tal-akkordju.

151. Meta jitqiesu l-kunflitti ta’ interessi speċifiċi u l-perikli ta’ abbużi li jistgħu jinħolqu fi ħdan impriża jew grupp, jidhirli li huwa opportun li ma tiġix estiża l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti fid-dritt tal-Unjoni għall-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp mal-avukati tal-kumpannija. L-istess argumenti li qajjimt hawn fuq fir-rigward tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jistgħu jintużaw ukoll, fil-fehma tiegħi, għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-KEDB.

152. L-Irlanda, b’referenza għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, issostni li l-kunfidenzjalità tar-relazzjoni bejn klijent u l-avukat tiegħu tipprevali fuq is-sempliċi possibbiltà ta’ abbuż (119). B’dan il-mod, madankollu, l-Irlanda tinjora l-fatt li l-ġurisprudenza ċċitata minnha tirreferi għall-iskambju klassiku ta’ komunikazzjonijiet bejn klijent u l-avukat estern tiegħu, li fir-rigward tiegħu b’mod ġenerali ma jkunx hemm il-perikli speċifiċi ta’ abbużi, li għadhom kif ġew deskritti, konnessi mal-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp mal-avukati tal-kumpannija, u li barra minn hekk ma hemmx il-biża’ ta’ kunflitt ta’ interessi.

153. L-ECLA tenfasizza li l-indipendenza ta’ avukat ta’ kumpannija ma tistax tiġi evalwata b’mod astratt billi jitqies l-istatus tiegħu ta’ impjegat, iżda għandha tiġi analizzata b’mod konkret każ b’każ, waqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-obbligi etiċi tiegħu bħala avukat membru tal-Kamra tal-Avukati. Tali argument għandu jiġi miċħud għar-raġunijiet diġà mogħtija (120): is-sempliċi obbligi etiċi ma humiex suffiċjenti biex tiġi ggarantita għall-avukat ta’ kumpannija indipendenza mqabbla għal dik tal-avukati li jaħdmu għal rashom. Dawn, fil-fatt, ma jipprovdu ebda informazzjoni dwar il-prassi effettivament segwita minn impriża fil-ħajja tax-xogħol ta’ kuljum. Barra minn hekk, l-ECLA tinjora l-fatt li bħala regola l-avukati tal-kumpanniji jinsabu f’sitwazzjoni ta’ dipendenza ekonomika fuq min jimpjegahom li hija ferm iktar b’saħħitha u jidentifikaw personalment b’mod ħafna iktar intensiv milli normalment jiġri fil-każ ta’ avukat li jkun professjonist liberu fil-konfront tal-klijenti tiegħu. Fid-dawl ta’ dawn id-differenzi fundamentali, jirriżulta li hija oġġettivament iġġustifikata r-referenza għad-distinzjoni ġenerali, fir-rigward tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità, bejn avukati tal-kumpanniji u avukati esterni.

154. L-allegazzjoni ta’ ksur tad-dritt għal konsulenza, difiża u rappreżentanza hija, għaldaqstant, infondata.

iii) Drittijiet fundamentali ulterjuri

155. Xi partijiet fil-kawża, b’mod partikolari l-Irlanda u l-ECLA, jallegaw barra minn hekk il-ksur ta’ drittijiet fundamentali oħrajn, b’mod partikolari id-dritt fundamentali tal-proprjetà u tal-libertà professjonali (121). Abbażi ta’ dak li sostnew l-Irlanda u l-ECLA, il-libertà professjonali hija ppreġudikata inkwantu n-nuqqas tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp jagħmilha iktar diffiċli għall-avukat ta’ kumpannija biex jeżerċita l-professjoni tiegħu u jpoġġih f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ fil-konfront tal-avukati li jaħdmu bħala professjonisti liberi. Id-dritt fundamentali tal-proprjetà huwa involut, skont l-ECLA, inkwantu ċ-ċaħda għall-għoti tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjonijiet interni mal-avukati tal-kumpanniji tobbliga lill-impriżi biex jużaw, f’każijiet partikolari, il-konsulenza ta’ avukati esterni, bil-konsegwenza li jkollhom iġarrbu spejjeż żejda.

–       Ammissibbiltà tal-allegazzjonijiet

156. Inkwantu l-Irlanda tallega l-ksur tal-libertà professjonali fil-kwalità tagħha bħala parti intervenjenti, tali allegazzjoni hija a priori inammissibbli. Kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, l-intervenjent ma huwiex ipprojbit milli jippreżenta argumenti ġodda jew differenti minn dawk tal-parti li jappoġġha, kemm-il darba jkunu mmirati biex jissostanzjaw it-talbiet ta’ dik il-parti (122). Madankollu, huwa ma jistax jippreżenta allegazzjonijiet differenti minn dawk tal-parti li jappoġġha (123). Peress li Akzo u Akcros bħala rikorrenti ma allegawx il-ksur tad-dritt tal-proprjetà u tal-libertà professjonali, l-Irlanda, bħala parti intervenjenti, ma tistax tallega l-ksur ta’ dawk id-drittijiet fundamentali f’din il-proċedura ta’ appell.

157. L-ECLA, bħala parti intervenjenti fil-proċedura tal-ewwel istanza, b’differenza mill-Irlanda, għandha l-istatus ta’ “parti oħra fil-kawża” fil-proċedura ta’ appell, li jfisser li hija ma għadhiex suġġetta għal-limitazzjonijiet speċifiċi previsti għall-intervenjenti [Artikoli 115 u 116(1) tar-Regoli ta’ Proċedura]. Anki l-ECLA, madankollu, fir-risposta tagħha ma tistax tmur lil hinn mis-suġġett tas-sentenza mogħtija fl-ewwel grad [Artikolu 116(2) tar-Regoli ta’ Proċedura]. Peress li l-ksur tad-dritt tal-proprjetà u tal-libertà professjonali asserita mill-ECLA ma kienx jifforma parti mis-suġġett tas-sentenza tal-ewwel grad, la fuq l-inizjattiva ta’ Akzo u Akcros, u lanqas fuq l-inizjattiva tal-istess ECLA, dawk l-allegazzjonijiet, fil-fażi attwali tal-proċedura ta’ appell, huma inammissibbli (124).

–       Fondatezza tal-allegazzjonijiet

158. L-allegazzjonijiet tal-Irlanda u tal-ECLA ma jistgħux jiġu aċċettati lanqas fil-merti.

159. Għal dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-libertà professjonali, ma jistax jingħad li n-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjonijiet interni fi ħdan l-impriża jew il-grupp jagħmilha eċċessivament diffiċli jew saħansitra impossibbli għall-avukati tal-kumpanniji biex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom. Fl-ewwel lok, kif ġie rrilevat minn għadd ta’ partijiet f’din il-proċedura ta’ appell, l-importanza tal-konsulenza legali interna għall-impriżi kibret kontinwament f’dawn l-aħħar snin fi ħdan l-Unjoni Ewropea, minkejja li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-avukati tal-kumpanniji ma jistgħux jinvokaw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti. Fit-tieni lok, il-kamp prinċipali ta’ attività tal-avukati tal-kumpanniji – anki dawk li huma membri tal-Kamra tal-Avukati – ma tikkonsistix fil-konsulenza u r-rappreżentanza ta’ min jimpjegahom fi proċeduri ġudizzjarji jew fi proċeduri analogi, iżda f’konsulenza legali ġenerali mingħajr rabta speċifika mal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża.

160. Għal dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, id-dritt ta’ proprjetà, huwa diffiċli biex wieħed jifhem kif il-pożizzjoni legali fis-seħħ fi ħdan l-Unjoni tista’ tikkostitwixxi ksur ta’ tali dritt fundamentali. In-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp mal-avukati tal-kumpannija ma tinvolvi ebda limitazzjoni u wisq inqas tneħħija ta’ intitolamenti proprjetarji min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Li impriża tonfoq il-flus għal konsulenza legali esterna għandu pjuttost jiġi attribwit għal għażla libera. Jista’ jkun li fir-rigward ta’ tali għażla, jiżvolġi rwol il-kuntest regolatorju dwar il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti. Il-konnessjoni mal-proprjetà tal-impriża, madankollu, hija wisq indiretta u wisq imbiegħda biex wieħed ikun jista’ jitkellem dwar interferenza f’dan id-dritt fundamentali.

161. L-allegazzjonijiet dwar il-ksur ta’ drittijiet fundamentali, imqajma mill-Irlanda u mill-ECLA, b’hekk huma fl-ewwel lok inammissibbli, u fi kwalunkwe każ infondati.

c)      Konklużjoni dwar it-tieni aggravju

162. Peress li, għaldaqstant, anki t-tieni aggravju huwa infondat, jeħtieġ li jiġi analizzat it-tielet aggravju, li tqajjem fuq bażi ulterjorment sussidjarja.

3.      Fuq il-prinċipji tal-attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ awtonomija proċedurali nazzjonali (it-tielet aggravju)

163. Permezz tat-tielet aggravju Akzo u Akcros, appoġġati minn ħafna mill-partijiet intervenuti insostenn tagħhom fl-ewwel u fit-tieni istanza, jirrilevaw li hija fil-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri biex jiddeterminaw il-portata eżatta tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti. Għal dan il-għan huma jibbażaw b’mod partikolari fuq l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri. Barra minn hekk jirreferu għall-kompetenza tal-Istati Membri biex jistabbilixxu regoli dwar il-professjoni ta’ avukat, kif ukoll il-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi.

a)      Fuq il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri u fuq il-preżunt rinviju tad-dritt tal-Unjoni għad-dritt nazzjonali

164. Huwa sostnut fl-ewwel lok li l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti taqa’ taħt id-drittijiet tad-difiża u b’hekk tikkostitwixxi parti mid-dritt proċedurali. Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni, hija fil-kompetenza tal-Istati Membri, bis-saħħa tal-awtonomija tagħhom fil-qasam proċedurali, biex jiddeterminaw il-portata tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet. Fl-istess direzzjoni, partijiet oħrajn fil-kawża, b’mod partikolari l-ECLA u s-CCBE, isostnu li d-dritt tal-Unjoni jagħmel, fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, rinviju (“renvoi”) għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-professjoni ta’ avukat. Waqt li r-rekwiżit tal-indipendenza tal-avukati jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni, huwa fil-kompetenza tad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri individwali biex jistabbilixxu liema ġuristi, fl-Istat Membru inkwistjoni, jistgħu jitqiesu bħala avukati indipendenti għall-finijiet tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet.

165. Dan l-argument ma huwiex konvinċenti.

166. La l-Artikolu 14(1) sa (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, u lanqas il-prinċipju legali ġenerali ta’ protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti ma jagħmlu rinviju b’xi mod għad-dritt nazzjonali. Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza AM & S tirreferi għas-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri. Iżda hija tagħmel dan bl-intenzjoni ddikjarata li telabora, minkejja d-differenzi kollha bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali, kriterji uniformi fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti (125).

167. Din l-uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti fir-rigward tal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-proċeduri għal aġir antikompetittiv hija, barra minn hekk, indispensabbli.

168. L-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni tiġi kompromessa jekk, biex tiġi deċiża l-leġittimità ta’ atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jintużaw ir-regoli jew il-prinċipji tad-dritt nazzjonali; il-legittimità ta’ tali atti – f’din il-kawża, il-leġittimità tal-miżuri ta’ tfittxija adottati mill-Kummissjoni fil-kwalità tagħha ta’ awtorità tal-kompetizzjoni Ewropea – tista’ tiġi evalwata biss fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni (126). Ir-referenza għal kriterji ta’ evalwazzjoni speċjali, li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni jew mis-sistema kostituzzjonali ta’ Stat Membru, tippreġudika l-għaqda sostanzjali u l-effikaċja tad-dritt tal-Unjoni u tas-suq intern (127).

169. Differenzi fil-kontenut u fil-portata tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti skont f’liema Stat Membru l-Kummissjoni tagħmel l-investigazzjoni, finalment iwasslu għal frammentazzjoni ġuridika inkompatibbli mal-prinċipju tas-suq intern. L-intervent tal-Kummissjoni bħala awtorità tal-kompetizzjoni sovranazzjonali kellu proprju l-iskop li jissuġġetta lill-impriżi kollha tal-Unjoni Ewropea għal regoli uniformi fil-qasam tal-kompetizzjoni, u li joħloqilhom kundizzjonijiet ugwali għall-kompetizzjoni fis-suq intern (l-hekk imsejjaħ “level playing field”).

170. Il-fatt li l-prinċipju ta’ kunfidenzjalità previst fid-dritt tal-Unjoni jikkostitwixxi dritt fundamentali jimmilita wkoll favur interpretazzjoni awtonoma tal-portata tal-protezzjoni li jagħti. Id-drittijiet fundamentali applikabbli fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandu jkollhom l-istess kontenut għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u għall-impriżi kollha li għalihom japplika d-dritt tal-Unjoni. Fi proċeduri għal aġir antikompetittiv, l-impriżi kollha suġġetti għal investigazzjoni tal-Kummissjoni għandhom igawdu fil-konfront ta’ dik l-awtorità mill-istess protezzjoni mogħtija mid-dritt tal-Unjoni għad-drittijiet fundamentali, ikun fejn ikun il-post fejn issir it-tfittxija.

171. Għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet is-CCBE, id-determinazzjoni tal-kontenut u tal-portata tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità fi proċedura fil-qasam tal-kompetizzjoni ma tistax titħalla f’idejn l-Istati Membri abbażi tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Fil-fatt, minn naħa waħda, id-dritt proċedurali dwar l-akkordji [ir-Regolament tal-Kunsill Nru 17 u r-Regolament (KE) Nru 1/2003] jagħmel parti mir-regoli tal-kompetizzjoni li huma meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern, li d-definizzjoni tiegħu taqa’ taħt il-kompetenzi esklużivi tal-Unjoni [Artikolu 3(1)(b), TFUE]; f’dan il-kuntest, għaldaqstant, mhuwiex applikabbli l-prinċipju ta’ sussidjarjetà [Artikolu 5(3) TUE]. Min-naħa l-oħra, l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mit-Trattat lil individwi – f’dan il-każ, il-possibbiltà li tiġi invokata l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti – ma jistax ikun suġġett għal evalwazzjoni abbażi tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà (128).

172. Meta jsiru investigazzjonijiet mill-Kummissjoni bħala awtorità Ewropea tal-kompetizzjoni, id-dritt nazzjonali jsir applikabbli biss meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jagħtuha assistenza, b’mod partikolari sabiex tingħeleb ir-reżistenza ta’ impriżi suġġetti għal investigazzjoni bl-użu ta’ miżuri diretti ta’ infurzar [Artikolu 14(6) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 u Artikolu 20(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003]. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi stabbilit esklużivament abbażi tad-dritt tal-Unjoni liema dokumenti u rekords tal-kumpannija l-Kummissjoni tista’ teżamina u tikkopja matul it-tfittxijiet tagħha relatati ma’ akkordji.

173. Fid-dawl ta’ dan kollu, l-argument tar-rikorrenti u tal-partijiet fil-kawża li intervenew insostenn tagħhom, li jgħid li l-kontenut u l-portata tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità għandhom jiddependu mid-dritt nazzjonali, għandu jiġi miċħud.

b)      Fuq il-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi

174. Ir-rikorrenti u wħud mill-partijiet li intervenew insostenn tagħhom, b’mod partikolari l-ECLA, jirreferu barra minn hekk għall-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi. Fil-fehma tagħhom l-Unjoni ma ngħatatx il-kompetenza li tistabbilixxi liema avukati jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjonijiet mal-klijenti tagħhom.

175. Skont il-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi, l-Unjoni għandha taġixxi esklużivament fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Istati Membri fit-Trattati biex tikseb l-objettivi stabbiliti fihom [l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(1) TUE – li qabel kien l-Artikolu 5(1) KE] (129). Kwalunkwe kompetenza mhux attribwita lill-Unjoni fit-Trattati tappartjeni lill-Istati Membri [Artikolu 4(1) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) TUE].

176. L-affermazzjoni li l-Unjoni ma għandhiex kompetenza biex tiddetermina l-portata tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità fir-rigward tal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-proċeduri għal aġir antikompetittiv hija infondata.

177. L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, li jistabbilixxi s-setgħat investigattivi tal-Kummissjoni fil-proċeduri għal aġir antikompetittiv, huwa bbażat fuq l-Artikolu 87 tat-Trattat KEE (li sar l-Artikolu 103 TFUE) (130). Kif issa jippreċiża l-Artikolu 3(1)(b) TFUE, din hija saħansitra kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

178. Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti, li tillimita s-setgħat investigattivi tal-Kummissjoni (131), hija bbażata, kif intqal iktar ’il fuq, fuq prinċipju ġuridiku ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li għandu n-natura ta’ dritt fundamentali (132). Id-definizzjoni tal-kontenut u l-portata tiegħu hija waħda mill-prerogattivi essenzjali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li għandha l-kompetenza biex tiżgura l-ħarsien tad-dritt fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati [it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(1) TUE].

179. L-argument invokat mir-rikorrenti u minn uħud mill-partijiet li intervenew insostenn tagħhom, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Unjoni, b’hekk għandu jiġi miċħud.

180. L-ECLA, flimkien ma’ partijiet oħrajn fil-kawża, issostni barra minn hekk li l-fatt li d-dritt tal-Unjoni ma huwiex allinjat mal-pożizzjoni applikabbli f’livell nazzjonali fir-rigward tal-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjonijiet mal-avukati tal-kumpannija, jikkostitwixxi interferenza fil-kompetenza tal-Istati Membri li jirregolaw il-professjoni ta’ avukat.

181. Lanqas din is-sottomissjoni ma għandha bażi. Għalkemm fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni huwa paċifiku li l-Istati Membri għandhom il-kompetenza biex jirregolaw l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat (133), fil-mod kif jeżerċitaw dik il-kompetenza, bħal f’oqsma ġuridiċi oħrajn (134), huma madankollu obbligati li josservaw id-dritt tal-Unjoni rilevanti u li jirrispettaw il-kompetenzi tal-Unjoni (135).

182. Kif għadu kif intqal hawn fuq, hija l-Unjoni li għandha l-kompetenza – esklużiva – li tiddefinixxi r-regoli tal-kompetizzjoni neċessarji għall-funzjonament tas-suq intern kif ukoll il-kontenut u l-limiti tas-setgħat investigattivi tal-Kummissjoni bħala awtorità tal-kompetizzjoni. Dawn l-aħħar miżuri ma għandhomx, la bħala s-suġġett tagħhom u lanqas bħala għan, in-natura speċifika ta’ regoli dwar il-professjoni. L-iktar l-iktar jista’ jkollhom riperkussjonijiet indiretti fuq l-attivitajiet tal-impriżi kkonċernati u l-avukati li huma jqabbdu. Dawk ir-riperkussjonijiet, madankollu, huma biss ta’ natura ġenerali, bl-istess mod bħal ma għadd kbir ta’ dispożizzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u tal-Istati Membri f’varjetà wiesgħa ta’ oqsma ġuridiċi – fosthom id-dritt tat-taxxa, id-dritt kriminali, il-liġi dwar il-karti tal-bilanċ u r-regoli dwar kuntratti pubbliċi – jistgħu bħala regola jkollhom effett fuq ix-xogħol ta’ kuljum tal-impriżi u l-avukati. Dan ma jistax jitqies bħala interferenza fil-kompetenzi Istati Membri li jirregolaw l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat.

183. L-argument ibbażat fuq it-tqassim tal-kompetenzi, sostnut minn diversi partijiet fil-kawża, b’hekk huwa għal kollox infondat.

c)      Fuq xi argumenti ulterjuri

184. Għandhom jiġu indirizzati, finalment, żewġ argumenti oħrajn li tqajmu kontra s-s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali.

185. Permezz tal-ewwel argument, l-ECLA ssostni li d-dritt tal-Unjoni ma jistax “ineħħi” jew “iġib fix-xejn” il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità mogħtija mid-dritt nazzjonali lill-komunikazzjonijiet mal-avukati tal-kumpannija.

186. F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li d-dritt nazzjonali jista’ jagħti tali protezzjoni biss fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, jiġifieri, b’mod partikolari, fir-rigward tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni fil-proċeduri rispettivi għal aġir antikompetittiv. Issa, id-dritt tal-Unjoni bl-ebda mod ma “ineħħi” jew “iġib fix-xejn” protezzjoni eventwali tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet li tista’ tiġi rrikonoxxuta f’tali proċeduri nazzjonali u miżuri ta’ tfittxija; għall-kuntrarju, din il-protezzjoni tkompi teżisti mingħajr ebda restrizzjoni. Il-ġurisprudenza AM & S tapplika biss għall-proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni u għall-investigazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni; din b’ebda mod ma tippreġudika d-dritt applikabbli għall-proċeduri nazzjonali.

187. B’mod ġenerali huwa għal kollox naturali li f’sistemi b’diversi livelli, bħall-Unjoni Ewropea, jista’ jkun hemm, fuq livell lokali, reġjonali, nazzjonali u sovranazzjonali, regoli b’kontenut differenti, li l-kampijiet ta’ applikazzjoni tagħhom, madankollu, jibqgħu distinti. Kif intqal iktar ’il fuq, l-armonizzazzjoni tal-pożizzjoni legali fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali neċessarjament taqa’ taħt il-kompetenza tal-leġiżlatur tal-Unjoni (136).

188. Permezz tat-tieni argument, l-ACCA ssostni li d-dritt tal-Unjoni għandu jestendi l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti wkoll għal komunikazzjonijiet ma’ avukati tal-kumpanniji li jkunu membri ta’ Kamra tal-Avukati f’pajjiżi terzi.

189. Din it-talba għandha tiġi miċħuda. Anki fl-ipoteżi li – għall-kuntrarju tas-soluzzjoni proposta minni – il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet kellha tiġi estiża għall-komunikazzjonijiet interni fi ħdan l-impriża jew il-grupp ma’ avukati tal-kumpannija li jkunu membri tal-Kamra tal-Avukati fiż-żona ekonomika Ewropea, estensjoni ulterjuri għall-avukati ta’ pajjiżi terzi f’ebda każ ma tkun iġġustifikata.

190. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dak li jiġri bejn l-Istati Membri, fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi ma hemmx, bħala regola ġenerali, bażi adegwata għal rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki ta’ avukat u tal-obbligi etiċi li għalihom l-avukati huma suġġetti fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom. F’xi każijiet lanqas ma jkun possibbli li jiġi vverifikat jekk il-pajjiż terz inkwistjoni jkollux tradizzjoni ġuridika nazzjonali suffiċjentement ikkonsolidata li tippermetti lill-avukati li jeżerċitaw il-professjoni tagħhom bl-indipendenza meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiżvolġu l-irwol tagħhom bħala kollaboraturi fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Ma jistax ikun kompitu tal-Kummissjoni jew tal-qrati tal-Unjoni biex iwettqu din il-verifika impenjattiva każ b’każ, waqt li jikkunsidraw ir-regoli u l-konswetudni applikabbli fil-pajjiż terz inkwistjoni, u wisq inqas tista’ tiġi ggarantita kollaborazzjoni amministrattiva effiċjenti f’kull każ mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi.

d)      Konklużjoni dwar it-tielet aggravju

191. Anki t-tielet aggravju b’hekk huwa infondat.

4.      Sinteżi

192. Peress li ebda wieħed mill-aggravji sostnuti minn Akzo u Akcros ma huwa fondat, u peress li ebda wieħed mill-argumenti tal-intervenjenti ma jirriżulta li huwa aċċettabbli, l-appell għandu jiġi miċħud fit-totalità tiegħu.

193. Jekk, madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tasal għall-konklużjoni li l-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp mal-avukati tal-kumpannija jibbenefikaw mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti, allura, wara l-annullament tas-sentenza appellata, hija għandha tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tkun tista’ taċċerta l-fatti ulterjorment (Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja). Fil-fatt, għad irid jiġi aċċertat jekk iż-żewġ emails inkwistjoni, fuq il-bażi tal-kontenut u l-kuntest tagħhom, kinux strumentali għall-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża.

V –    Fuq l-ispejjeż

194. Meta l-appell jiġi miċħud, kif qed nipproponi li jsir f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 tar-Regoli ta’ Proċedura), b’mod konformi ma’ dak li huwa speċifikat fl-Artikolu 69 flimkien mal-Artikolu 118 tar-Regoli tal-Proċedura.

195. Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikoli 69(2) flimkien mal-Artikolu 118 tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn intalbu. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta jkun hemm diversi partijiet telliefa l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi kif taqsam l-ispejjeż. Billi l-Kummissjoni talbet l-ispejjeż u l-appellanti kienu telliefa, l-appellanti għandhom jiġu ordnati jħallsu l-ispejjeż. Billi ppreżentaw l-appell flimkien għandhom iħallsu l-ispejjeż in solidum (137).

196. B’deroga minn dak li ntqal hawn fuq, l-Irlanda, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom, fil-kwalità ta’ intervenjenti, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(4) tar-Regoli tal-Proċedura.

197. Anki l-partijiet l-oħrajn fil-kawża, li intervenew insostenn tal-appell bil-preżentata ta’ talbiet quddiem l-Qorti tal-Ġustizzja, jistgħu jiġu kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 69(4) tar-Regoli tal-Proċedura (138). Peress li CCBE, ARNOVA, ECLA, ACCA u IBA appoġġaw l-appell ta’ Akzo u Akcros bit-talbiet tagħhom u tilfu, jidher li huwa xieraq – b’deroga minn dak li ntqal fil-punt 195 – li jiġu kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

VI – Konklużjoni

198. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet mogħtija hawn fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi skont kif ġej:

1)      L-appell huwa miċħud.

2)      L-Irlanda, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

3)      Il-Conseil des barreaux européens, l-Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten, il-European Company Lawyers Association, l-American Corporate Counsel Association (European Chapter) u l-International Bar Association għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)      Għall-kumplament, Akzo Nobel Chemicals Ltd. u Akcros Chemicals Ltd. huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż.


1 – Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.


2 – Fil-lingwa tal-kawża: “legal professional privilege”.


3 – B’avukat tal-kumpannija hawnhekk u iktar ’il quddiem nifhem avukat li jkun jaħdem bħala impjegat fid-dipartiment legali ta’ impriża jew grupp u fl-istess ħin ikun membru tal-Kamra tal-Avukati b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli.


4 – Din il-kawża ġibdet ħafna attenzjoni fost l-esperti f’dan il-qasam [ara, inter alia, M. Gray, “The Akzo Nobel Judgment of the Court of First Instance”, Irish Journal of European Law 14 (2007), p. 229-242; C. Prieto, “Pouvoirs de vérification de la Commission et protection de la confidentialité des communications entre avocats et clients”, La semaine juridique – édition générale 2007, II-10201, p. 35-37; B. Cheynel, “Heurs et malheurs du “legal privilege” devant les juridictions communautaires”, Revue Lamy de la Concurrence – Droit, Économie, Régulation 2008, Nru 14, p. 89-93; D. Mykolaitis, “Developments of Legal Professional Privilege under the Akzo/Akcros Judgment”, International Trade Law and Regulation 2008, p. 1‑6; W. Weiß, “Neues zum legal professional privilege”, Europarecht 2008, p. 546-557]. Jidher li tant hija mistennija d-deċiżjoni fl-ogħla livelli ġudizzjarji li sa mis-sena li għaddiet il-kontenut preżunt tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja diġà kien is-suġġett ta’ dibattitu fid-duttrina [R. Brüssow, “Das Anwaltsprivileg des Syndikus im Wirtschaftsstrafverfahren”, Arbeitsgemeinschaft Strafrecht des Deutschen Anwaltvereins (Hrsg.), Strafverteidigung im Rechtsstaat, Baden-Baden 2009, p. 91-106; ara wkoll f’dan ir-rigward M. Huff, “Recht und Spiel”, Frankfurter Allgemeine Zeitung Nru 183, tal-10 ta’ Awwissu 2009, p. 28].


5 – Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, dwar l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


6 – Iktar ’il quddiem ir-“rikorrenti”.


7 – Sentenza tas-17 ta’ Settembru 2007, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni (T‑125/03 u T‑253/03, Ġabra p. II‑3523).


8 – Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-6 ta’ Frar 1962, l-ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3).


9 – Għal dak li jirrigwarda s-sostituzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 mir-Regolament (KE) Nru 1/2003, ara l-Artikolu 43(1) flimkien mal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.


10 – F’dan ir-rigward ara l-punti 1 sa 14 tas-sentenza appellata.


11 – Deċiżjoni C (2003) 85/4 tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Jannar 2003, emendata bid-Deċiżjoni C (2003) 559/4, tal-10 ta’ Frar 2003.


12 – L-Awtorità Ingliża dwar il-Kompetizzjoni.


13 – L-investigazzjoni saret fil-kuntest tal-każ COMP/38.589.


14 – C(2003) 1533 finali.


15 – Ara iktar ’il fuq il-punt 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


16 – Ara iktar ’il fuq il-punt 16 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


17 – Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali, tat-30 ta’ Ottubru 2003, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni (T‑125/03 R u T‑253/03 R, Ġabra p. II‑4771).


18 – Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-27 ta’ Settembru 2004, Il-Kummissjoni vs Akzo u Akcros [C‑7/04 P(R), Ġabra p. I‑8739].


19 – L-oriġinal tal-appell, li oriġinarjament intbagħat b’faks, ġie ppreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Diċembru 2007.


20 – Digrieti tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti Ġenerali, tal-4 ta’ Novembru 2003 u l-10 ta’ Marzu 2004; digriet tal-president tal-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali, tas-26 ta’ Frar 2007.


21 – Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-8 ta’ Lulju 2008, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni et (C-550/07 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra).


22 – Ara s-sitt digrieti tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-5 ta’ Frar 2009, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni et (C-550/07 P, mhux ippubblikati fil-Ġabra), kif ukoll id-digriet tas-17 ta’ Novembru 2009, Akzo Nobel Chemicals u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni et (C-550/07 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra) li permezz tiegħu iddeċieda dwar it-talba l-ġdida mressqa minn LSEW.


23 – Digrieti tal-Qorti Ġenerali (Ħames Awla) tat-28 ta’ Mejju 2004.


24 – Każ COMP/38.589 – “stabilizzanti għas-sħana”; ara f’dan ir-rigward l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2009 (IP/09/1695).


25 – Għal dak li jirrigwarda r-rekwiżit ta’ interess ġuridiku fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell, ara s-sentenza tad-19 ta’ Ottubru 1995, Rendo et vs Il-Kummissjoni (C-19/93 P, Ġabra p. I-3319, punt 13), kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħi tat-13 ta’ Diċembru 2007 fil-kawża Bertelsmann & Sony vs Impala (C‑413/06 P, Ġabra p. I‑4951, punt 74).


26 – Sentenzi Rendo et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25 (punt 13); tat-13 ta’ Lulju 2000, Il-Parlament vs Richard (C-174/99 P, Ġabra p. I-6189, punt 33); tal-25 ta’ Lulju 2002, Unión de Pequeños Agricultores vs Il-Kunsill (C‑50/00 P, Ġabra p. I‑6677, punt 21); tat-3 ta’ April 2003, Il-Parlament vs Samper (C‑277/01 P, Ġabra p. I‑3019, punt 28); tal-10 ta’ Settembru 2009, Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni (C‑97/08 P, Ġabra p. I‑8237, punt 33), u tas-17 ta’ Settembru 2009, Il-Kummissjoni vs Koninklijke Friesland Campina (C‑519/07 P, Ġabra p. I‑8495, punt 63).


27 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-24 ta’ Marzu 1993, CIRFS et vs Il-Kummissjoni (C‑313/90, Ġabra p. I‑1125, punti 30 u 31).


28 – Meta l-aġenti tal-Kummissjoni jaraw il-kontenut tad-dokument, il-ksur tad-dritt fundamentali jista’ jibqa’ jseħħ anki wara li d-dokument innifsu jintradd lura jew jinqered. B’hekk anki l-interess ġuridiku jibqa’ jeżisti.


29 – Sentenzi tal-15 ta’ Mejju 1986, Johnston (222/84, Ġabra p. 1651, punti 18 u 19), Unión de Pequeños Agricultores vs Il-Kunsill iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, (punt 39); tat-13 ta’ Marzu 2007, Unibet (C‑432/05, Ġabra p. I‑2271, punt 37), u tat-3 ta’ Settembru 2008, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C‑402/05 P u C‑415/05 P, Ġabra p. I‑6351, punt 335).


30 – Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (“KEDB”, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950). Abbażi ta’ ġurisprudenza stabbilita, il-KEDB hija ta’ importanza partikolari sabiex jiġi ddeterminat l-istandard tad-drittijiet tal-bniedem li għandu jiġi osservat fi ħdan l-Unjoni Ewropea; ara, inter alia, is-sentenza tas-26 ta’ Ġunju 2007, Ordre des barreaux francophones et germanophone et (C‑305/05, Ġabra p. I‑5305, punt 29 u r-referenzi ċċitati); ara wkoll l-Artikolu 6(3) TUE.


31 – Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġiet ipproklamata solennement għall-ewwel darba fis-7 ta’ Diċembru 2000 f’Nice (ĠU C 364, p. 1), u sussegwentement fit-12 ta’ Diċembru 2007 fi Strasbourg (ĠU C 303, p. 1).


32 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-18 ta’ Mejju 1982, AM & S vs Il-Kummissjoni, “AM & S” (155/79, Ġabra p. 1575, b’mod partikolari l-punt 18). Ara wkoll il-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Léger fl-10 ta’ Lulju 2001 fil-kawża Wouters et (C‑309/99, Ġabra p. I‑1577, punt 182), kif ukoll dawk ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fl-14 ta’ Diċembru 2006 fil-kawża Ordre des barreaux francophones et germanophone et, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, (punt 39). Ara wkoll id-digriet tal-Qorti Ġenerali, tal-4 ta’ April 1990, Hilti vs Il-Kummissjoni (T‑30/89, Ġabra p. II‑163, punti 13 u 14).


33 – Dan huwa l-każ fir-Renju Unit u l-Irlanda, li għandhom sistema ġuridika “Common Law”.


34 – Fuq livell kostituzzjonali, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti hija prevista, b’mod partikolari, fil-Bulgarija [Artikolu 30(5) tal-Kostituzzjoni Bulgara] u fi Spanja [Artikolu 24(2) tal-Kostituzzjoni Spanjola]; dak id-dritt huwa bbażat ukoll fuq dispożizzjonijiet kostituzzjonali, inter alia fl-Italja, fil-Portugall u fir-Rumanija, u fl-Iżvezja fuq dispożizzjonijiet legali ta’ livell kostituzzjonali.


35 – Fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem normalment issir referenza biss għall-Artikolu 8 tal-KEDB; ara, pereżempju, is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Campbell vs Ir-Renju Unit tal-25 ta’ Marzu 1992, (rikors Nru 13590/88) serje “A”, Nru 233; Niemietz vs Il-Ġermanja tas-16 ta’ Diċembru 1992, (rikors Nru 13710/88) serje “A”, Nru 251-B; Foxley vs Ir-Renju Unit tal-20 ta’ Settembru 2000, (rikors Nru 33274/96); Smirnov vs Ir-Russja tas-7 ta’ Ġunju 2007, (rikors Nru 71362/01) Ġabra tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet 2007-VII, u André et vs Franza tal-24 ta’ Lulju 2008, (rikors Nru 18603/03) li ntgħażlet għall-pubblikazzjoni fil-Ġabra tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet. Madankollu, xi kultant issir referenza wkoll għall-konnessjoni mal-Artikolu 6 tal-KEDB (ara s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Niemietz vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37, u Foxley vs Ir-Renju Unit, iċċitata iktar ’il fuq, punt 50).


36 – Fiż-żmien meta ġew adottati d-deċiżjonijiet inkwistjoni tal-Kummissjoni, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kien għad ma għandhiex effetti ġuridiċi vinkolanti ekwivalenti għal dawk tad-dritt primarju. Madankollu diġà kienet tagħti, bħala sors ta’ interpretazzjoni tad-dritt, indikazzjonijiet dwar drittijiet fundamentali ggarantiti fis-sistema ġuridika tal-Unjoni [ara, inter alia, is-sentenzi tat-13 ta’ Marzu 2007, Unibet (C‑432/05, Ġabra p. I‑2271, punt 37)], u tas-27 ta’ Ġunju 2006, Il-Parlament vs Il-Kunsill [(C‑540/03, Ġabra p. I‑5769, punt 38); u l-punt 108 tal-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fit-8 ta’ Settembru 2005 fil-kawża ċċitata l-aħħar].


37 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, ( punti 20 u 23); fl-istess sens, ara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, André et vs Franza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, (punt 41).


38 – Fit-terminoloġija Ġermaniża l-avukat normalment huwa deskritt bħala “Organ der Rechtspflege” [organu tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja]. Madankollu, għall-finijiet ta’ din il-kawża, ma hemm ebda differenza sostanzjali fir-rigward tal-espressjoni “Mitgestalter der Rechtspflege” [kollaboratur fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja] użata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis- sentenza AM & S.


39 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punti 20, 23 u 24); ara, fl-istess sens, is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Niemietz vs Il-Ġermanja ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, (punt 37).


40 – Sentenza Ordre des barreaux francophones et germanophone et, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, (punt 32).


41 – Is-setgħat investigattivi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kontroll tal-konċentrazzjonijiet Ewropej fis-sens tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (“ir-Regolament KE dwar il-konċentrazzjonijiet”, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), huma analogi għal dawk tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, u kemxejn biss iktar limitati.


42 – Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32.


43 – Ir-referenza hija għall-punti 10 sa 43 tal-appell.


44 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punti 21 u 22).


45 – Huwa minnu li f’din il-kawża l-Kummissjoni tikkontesta l-konnessjoni mad-dritt tad-difiża; madankollu, hija tagħmel dan biss b’referenza għall-interess ġuridiku tar-rikorrenti; (dwar dan il-punt, ara iktar ’il fuq il-punti 33 sa 45 ta’ dawn il-konklużjonijiet).


46 – F’termini iktar wiesgħa, l-Irlanda tidher li trid testendi l-protezzjoni tal-kunfidenzjalità saħansitra għal dawk l-avukati tal-kumpanniji, li l-“indipendenza” tagħhom tkun iggarantita biss b’dispożizzjonijiet tal-liġi dwar ix-xogħol (punt 12 tan-nota ta’ intervent).


47 – Litteralment “avukat f’relazzjoni ta’ impjieg”, jew avukat impjegat.


48 – It-terminu “Cohen advocaat” jirreferi għall-figura tal-president ta’ kumitat ta’ esperti stabbilit matul il-ħidmiet ta’ tħejjija għar-riforma Olandiża tal-etika professjonali.


49 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punti 21 u 27).


50 – Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sir Gordon Slynn, ippreżentati fis-26 ta’ Jannar 1982 fil-kawża AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (p. 1655).


51 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punt 24).


52 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punti 21 u 27).


53 – Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-kawża Wouters et iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punt 181): “[L-indipendenza tal-avukat] timmanifesta ruħha anki fil-konfront tal-klijent, li ma jistax isir dak li jimpjega l-avukat tiegħu”.


54 – Punt 168 tas-sentenza appellata.


55 – Dan huwa l-hekk imsejjaħ professioneel statuut voor de advocaat in dienstbetrekking (kodiċi professjonali għall-avukati f’relazzjoni ta’ impjieg).


56 – Din id-diskussjoni oriġinat mill-opinjonijiet differenti tal-partijiet fil-kawża dwar is-“sistema tal-inċentivi” (“incentive structure”) għall-attivitajiet tal-avukati tal-kumpanniji u l-avukati esterni.


57 – Dan huwa pereżempju permess fil-Ġermanja. Anki fil-Pajjiżi l-Baxxi, skont l-informazzjoni pprovduta lill-Qorti tal-Ġustizzja matul is-seduta, l-advocaat in dienstbetrekking jista’ jaċċetta inkarigi esterni.


58 – L-affarijiet huma differenti biss fil-każ fejn l-avukat tal-kumpannija, minbarra l-attivitajiet tiegħu fid-dipartiment legali ta’ impriża jew ta’ grupp, ikun jaħdem ukoll għal klijenti esterni mhux relatati ma’ min jimpjegah. Il-komunikazzjonijiet tiegħu ma’ dawn il-klijenti esterni jibbenefikaw mill-protezzjoni tal-kunfidenzjalità inkwantu l-avukat tal-kumpannija huwa indipendenti fil-konfront tagħhom.


59 – Punti 44 sa 48 tar-rikors.


60 – Sentenzi tal-20 ta’ Ottubru 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C‑334/03, Ġabra p. I‑8911, punt 24), u tat-12 ta’ Settembru 2006, Eman u Sevinger (C‑300/04, Ġabra p. I‑8055, punt 57); f’sens analogu ara wkoll is-sentenzi tad-19 ta’ Ottubru 1977, Ruckdeschel et (117/76 u 16/77, Ġabra p. 1753), tat-12 ta’ Marzu 1987, Raiffeisen Hauptgenossenschaft (215/85, Ġabra p. 1279, punt 23), u tad-19 ta’ Novembru 1998, SFI (C‑85/97, Ġabra p. I‑7447, punt 30).


61 – Il-Protokoll Addizzjonali Nru 12 tal-KEDB nfetaħ għall-firem fl-4 ta’ Novembru 2000 f’Ruma, u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2005. S’issa mhux l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea ffirmawh, u huma ftit dawk li rratifikawh ukoll (Spanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Rumanija, Ċipru u l-Finlandja); ara f’dan ir-rigward l-istat tar-ratifiki ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-Kunsill tal-Ewropa fuq l-indirizz http://conventions.coe.int (ikkonsultat l-aħħar fil-21 ta’ Frar 2010). Dan il-livell baxx ta’ adeżjonijiet inaqqas ir-rilevanza tal-protokoll għall-finijiet tal-eżitu ta’ din il-kawża.


62 – Sentenzi tal-10 ta’ Jannar 2006, IATA u ELFAA (C‑344/04, Ġabra p. I‑403, punt 95); tat-3 ta’ Mejju 2007, Advocaten voor de Wereld (C‑303/05, Ġabra p. I‑3633, punt 56); tas-16 ta’ Diċembru 2008, Arcelor Atlantique u Lorraine et (“Arcelor”, C‑127/07, Ġabra p. I‑9895, punt 23), kif ukoll is-sentenza tas-7 ta’ Lulju 2009, S.P.C.M. et (C‑558/07, Ġabra p. I‑5783, punt 74).


63 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Arcelor iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 62, (punt 26).


64 – Ara iktar ’il fuq il-punti 48 u 49 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


65 – Ara l-kunsiderazzjonijiet dwar l-ewwel parti tal-ewwel aggravju, b’mod partikolari l-punti 61 sa 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


66 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punt 18).


67 – Ara għal darb’oħra dwar dan il-punt il-kunsiderazzjonijiet dwar l-ewwel parti tal-ewwel aggravju, b’mod partikolari l-punti 66 sa 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


68 – Bil-lingwa oriġinali: “[t]here is no uniform answer to the question of privilege of in-house lawyers in all Member States” (punt 52 tar-risposta tal-ECLA).


69 – Bil-lingwa oriġinali: “lack of uniform tendency at national level” (punt 52 tar-rikors ta’ Akzo u Akcros).


70 – Punt 170 moqri flimkien mal-punt 177 tas-sentenza appellata.


71 – Ara wkoll fl-istess sens l-Artikolu 220(1) KE kif ukoll l-Artikolu 164 tat-Trattat KEE.


72 – Ara, fir-rigward tar-revoka ta’ atti amministrativi iktar favorevoli, is-sentenza tat-12 ta’ Lulju 1957, Algera et vs Assemblea Komuni tal-KEFA, “Algera” (7/56 u 3/57 sa 7/57, Ġabra p. 85, u b’mod partikolari p. 118), u, fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni, is-sentenza tas-17 ta’ Diċembru 1970, Internationale Handelsgesellschaft (11/70, Ġabra p. 1125, punt 4).


73 – Ara, inter alia, is-sentenzi Internationale Handelsgesellschaft iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 72, (punt 4); tal-14 ta’ Mejju 1974, Nold vs Il-Kummissjoni (4/73, Ġabra p. 491, punt 13); tat-13 ta’ Diċembru 1979, Hauer (44/79, Ġabra p. 3727, punt 15); tal-21 ta’ Settembru 1989, Hoechst vs Il-Kummissjoni (46/87 u 227/88, Ġabra p. 2859, punt 13); tat-3 ta’ Mejju 2005, Berlusconi et (C-387/02, C‑391/02 u C-403/02, Ġabra p. I-3565, punti 68 u 69); Advocaten voor de Wereld iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 62, Ġabra p. I‑3633, (punt 45), u tad-19 ta’ Jannar 2010, Kücükdeveci (C‑555/07, Ġabra p. I‑365, punt 20).


74 – Ara s-sentenzi Algera iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 72, (p. 118); AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punti 18-21), u tad-9 ta’ Settembru 2008, FIAMM u FIAMM Technologies vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (“FIAMM”) (C‑120/06 P u C‑121/06 P, Ġabra p. I‑6513, punti 170, 171 u 176).


75 – Ara, f’dan is-sens, pereżempju s-sentenza Internationale Handelsgesellschaft iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 72, (punt 4), kif ukoll il-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Roemer fit-13 ta’ Lulju 1971 fil-Kawża Zuckerfabrik Schöppenstedt (5/71, Ġabra 1971, punt 975, p. 991) u tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fl-20 ta’ Frar 2008 fil-Kawżi FIAMM u FIAMM Technologies vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni ċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 74, (punti 55 u 56).


76 – Ara, fl-istess sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Roemer fil-kawża Zuckerfabrik Schöppenstedt vs Il-Kunsill iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 75,(p. 990) u tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawżi FIAMM u FIAMM Technologies vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 74,(punti 55 u 56).


77 – Sentenzi tat-22 ta’ Novembru 2005, Mangold (C‑144/04, Ġabra p. I‑9981, punt 75), u Kücükdeveci ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 73, (punt 21).


78 – Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età huwa previst, b’mod partikolari, fl-Artikolu 6 tal-Kostituzzjoni Finlandiża u – b’mod speċifiku fir-rigward tal-ħajja tax-xogħol – fl-Artikolu 59(1) tal-Kostituzzjoni Portugiża.


79 – Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79); ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Kücükdeveci ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 73, (punt 21).


80 – Ara, f’dan is-sens, issa espressament, is-sentenza Kücükdeveci ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 73,(punt 22).


81 – Huma fundamentali, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 1991, Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni (T‑7/89, Ġabra p. II‑1711, punt 54); tat-18 ta’ Diċembru 1992, Cimenteries CBR et vs Il-Kummissjoni (T‑10/92, T‑11/92, T‑12/92 u T‑15/92, Ġabra p. II‑2667, punt 38), u tal-1 ta’ April 1993, BPB Industries u British Gypsum vs Il-Kummissjoni (T‑65/89, Ġabra p. II‑389, punti 29 u 30). Din tal-aħħar ġiet ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ April 1995, BPB Industries u British Gypsum vs Il-Kummissjoni (C‑310/93 P, Ġabra p. I‑865).


82 – B’mod partikolari l-Kummissjoni, kif intqal matul is-seduta, abbażi ta’ dak li huwa previst fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 u fl-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, ma tistax tirrikorri għal miżuri ta’ infurzar diretti.


83 – Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, tal-Greċja, ta’ Franza, tal-Italja, ta’ Ċipru, tal-Lussemburgu, tal-Ungerija, tal-Awstrija, tar-Rumanija, tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka, tal-Finlandja u tal-Isvezja. B’referenza speċifika għall-pożizzjoni legali applikabbli f’Ċipru, ta’ min wieħed jinnota li l-practising advocates (avukati prattikanti), għalkemm huma awtorizzati li jkunu membri tal-board of directors ta’ impriża, ma jistgħux jaħdmu bħala employees (impjegati) ta’ tali impriża jew bħala l-managing directors tagħha.


84 – Id-dritt Ġermaniż, għalkemm jippermetti lill-avukati tal-kumpanniji li jkunu membri tal-Kamra tal-Avukati (“Syndikusanwälte”), ma jirrikonoxxix fil-konfront tagħhom il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità għall-komunikazzjoni interni fl-impriża ma’ min jimpjegahom. Min-naħa l-oħra, fil-Greċja l-avukati tal-kumpanniji, minkejja li ma jistgħux ikunu membri tal-Kamra tal-Avukati, taħt ċerti kundizzjonijiet jidhru li jgawdu minn protezzjoni tal-kunfidenzjalità relattivament estensiva.


85 – Ma’ dan il-grupp ta’ Stati jistgħu jiġu inklużi d-Danimarka, Spanja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta u r-Rumanija. Hemm ukoll nuqqas kbir ta’ ċarezza fir-rigward tal-pożizzjoni legali Belġjana. Minn naħa waħda, fil-fatt, fil-Belġju sa mill-2000 huma applikabbli dispożizzjonijiet speċifiċi għall-professjoni tal-juristes d’entreprise (avukati tal-kumpanniji), li l-membri tagħha huma suġġetti għal obbligi etiċi speċifiċi jekk ikunu membri tal-Institut des juristes d’entreprise (IJE – Kamra tal-Avukati tal-Kumpanniji). Iżda min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità applikabbli għall-juristes d’entreprise Belġjani – b’mod partikolari jekk jitqies il-fatt li l-Artikolu 5 tal-liġi tal-1 ta’ Marzu 2000 ma jirreferix għall-Artikolu 458 tal-Code pénal (kodiċi kriminali) Belġjan – jidher li hija inqas estensiva minn dik li minnha jgawdu l-avocats (avukati), u barra minn hekk ma tidhirx li hija attwalment rikonoxxuta mill-awtorità Belġjana tal-kompetizzjoni (Auditoriat du Conseil de la concurrence) fis-sens ta’ protezzjoni għall-komunikazzjonijiet interni f’impriża mal-avukati tal-kumpannija (ara, f’dan ir-rigward, P. Marchandise., u S. Sabbe, “Akzo ‘op zijn Belgisch’: de renaissance van het surrealisme?”, TBM-RCB 2009, p. 54; J. Cattaruzza, “Reactie IBJ op het gewijzigd standpunt van het Auditoriaat inzake vertrouwelijkheid adviezen bedrijfsjurist”, TBM-RCB 2008, p. 42); il-kwistjoni qed tistenna kjarifika mill-qrati Belġjani.


86 – Dan pereżempju jidher li huwa l-każ tal-Finlandja u tas-Slovenja. Anki fil-Belġju l-orjentament attwali tal-awtorità lokali tal-kompetizzjoni (ara iktar ’il fuq in-nota ta’ qiegħ il-paġna 85) finalment jista’ jiġi spjegat bħala allinjament mal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni, b’mod partikolari mas-sentenza hawn appellata tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi magħquda T‑125/03 u T‑253/03.


87 – Dan il-fenomenu jirrigwarda lir-Renju Unit u lill-Irlanda, iżda mhux lil Ċipru (ara iktar ’il fuq in-nota ta’ qiegħ il-paġna 83); jirriżulta li l-pożizzjoni legali applikabbli f’Malta ma hijiex wisq ċara. Għandu jingħad ukoll li f’xi pajjiżi terzi taż-żona Anglosassona, b’mod partikolari fl-Istati Uniti tal-Amerka, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità hija ugwalment estiża, skont ċerti kundizzjonijiet, għall-avukati tal-kumpanniji (hija fundamentali f’dan ir-rigward is-sentenza tal-US Supreme Court tat-13 ta’ Jannar 1981, Upjohn vs United States, 449 U.S. 383 [1981]; ara wkoll V. S. Walkowiak, “Attorney-client privilege in civil litigation”, American Bar Association, Illinois, 2008, p. 7). Iżda dan ma jidhirx li jikkorrispondi għal tendenza monolitika fiż-żona Anglosassona; b’hekk pereżempju il-Qorti Federali tal-Awstralja tidher li dan l-aħħar qed tiddubita dejjem iktar, minkejja rikonoxximent bażiku tal-“legal professional privilege for in‑house counsel”, l-indipendenza tal-avukati tal-kumpanniji [ara Federal Court of Australia, digrieti tat-12 ta’ Settembru 2007, Telstra vs Minister for Communications, Information Technology and the Arts (No 2) (2007) FCA 1445, u tat-13 ta’ Diċembru 2007, Rich v Harrington (2007) FCA 1987].


88 – Minbarra l-Pajjiżi l-Baxxi dawn huma b’mod partikolari l-Greċja, il-Portugall u l-Polonja. Fir-rigward tal-Polonja, ta’ min wieħed jinnota li d-dritt applikabli hemmhekk jirrikonoxxi l-professjoni speċifika ta’ radcowie prawni (konsulenti ġuridiċi), li l-membri tagħha huma suġġetti għal obbligi etiċi simili għal dawk tal-adwokaci (avukati); meta dawn ikunu impjegati ma’ impriża bħala avukati tal-kumpanniji, japplika fir-rigward tagħhom sigriet professjonali simili għal dak li japplika għall-avukati.


89 – Ara b’mod partikolari l-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja. Anki l-pożizzjoni legali fis-seħħ fil-Belġju tirriżulta minn liġi reċenti, iżda kif ġie aċċennat iktar ’il fuq, fil-preżent għadha ma hijiex ċara biżżejjed (ara iktar ’il fuq in-nota ta’ qiegħ il-paġna 85). Fi Franza qed issir diskussjoni dwar “réforme des professions du droit” (riforma tal-professjonijiet legali) (ara f’dan ir-rigward, inter alia, ir-rapport tal-hekk imsejħa KummissjoniDarrois, ippreżentat fit-8 ta’ April 2009 lill-President Franċiż), li sa fejn naf jien, madankollu, s’issa għadha ma sarrfitx f’emenda tal-pożizzjoni legali applikabbli fil-qasam tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità u lanqas f’abbozz ta’ liġi dwar din il-kwistjoni speċifika; l-abbozz ta’ liġi Nru 2383 ippreżentat f’Marzu 2010 dwar l-immodernizzar tal-professjonijiet legali (“projet de loi de modernisation des professions juduciaires et juridiques réglementées”) madankollu jirrigwarda biss xi aspetti parzjali oħrajn ta’ din ir-riforma u ma jirrigwardax il-prinċipju ta’ kunfidenzjalità.


90 – Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, ara l-att tal-Parlament A5‑0229/2001 finali (rapport Evans) bi proposta ta’ emenda Nru 10 tal-Artikolu 14(3) tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament, COM(2000) 582 finali; ir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, ara l-Att tal-Parlament A5‑0257/2003 finali (rapport Della Vedova) bi proposta ta’ emenda Nru 5 tal-premessa 34, u proposta ta’ emenda Nru 25 tal-Artikolu 13(1) tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament, COM(2002) 711 finali.


91 – Fil-każ tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-Parlament fit-totalità tiegħu ma laqax il-proposti għal emendi li saru mill-membri tiegħu stess. Fil-każ tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, il-proposti għal emendi, għalkemm ġew approvati mill-Parlament, ma ġewx inklużi mill-Kunsill fir-regolament.


92 – Bil-lingwa tal-kawża: “policy considerations”.


93 – Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tiffaċilita l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn nkisbet il-kwalifikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6 Vol. 3, p. 83).


94 – Ara, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiffaċilita l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jipprovdu servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52).


95 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punt 26).


96 – Artikolu 23(2) flimkien mal-Artikolu 2(1)(3)(b) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p. 15); fl-istess sens ara wkoll it-tieni parti tal-Artikolu 6(3) flimkien mal-Artikolu 2a(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1991, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 153), kif emendata mid-Direttiva 2001/97/KE (ĠU L 344, p. 76); ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Ordre des barreaux francophones et germanophone et, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30.


97 – Premessa 19 tad-Direttiva 2005/60.


98 – Il-FATF (Groupe d’action financière, GAFI) hija entità intergovernattiva, stabbilita fl-1989 f’Pariġi mill-Istati Membri ta’ dik li dak iż-żmien kienet il-“G 7”, li llum il-ġurnata għandha ħamsa u tletin membru, fosthom il-Kummissjoni Ewropea.


99 – L-indikazzjonijiet interpretattivi jinsabu fl-hekk imsejħa “40 Recommendations”, ippubblikati mill-FATF fl-2003 (li jistgħu jiġu kkonsultati fuq http://www.fatf-gafi.org , ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Frar 2010). Fil-punt (e) tal-glossarju li hemm fihom, employees (impjegati) huma esklużi mill-kunċett ta’ “Designated non-financial businesses and professions”.


100 – Dwar il-kwistjoni tal-indipendenza, ara barra minn hekk il-kunsiderazzjonijiet dwar l-ewwel aggravju, b’mod partikolari l-punti 61 sa 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


101 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punti 21 u 23); ara wkoll is-sentenza Ordre des barreaux francophones et germanophone et iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, (punti 32 u 35), fejn hija enfasizzata l-konnessjoni bejn il-kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet u (l-preparazzjoni ta’) proċeduri ġudizzjarji; ara wkoll il-kunsiderazzjonijiet tiegħi dwar l-ewwel aggravju (iktar ’il fuq, punt 54 ta’ dawn il-konklużjonijiet).


102 – Punt 172 (in fine) tas-sentenza appellata.


103 – Sentenzi tal-14 ta’ April 2005, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (C‑110/03, Ġabra p. I‑2801, punt 30); tat-12 ta’ Frar 2008, Kempter (C‑2/06, Ġabra p. I‑411, punt 37), u tal-10 ta’ Settembru 2009, Plantanol (C‑201/08, Ġabra p. I‑8343, punti 43 u 44).


104 – Sentenza tal-14 ta’ Jannar 2010, Stadt Papenburg (C‑226/08, Ġabra p. I‑131, punt 45); ara, fl-istess sens, is-sentenzi tal-15 ta’ Frar 1996, Duff et (C‑63/93, Ġabra p. I‑569, punt 20), u tas-7 ta’ Ġunju 2007, Britannia Alloys & Chemicals vs Il-Kummissjoni (C‑76/06 P, Ġabra p. I‑4405, punt 79).


105 – Sentenzi tal-21 ta’ Ġunju 2007, ROM-projecten (C‑158/06, Ġabra p. I‑5103, punt 25), u tal-10 ta’ Marzu 2009, Heinrich (C‑345/06, Ġabra p. I‑1659, punt 44).


106 – Sentenza AM & S (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32); ara, f’dan ir-rigward, il-kunsiderazzjonijiet tiegħi dwar l-ewwel aggravju (iktar ’il fuq, punti 52‑75 ta’ dawn il-konklużjonijiet).


107 – Ara wkoll il-premessa 5 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li tistabbilixxi li l-prova ta’ ksur tal-Artikoli 81(1) KE u 82 KE [li saru rispettivament l-Artikoli 101(1) TFUE u 102 TFUE] għandha tingħata skont “l-istandard legali meħtieġ” u mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali dwar il-grad ta’ intensità tal-provi.


108 – Ara, f’dan is-sens, l-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll is-sentenzi tat-12 ta’ Diċembru 2002, Rodríguez Caballero (C‑442/00, Ġabra p. I‑11915, punt 31); Mangold iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 77, (punt 75), u tat-23 ta’ Settembru 2008, Bartsch (C‑427/06, Ġabra p. I‑7245, punti 15 u 25).


109 – Minbarra dan, is-sempliċi invokazzjoni tad-drittijiet tad-difiża ma tistax twassal fi kwalunkwe każ għal armonizzazzjoni tal-pożizzjoni legali. Jekk issir bidla fil-ġurisprudenza AM & S, din toħloq differenza bejn il-pożizzjoni legali nazzjonali u dik tal-Unjoni, għall-maġġoranza tal-Istati Membri li d-dritt nazzjonali tagħhom ma jissuġġettax il-komunikazzjonijiet interni fi ħdan impriża jew grupp mal-avukati tal-kumpannija għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità.


110 – Dwar l-interpretazzjoni konformi mad-drittijiet fundamentali tal-atti tal-Unjoni, ara, pereżempju, is-sentenzi Ordre des barreaux francophones et germanophone et, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, (punt 28), u tad-19 ta’ Novembru 2009, Sturgeon et (C‑402/07 u C‑432/07, Ġabra p. I‑10923, punti 47 u 48). Ara, b’mod analogu, is-sentenza tal-10 ta’ Lulju 2008, Bertelsmann & Sony vs Impala (C-413/06 P, Ġabra p. I‑4951, punt 174).


111 – Huwa minnu li l-Unjoni, kif ġustament tirrileva l-Kummissjoni, ma hijiex marbuta direttament bl-Artikolu 6 tal-KEDB, peress li s’issa għadha ma ffirmatx dik il-Konvenzjoni. Madankollu, dik id-dispożizzjoni hija l-espressjoni ta’ prinċipji fundamentali tal-istat ta’ dritt, rikonoxxuti wkoll fid-dritt tal-Unjoni bħala prinċipji ġuridiċi ġenerali (ara, inter alia, is-sentenzi tas-17 ta’ Diċembru 1998, Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni (C‑185/95 P, Ġabra p. I‑8417, punt 21), u tas-7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P, Ġabra p. I‑123, punt 68). Barra minn hekk, is-sinjifikat u l-portata tad-drittijiet li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jikkorrispondu għal dawk iggarantiti fil-KEDB, huma ugwali għal dawk mogħtija fil-KEDB stess [l-ewwel sentenza tal-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali].


112 – Sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, André et vs Franza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, (punt 42 in fine); fil-bidu ta’ dik is-sentenza (punt 15) il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem saħansitra tiċċita, taħt it-titolu “5. Le droit communautaire” (“5. Id-dritt Komunitarju”), xi siltiet, inter alia, mis-sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punti 18-24).


113 – F’dan is-sens, pereżempju, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, waqt li testendi l-protezzjoni tal-Artikolu 8 tal-KEDB għal postijiet kummerċjali, tippreċiża madankollu fl-istess ħin li tali protezzjoni ma għandhiex neċessarjament tassumi l-istess intensità bħal fir-rigward ta’ postijiet privati (fis-sentenza Niemietz vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, punt 31, l-aħħar sentenza, huwa stipulat dan li ġej: “[the entitlement of Contracting States to interfere] might well be more far‑reaching where professional or business activities or premises were involved than would otherwise be the case”; ara, bl-istess mod, il-formula ta’ “to a certain degree” f’punt 29 tal-istess sentenza; ara wkoll is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Société Colas Est et vs Franza tas-16 ta’ April 2002, Ġabra tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet 2002-III, punti 41 u 49). Fl-istess sens, il-Bundesverfassungsgericht (Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża) fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħajja privata stabbilixxiet li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom aċċess għal kollox ħlief għall-“qalba tal-manifestazzjoni tal-ħajja privata” (digriet tal-14 ta’ Settembru 1989, f’BVerfGE 80, p. 367, b’definizzjoni kkwalifikata tal-protezzjoni tan-notamenti personali fi djarji fir-rigward ta’ sekwestru mill-awtoritajiet ġudizzjarji penali).


114 – Fil-Ġermanja, pereżempju, l-Artikolu 46(1) tar-Regolament Federali dwar il-professjoni legali jipprojbixxi lill-avukat tal-kumpannija milli jirrappreżenta, fil-kwalità tiegħu ta’ avukat, lil min jimpjegah quddiem qrati u tribunali ta’ arbitraġġ; l-avukat tal-kumpannija, b’hekk, jista’ jippatronċinja lil min jimpjegah biss quddiem qrati fejn ma jkunx previst l-obbligu ta’ avukat, u fejn ikun jista’ jidher kulħadd, inkluż persuna li ma tkunx avukat. Il-qrati tal-Unjoni japplikaw prassi simili: fir-rigward ta’ rikorsi, iffirmati mill-amministraturi tar-rikorrenti, li jkunu membri tal-Kamra tal-Avukati, ara d-digrieti tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 1999, Euro‑Lex/HABM (T‑79/99, Ġabra p. II‑3555, punti 28 u 29); tat-13 ta’ Jannar 2005, Sulvida vs Il-Kummissjoni (T‑184/04, Ġabra p. II‑85, punti 9 u 10), u tad-19 ta’ Novembru 2009, EREF vs Il-Kummissjoni (T-40/08, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 25 u 26), li madankollu huwa s-suġġett ta’ appell (C‑75/10 P, EREF vs Il-Kummissjoni); fir-rigward ta’ appell iffirmat mir-rikorrent stess, ara wkoll id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja 5 ta’ Diċembru 1996, Lopes vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (C‑174/96 P, Ġabra p. I‑6401, punt 11).


115 – Sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Meftah et vs Franza, 26 ta’ Lulju 2002, (Ġabra tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet 2002-VII, punti 45 sa 48 u l-ġurisprudenza ċċitata).


116 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punt 18).


117 – Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-kawża Wouters et iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punt 181).


118 – Ara l-kunsiderazzjonijiet tiegħi dwar l-ewwel parti tal-ewwel aggravju, b’mod partikolari l-punti 61 sa 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


119 – “[t]he mere possibility of abuse is outweighed by the need to respect the confidentiality attached to the lawyer-client relationship” (sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Campbell vs Ir-Renju Unit, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, punt 52 in fine).


120 – Ara dwar dan il-punt il-kunsiderazzjonijiet tiegħi dwar l-ewwel aggravju fil-punti 64 sa 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


121 – L-Irlanda tirreferi f’dan ir-rigward għall-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, waqt li l-ECLA tirreferi għall-Artikolu 1 tal-ewwel protokoll addizzjonali tal-KEDB.


122 – Sentenzi tat-23 ta’ Frar 1961, De Gezamenlijke Steenkolenmijnen in Limburg vs Awtorità Għolja (30/59, Ġabra p. 1, b’mod partikolari p. 41); tas-27 ta’ Novembru 2003, Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja (C‑185/00, Ġabra p. I‑14189, punt 91), u tas-26 ta’ Marzu 2009, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni u Eurocontrol (C‑113/07 P, Ġabra p. I‑2207, punt 54).


123 – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Marzu 1993, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (C‑155/91, Ġabra p. I‑939, punti 23 u 24); sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ April 2003, BaByliss vs Il-Kummissjoni (T‑114/02, Ġabra p. II‑1279, punt 417); ara wkoll, fl-istess sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Frar 2009, L-Irlanda vs Il-Parlament u l-Kunsill (C‑301/06, Ġabra p. I‑593, punt 34 flimkien mal-punt 57), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkunsidratx l-allegazzjoni dwar id-drittijiet fundamentali, li tqajmet mir-Repubblika Slovakka fil-kwalità ta’ intervenjenti.


124 – Ġurisprudenza stabbilita; ara, fost l-iktar reċenti, is-sentenzi tat-2 ta’ April 2009, France Télécom vs Il-Kummissjoni (C‑202/07 P, Ġabra p. I‑2369, punti 59 u 60); Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni (C‑97/08 P, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, punt 38), u tat-12 ta’ Novembru 2009, Carbone‑Lorraine vs Il-Kummissjoni (C‑554/08 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 32).


125 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (punti 18 sa 22, b’mod partikolari il-punt 21); ara wkoll, fl-istess sens, il-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Warner fl-20 ta’ Jannar 1981 f’dik il-kawża (p. 1630 u 1631). Ara wkoll il-ġurisprudenza stabbilita dwar l-interpretazzjoni awtonoma ta’ kunċetti tad-dritt tal-Komunità jew tal-Unjoni, pereżempju s-sentenzi tat-18 ta’ Jannar 1984, Ekro (327/82, Ġabra p. 107, punt 11); tat-18 ta’ Ottubru 2007, Österreichischer Rundfunk (C‑195/06, Ġabra p. I‑8817, punt 24), u tas-17 ta’ Lulju 2008, Kozlowski (C‑66/08, Ġabra p. I‑6041, punt 42).


126 – Sentenzi Internationale Handelsgesellschaft iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 72, (punt 3), u Hauer iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 73, (punt 14).


127 – Sentenza Hauer iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 73, (punt 14).


128 – Ara, f’dan is-sens, fir-rigward tal-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali tas-suq intern, is-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 1995, Bosman (C‑415/93, Ġabra p. I‑4921, punt 81).


129 – Ara wkoll il-parir tat-28 ta’ Marzu 1996, 2/94 (“adeżjoni mal-KEDB”) (Ġabra p. I‑1759, punti 23 u 24) u s-sentenza tat-23 ta’ Ottubru 2007, Il-Parlament vs Il-Kummissjoni (C‑403/05, Ġabra p. I‑9045, punt 49).


130 – Bl-istess mod, l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, applikabbli għall-każijiet futuri, għandhom bażi ġuridika fit-Trattati, b’mod partikolari fl-Artikolu 83 KE (li sar l-Artikolu 103 TFUE).


131 – Sentenza AM & S iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, (b’mod partikolari l-punti 18 u 22).


132 – Ara iktar ’il fuq il-punt 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


133 – Sentenzi tat-12 ta’ Lulju 1984, Klopp (107/83, Ġabra p. 2971, punt 17), u tad-19 ta’ Frar 2002, Wouters et (C‑309/99, Ġabra p. I‑1577, punt 99).


134 – Ara, inter alia, is-sentenzi tal-14 ta’ Frar 1995, Schumacker (C‑279/93, Ġabra p. I‑225, punt 21, dwar taxxi diretti); tat-23 ta’ Ottubru 2007, Morgan u Bucher (C‑11/06 u C‑12/06, Ġabra p. I‑9161, punt 24, dwar l-organizzazzjoni ta’ sistemi tal-edukazzjoni u d-determinazzjoni tal-kontenut tat-tagħlim), u tal-10 ta’ Marzu 2009, Hartlauer (C‑169/07, Ġabra p. I‑1721, punt 29, dwar l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ assistenza soċjali).


135 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Klopp (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 133, punti 17 u 18); ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro ppreżentati fl-1 ta’ Frar 2006 fil-Kawżi magħquda Cipolla et (C‑94/04 u C‑202/04, Ġabra p. I‑11421, punt 82).


136 – Ara fuq dan il-punt il-punti 133 u 134 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


137 – Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-31 ta’ Mejju 2001, D u L-Isvezja vs Il-Kunsill (C‑122/99 P u C‑125/99 P, Ġabra p. I‑4319, punt 65); f’dik il-kawża, għalkemm D u r-Renju tal-Isvezja ppreżentaw żewġ appelli separati, xorta waħda ġew ikkundannati biex ibatu l-ispejjeż in solidum.


138 – Ara, f’dan is-sens, pereżempju, is-sentenzi tas-26 ta’ Frar 2002, Il-Kunsill vs Boehringer (C‑23/00 P, Ġabra p. I‑1873, punt 56); tat-2 ta’ Ottubru 2003, International Power et vs NALOO (C‑172/01 P, C‑175/01 P, C‑176/01 P u C‑180/01 P, Ġabra p. I‑11421, punt 187), u tal-1 ta’ Ottubru 2009, Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware vs Il-Kunsill (C‑141/08 P, li Ġabra p. I‑9147, punt 118).