Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin (il-Finlandja) fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry vs Satamaoperaattorit ry

(Kawża C-610/17)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Työtuomioistuin (il-Finlandja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry

Konvenut: Satamaoperaattorit ry

Parti oħra: Kemi Shipping Oy

Domandi preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali fi ftehim kollettiv jew l-interpretazzjoni tagħha, skont liema impjegat, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol minħabba mard tibda matul il-leave annwali tiegħu jew matul parti minnu, ma jkollux dritt, minkejja t-talba tiegħu, jittrasferixxi l-ewwel sitt ijiem tal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol li jaqgħu fil-leave annwali, jekk dawn il-ġranet ta’ assenza minħabba mard ma jnaqqsux id-dritt tal-impjegat għal erba’ ġimgħat leave annwali?

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu effetti legali diretti f’relazzjoni ta’ xogħol bejn persuni privati, jiġifieri effett legali orizzontali dirett?

L-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipproteġi l-leave akkwistat, sa fejn it-tul ta’ żmien tal-leave jaqbeż il-leave annwali minimu ta’ erba’ ġimgħat previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva dwar il-ħin tax-xogħol, u din id-dispożizzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali fi ftehim kollettiv jew l-interpretazzjoni tagħha, skont liema impjegat, li l-inkapaċità tiegħu għax-xogħol minħabba mard tibda matul il-leave annwali tiegħu jew matul parti minnu, ma jkollux dritt, minkejja t-talba tiegħu, jittrasferixxi l-ewwel sitt ijiem tal-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol li jaqgħu fil-leave annwali, jekk dawn il-ġranet ta’ assenza minħabba mard ma jnaqqsux id-dritt tal-impjegat għal erba’ ġimgħat leave annwali?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.