Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Lulju 2017 – Andreas Fabri u Elisabeth Mathes vs Sun Express Deutschland GmbH

(Kawża C-418/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Andreas Fabri, Elisabeth Mathes

Konvenuta: Sun Express Deutschland GmbH

Domandi preliminari

Il-bidla f’riżervazzjoni permezz tat-trasferiment ta’ passiġġier lejn titjira differenti mit-titjira oriġinarjament prevista tikkostitwixxi każ li għalih japplika l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 261/2004 1 ?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Din id-dispożizzjoni tapplika għal bidla fir-riżervazzjoni li ma ġietx deċiża mit-trasportatur tal-ajru iżda mill-kumpannija li torganizza l-vjaġġ?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).