Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-12 ta’ Ottubru 2017 – Henri Pouvin, Marie Pouvin (née Dijoux) vs Electricité de France (EDF)

(Kawża C-590/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Henri Pouvin, Marie Pouvin (née Dijoux)

Konvenuta: Electricité de France (EDF)

Domandi preliminari

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, bħall-kumpannija EDF, meta tawtorizza lil impjegat self immobbiljari li jaqa’ taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-aċċess għall-akkomodazzjoni, li għaliha huma eliġibbli biss il-membri tal-persunal tal-kumpannija, taġixxi bħala bejjiegħ jew fornitur?

L-Artikolu 2 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, bħall-kumpannija EDF, meta tawtorizza tali self immobbiljari lill-konjuġi ta’ impjegat, li ma hijiex membru tal-persunal ta’ din il-kumpannija, iżda kodebitriċi in solidum, taġixxi bħala bejjiegħ jew fornitur?

L-Artikolu 2 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li impjegat ta’ kumpannija, bħall-kumpannija EDF, li jikkonkludi kuntratt magħha għal tali self immobbiljari, jaġixxi bħala konsumatur?

L-Artikolu 2 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konjuġi ta’ dan l-impjegat, li tissottoskrivi għall-istess self, mhux fil-kwalità ta’ impjegat tal-kumpannija iżda ta’ kodebitriċi in solidum, taġixxi bħala konsumatur?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.