Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-11 ta' Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État - Franza) - Centre d'exportation du livre français (CELF), li jinsab taħt proċeduri ta' likwidazzjoni, Ministre de la Culture et de la Communication vs Société internationale de diffusion et d'édition

(Kawża C-1/09) 1

(Għajnuna mill-Istat - Artikolu 88(3) KE - Għajnuna illegali ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Qrati nazzjonali - Talba għall-irkupru tal-għajnuna implementata illegalment - Sospensjoni tal-proċeduri sal-adozzjoni ta' deċiżjoni ġdida mill-Kummissjoni - Ċirkustanzi eċċezzjonali li jistgħu jillimitaw l-obbligu ta' rifużjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Consil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Centre d'exportation du livre français (CELF), li jinsab taħt proċeduri ta' likwidazzjoni, Ministre de la Culture et de la Communication

Konvenuta: Société internationale de diffusion et d'édition

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Conseil d'État (Franza) - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għall-esportazzjoni fis-settur tal-kotba - Obbligu ta' rifużjoni ta' għajnuna implementata illegalment - Possibbiltà li r-rifużjoni tal-ammont tal-għajnuna tiġi sospiża sakemm tingħata deċiżjoni definittiva mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbilità tal-għajnuna mat-Trattat? - Ammissibbiltà tal-limitazzjoni tal-obbligu ta' rkupru tal-għajnuna, iġġustifikata minn ċirkustanza eċċezzjonali?

Dispożittiv

Qorti nazzjonali, adita abbażi tal-Artikolu 88(3) KE b'talba intiża għar-rifużjoni ta' għajnuna mill-Istat illegali, ma tistax tissospendi l-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha dwar din it-talba sa meta l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni wara l-annullament ta' deċiżjoni pożittiva preċedenti.

L-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ta' tliet deċiżjonijiet suċċessivi li jiddikjaraw għajnuna kompatibbli mas-suq komuni, deċiżjonijiet li sussegwentement ġew annullati mill-qorti Komunitarja, ma tistax, fiha nfisha, tikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali ta' natura li tiġġustifika limitazzjoni tal-obbligu tal-benefiċjarju li jħallas lura din l-għajnuna meta din l-għajnuna tkun ġiet implementata bi ksur tal-Artikolu 88(3) KE.

____________

1 - ĠU C 69, 21.03.2009