Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (Ireland) (l-Irlanda) fit-18 ta’ Mejju 2018 – Minister for Justice and Equality vs R O

(Kawża C-327/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (Ireland)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister for Justice and Equality

Konvenut: R O

Domandi preliminari

Fid-dawl:

tal-fatt li r-Renju Unit ta notifika taħt l-Artikolu 50 TUE;

tal-inċertezzi rigward l-arranġamenti li ser isiru bejn l-Unjoni u r-Renju Unit sabiex jiġu rregolati r-relazzjonijiet tagħhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit; u

tal-inċertezzi li jirriżultaw minn dan dwar sa liema punt il-konvenut jista’, fil-prattika, igawdi mid-drittijiet mogħtija mit-Trattati, mill-Karta jew minn kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti fil-każ li huwa jiġi kkonsenjat lill-awtoritajiet tar-Renju Unit u jinżamm il-ħabs wara l-ħruġ tar-Renju Unit;

Stat mitlub huwa meħtieġ li jirrifjuta, skont id-dritt tal-Unjoni, il-konsenja lir-Renju Unit ta’ persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li l-konsenja tagħha huwa, madankollu, obbligatorja skont id-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru:

f’kull każ?

f’ċerti każijiet, skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ?

f’ebda każ?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija dik imsemmija fil-punt (ii), liema huma l-kriterji u l-elementi li għandhom jiġu evalwati minn qorti fl-Istat mitlub sabiex tiddeċiedi jekk il-konsenja hijiex projbita?

Fil-kuntest tat-tieni domanda, il-qorti tal-Istat mitlub hija meħtieġa tiddifferixxi d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew sabiex tistenna iktar preċiżjonijiet dwar is-sistema ġuridika rilevanti li għandha tiġi implementata wara li l-Istat rikjedenti joħroġ mill-Unjoni:

f’kull każ?

f’ċerti każijiet, skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ?

(iii)    f’ebda każ?

Jekk ir-risposta għat-tielet domanda hija dik imsemmija fil-punt (ii), liema huma l-kriterji jew l-elementi li għandhom jiġu evalwati minn qorti fl-Istat mitlub sabiex tiddeċiedi jekk huwiex obbligatorju li tiddifferixxi d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew?

____________