Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fis-17 ta’ Jannar 2018 – Verein für Konsumenteninformation vs Deutsche Bahn AG

(Kawża C-28/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Obersten Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verein für Konsumenteninformation

Konvenuta: Deutsche Bahn AG

Domanda preliminari

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament SEPA”) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-benefiċjarju huwa pprojbit milli jissuġġetta l-aċċettazzjoni ta’ pagamenti permezz ta’ debitu dirett SEPA għall-kundizzjoni li l-persuna li tħallas ikollha d-domċilju tagħha fl-Istat Membru li fih l-benefiċjarju għandu wkoll ir-residenza jew id-domiċilju tiegħu, meta mezzi oħra ta’ pagament, bħal pereżempju permezz ta’ karta ta’ kreditu, ikunu aċċettati wkoll?

____________

1 ĠU 2012, L 94, p. 22.