Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fl-1 ta’ Frar 2018 – Vitali SpA vs Autostrade per l’Italia SpA

(Kawża C-63/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vitali SpA

Konvenuta: Autostrade per l’Italia SpA

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, previsti fl-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Artikolu 71 tad-Direttiva 2014/24 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 1 , li ma jipprevedix limitazzjonijiet kwantitattivi għas-subappalt, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità rrikonoxxut mid-dritt Ewropew, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kuntratti pubbliċi, bħal dik Taljana prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 105(2) tad-decreto legislativo 18 aprile 2016, n. 50 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 50 tat-18 ta’ April 2016), li tipprovdi li s-subappalt ma jistax jaqbeż il-kwota ta’ 30 % tal-ammont totali tal-kuntratt għal xogħlijiet, għal servizzi jew għal provvisti?

____________

1     Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65).