Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Mejju 2008 - Bernard vs Europol

(Kawża F-54/08)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Marjorie Bernard (La Haye, L-Olanda) (rappreżentanti: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni ta' l-Europol li ma jtawwal il-kuntratt tar-rikorrenti għal perijodu minimu ta' 9 xhur biss.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta' Lulju 2007 li ġġedded il-kuntratt tar-rikorrenti sa l-1 ta' Ġunju 2008 biss, kif ukoll id-deċiżjoni fuq l-ilment tad-29 ta' Frar 2008;

tikkundanna lil Europol għall-ispejjeż.

____________