Language of document : ECLI:EU:C:2012:355





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2012 — United Technologies vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑493/11 P)

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni tal-liftijiet u tal-eskalejters — Multi — Kumpannija parent u sussidjarji — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 37, 38)

2.                     Appell — Aggravji — Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja — Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 36 u 53) (ara l-punti 42-44, 48)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 — General Technic-Otis et vs Il‑Kummissjoni (Kawżi magħquda T‑141/07, T‑142/07, T‑145/07 u T‑146/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E‑1/38.823 — PO/Liftijiet u Eskalejters), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni tal-liftijiet u tal-eskalejters fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-rigward tal-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal-prezzijiet, l-għoti tal-proġetti u tal-kuntratti relatati magħhom u l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

United Technologies Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.