Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London (ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Frar 2017 – Secretary of State for the Home Department vs Rozanne Banger

(Kawża C-89/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for the Home Department

Konvenuta: Rozanne Banger

Domandi preliminari

Il-prinċipji li jinsabu [fis-sentenza tas-7 ta’ Lulju 1992, Singh, C-370/90, EU:C:1992:296] għandhom l-effett li jeżiġu li Stat Membru joħroġ jew, alternattivament, li jiffaċilita l-ħruġ ta’ permess ta’ residenza lis-sieħeb mhux miżżewweġ u mhux ċittadin tal-Unjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni li, wara li jkun eżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu skont it-Trattat sabiex jaħdem fi Stat Membru ieħor, jirritorna ma’ tali sieħeb lejn l-Istat Membru li għandu n-nazzjonalità tiegħu?

Alternattivament, hemm rekwiżit li jinħareġ jew, alternattivament, li jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta’ tali permess ta’ residenza abbażi tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (iktar ’il quddiem “id-Direttiva dwar iċ-Ċittadini”)?

Fejn deċiżjoni li jiġi rrifjutat permess ta’ residenza ma tkunx ibbażata fuq evalwazzjoni estensiva taċ-ċirkustanzi personali tar-rikorrent u ma tkunx iġġustifikata minn raġunijiet xierqa jew suffiċjenti, tali deċiżjoni tkun illegali għaliex tikser l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva taċ-Ċittadini?

Regola ta’ dritt nazzjonali li tipprekludi li jsir appell quddiem qorti jew tribunal kontra deċiżjoni tal-poter eżekuttiv li tirrifjuta l-ħruġ ta’ karta ta’ residenza lil persuna li ssostni li hija membru tal-familja estiża, hija kompatibbli mad-Direttiva?

____________

1 Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE

(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46)