Language of document :

Sentenza tal‒Qorti tal-Ġustizzja (It‒Tmien Awla) tad‒19 ta’ Ottubru 2017 – Oleksandr Viktorovych Yanukovych vs Il‒Kunsill tal‒Unjoni Ewropea, Il‒Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-599/16 P) 1

(Appell – Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (rappreżentant: T. Beazley QC)

Partijet oħra fil-proċedura: Il‒Kunsill tal‒Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič Bruni u M. J.-P. Hix, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Bartelt u J. Norris-Usher, sussegwentement E. Paasivirta u Norris-Usher, aġenti)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

    Oleksandr Viktorovych Yanukovych huwa kkundannat li jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 30, 30.1.2017.