Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Settembru 2017 – Claudia Wegener vs Royal Air Maroc SA

(Kawża C-537/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Claudia Wegener

Konvenuta: Royal Air Maroc SA

Domanda preliminari

Ikun hemm titjira fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, meta l-operazzjoni ta’ trasport ta’ trasportatur tal-ajru tkun tinkludi interruzzjonijiet ippjanati (waqfiet) barra mit-territorju tal-[Unjoni] Ewropea bi bdil tal-ajruplan?

____________

1     Regolament (KE) Nru°261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).