Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2010 - Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-18/10 R II)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Regolament (KE) Nru 1007/2009 - Kummerċ tal-prodotti li joriġinaw mill-foki - Projbizzjoni ta' importazzjoni u ta' bejgħ - Eċċezzjoni favur il-komunitajiet Inuit - Talba oħra għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fatti ġodda - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inuit Tapiriit Kanatami (Ottawa, il-Kanada); Nativak Hunters and Trappers Association (Qikiqtarjuaq, il-Kanada); Pangnirtung Hunters' and Trappers' Association (Pangnirtung, il-Kanada); Jaypootie Moesesie (Qikiqtarjuaq); Allen Kooneeliusie (Qikiqtarjuaq); Toomasie Newkingnak (Qikiqtarjuaq); David Kuptana (Ulukhaktok, il-Kanada); Karliin Aariak (Iqaluit, il-Kanada); Canadian Seal Marketing Group (Québec, il-Kanada); Ta Ma Su Seal Products (Cap-aux-Meules, il-Kanada); Fur Institute of Canada (Ottawa); NuTan Furs, Inc. (Catalina, il-Kanada); GC Rieber Skinn AS (Bergen, in-Norveġja); Inuit Circumpolar Conference Greenland (ICC) (Nuuk, il-Groenlandja, id-Danimarka); Johannes Egede (Nuuk); Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK) (Nuuk) (rappreżentanti: J. Bouckaert u H. Viaene, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Anagnostopoulou u L. Visaggio, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (É. White, P. Oliver u K. Mifsud-Bonnici, aġenti); u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (C. Wissels, Y. de Vries, J. Langer u M. Noort, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Settembru 2009, dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, p. 36).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

Id-digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali, tad-19 ta' Awwissu 2010, Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill (T-18/10, mhux ippubblikat fil-Ġabra), huwa mħassar.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________