Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012 – Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-122/10) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjoni – Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba għal skema ta’ pensjoni nazzjonali – Irtirar ta’ proposta ta’ trasferiment – Att li ma pprovdiex drittijiet suġġettivi jew vantaġġi oħra simili)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Cocchi (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) u Nicola Falcione (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi rtirata proposta dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti, li diġà ġiet aċċettata minnhom.DispożittivId-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 u tat-23 ta’ Frar 2010 huma annullati inkwantu rtiraw il-proposti, magħmula lil G. Cocchi u lil N. Falcione, filwaqt li indikaw ir-riżultat, fi snin ta’ servizz, ta’ pensjoni addizzjonali li eventwali trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom ser jiġġenera.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati terz mill-ispejjeż sostnuti minn G. Cocchi u N. Falcione.G. Cocchi u N. Falcione għandhom ibatu żewġ terzi mill-ispejjeż tagħhom.