Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir‒Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit‒28 ta’ Settembru 2017 – Openbaar Ministerie vs Daniel Adam Popławski

(Kawża C-573/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Daniel Adam Popławski

Domandi preliminari

Jekk l-awtorità ġudizzjarja ta’ implementazzjoni ma tistax tinterpreta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implementazzjoni ta’ deċiżjoni qafas b’tali mod li l-applikazzjoni tagħhom twassal għal riżultat konformi mad-deċiżjoni qafas, hija obbligata, skont il-prinċipju ta’ supremazija, li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija deċiżjoni qafas ?

Id-dikjarazzjoni ta’ Stat Membru prevista fl-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 1 , għandha tkun valida jekk din ma tkunx ġiet ippreżentata “fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas”, iżda biss f’data ulterjuri?

____________

1     Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2008, L 327, p. 27).