Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-25 ta’ Mejju 2016 – A Oy vs Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

(Kawża C-292/16)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A Oy

Konvenut: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domandi preliminari

1.    L-Artikolu 49 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik Finlandiża li tipprovdi li jekk kumpannija nazzjonali tittrasferixxi, b’titolu ta’ trasferiment tal-attiv, stabbiliment stabbli li jinsab fi Stat Membru ieħor lil kumpannija stabbilita hemm, u inkambju tirċievi azzjonijiet ġodda tagħha, it-trasferiment tal-attiv ikun taxxabbli immedjatament, mis-sena tat-trasferiment, filwaqt li, f’sitwazzjoni nazzjonali ekwivalenti, dan ikun taxxabbli biss fil-mument li dan jiġi rrealizzat?

2.    Jista’ jitqies li jkun jemm diskriminazzjoni indiretta jew diretta jekk il-Finlandja tipproċedi immedjatament bl-impożizzjoni tat-taxxa mis-sena li fiha jkun sar it-trasferiment tal-attiv, qabel ma jkun ġie rrealizzat id-dħul, meta, f’sitwazzjoni nazzjonali, l-impożizzjoni tat-taxxa hija posposta għall-mument meta dan id-dħul jiġi rrealizzat?

3.    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domandi 1 u 2, din ir-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment tista’ tiġi ġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, jew mill-protezzjoni tal-kompetenza fiskali nazzjonali? Ir-restrizzjoni pprojbita hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità?

____________