Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (il-Belġju) fl-24 ta’ Jannar 2018 – Compagnie d’entreprises CFE SA vs Région de Bruxelles-Capitale

(Kawża C-43/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compagnie d’entreprises CFE SA

Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale

Domandi preliminari

Id-deċiżjoni li permezz tagħha korp ta’ Stat Membru jistabbilixxi żona speċjali ta’ konservazzjoni, skont id-Direttiva [tal-Kunsill] 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa 1 , li tinkludi għanijiet ta’ konservazzjoni u miżuri preventivi ġenerali ta’ valur leġiżlattiv, tikkostitwixxi pjan jew programm fis-sens tad-Direttiva 2001/42/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001] dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent 2 ?

B’mod iktar partikolari, tali deċiżjoni hija koperta mill-Artikolu 3(4), bħala pjan jew programm li jiddefinixxi l-qafas li fih l-implementazzjoni tal-proġetti tista’ tiġi awtorizzata fil-futur, b’tali mod li l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk jistax ikollha effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent skont il-paragrafu 5?

L-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti [pjanijiet u programmi] fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-istess deċiżjoni hija eskluża mill-applikazzjoni tal-Artikolu 3(4) tagħha?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

2 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157.