Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Marzu 2018 – Minister for Justice and Equality vs LM

(Kawża C-216/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister for Justice and Equality

Konvenut: LM

Domandi preliminari

Minkejja l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Aranyosi u Căldăraru, fejn qorti nazzjonali tiddetermina li hemm prova konvinċenti li l-kundizzjonijiet fl-Istat Membru emittenti huma inkompatibbli mad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq minħabba li s-sistema ġudizzjarja nnifisha fl-Istat Membru emittenti ma għadhiex topera taħt l-istat tad-dritt, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha twettaq evalwazzjoni ulterjuri, b’mod speċifiku u preċiż, fir-rigward tat-tqegħid tal-individwu kkonċernat għar-riskju ta’ proċess inġust meta s-smigħ tal-kawża tiegħu se jseħħ fi ħdan sistema li ma għadhiex topera fl-istat tad-dritt?

Jekk il-kriterju li għandu jiġi applikat jeħtieġ evalwazzjoni speċifika tar-riskju reali tal-persuna rikjesta ta’ ċaħda flagranti tal-ġustizzja u fejn il-qorti nazzjonali kkonkludiet li hemm ksur sistemiku tal-istat tad-dritt, il-qorti nazzjonali, bħala l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, hija obbligata li tirreferi lura għall-awtorità ġudizzjarja emittenti għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri meħtieġa li tista’ tippermetti lill-qorti nazzjonali li teskludi l-eżistenza tar-riskju ta’ proċess inġust u, jekk iva, liema garanziji għal smigħ xieraq għandhom ikunu meħtieġa?

____________