Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2017 – Nausicaa Anadyomène u Banque d’escompte vs BĊE

(Kawża T-749/15) 1

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – BĊE – Banek ċentrali nazzjonali – Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg – Programm ta’ xiri ta’ titoli – Ftehim ta’ skambju ta’ titoli favur il-banek ċentrali tal-Eurosistema biss – Involviment tas-settur privat – Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva – Tisħiħ tal-kollateral fil-forma ta’ programm ta’ xiri mill-ġdid intiż sabiex tissaħħaħ il-kwalità tat-titoli bħala garanziji – Kredituri privati – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nausicaa Anadyomène SAS (Pariġi, Franza) u Banque d’escompte (Pariġi) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: O. Heinz, G. Varhelyi u F. von Lindeiner, aġenti, assistiti minn H. G. Kamann, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostnew wara, b’mod partikolari, l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2012/153/UE, tal-5 ta’ Marzu 2012, dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (ĠU 2012, L 77, p. 19), kif ukoll miżuri oħra tal-BĊE marbuta mar-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nausicaa Anadyomène SAS u l-Banque d’escompte huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 68, 22.2.2016.