Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Ġunju 2016 – MP vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-353/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MP

Konvenut: Secretary of State for the Home Department

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(e), moqri flimkien mal-Artikolu 15(b), tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE 1 ikopri riskju veru ta’ periklu serju għas-saħħa fiżika jew psikoloġika tal-applikant jekk jintbagħat lura lejn il-pajjiż tal-oriġini, li jirriżulta minn tortura jew trattament inuman jew degradanti preċedenti li għalih il-pajjiż tal-oriġini kien responsabbli?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96