Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Jannar 2018 – István Bán vs KP 2000 Kft., Edit Kovács

(Kawża C-24/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: István Bán

Konvenuti: KP 2000 Kft., Edit Kovács

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li ttemm ex lege – mingħajr ebda kumpens ekonomiku – id-drittijiet ta’ użu mogħtija fuq artijiet użati għal finijiet agrikoli jew forestali, meta l-proprjetarju l-ġdid jikseb, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata, il-proprjetà immobbli suġġetta għad-dritt ta’ użu u l-utent tal-art ma jkunx kiseb, fir-rigward tal-istess art, għajnuna għall-iżvilupp agrikolu u rurali ffinanzjata mill-Unjoni Ewropea jew mill-Ungerija u suġġetta għall-obbligu li l-art tintuża għal perijodu ta’ żmien stabbilit permezz ta’ liġi, toħloq restrizzjoni li tmur kontra l-Artikoli 49 TFUE u 63 TFUE?

____________