Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 – Vivendi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-432/10) 1

(“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq Franċiż tal-broadband u tal-abbonament telefoniku – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment – Nuqqas ta’ interess Komunitarju – Importanza tal-ksur allegat għall-funzjonament tas-suq intern – Probabbiltà li tkun tista’ tiġi stabbilita l-eżistenza tal-ksur allegat”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vivendi (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Struys, O. Fréget u J.-Y. Ollier, sussegwentement minn M. Struys, O. Fréget u L. Eskenazi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u N. von Lingen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Orange, li kienet France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Hautbourg, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4730, tat-2 ta’ Lulju 2010, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra France Télécom għal allegat abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-suq Franċiż tal-broadband u tal-abbonament telefoniku (Każ COMP/C-1/39.653 – Vivendi & Iliad vs France Télécom).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Vivendi għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sosntuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Orange għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 317, 20.11.2010.