Language of document : ECLI:EU:C:2007:405

SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)

5 ta’ Lulju 2007(*)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Moviment liberu tal-persuni – Moviment liberu tal-ħaddiema – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Libertà ta’ stabbiliment – Moviment liberu tal-kapital – Artikoli 28, 31, 36 u 40 tal-Ftehim li jistabbilixxi ż-Żona Ekonomika Ewropea – Direttiva 2002/83/KE – Leġiżlazzjoni fiskali li tipprovdi għal trattament inqas favorevoli tal-kontribuzzjonijiet għal skemi ta’ rtirar mix-xogħol imħallsa lil impriżi ta’ assigurazzjoni stabbiliti f’pajjiż barrani – Tassazzjoni fil-Belġju fuq il-kapital u l-valuri ta’ tisrif imħallsa lill-benefiċjarji, li jkunu ttrasferixxew ir-residenza tagħhom f’pajjiż barrani – Konvenzjoni għall-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja – Rappreżentant responsabbli”

Fil-kawża C-522/04,

li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 226KE, imressaq fit-23 ta’ Diċembru 2004,

Il-Kummissjoni tal-Komunitàjiet Ewropej, irrappreżentata minn R. Lyal u D. Triantafyllou, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

rikorrenti

vs

Ir-Renju tal-Belġju, irrappreżentat minn E. Dominkovits u M. Wimmer, bħala aġenti,

konvenut

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),

komposta minn C. W. A. Timmermans, President ta’ l-Awla, P. Kūris (Relatur), J. Klučka, R. Silva de Lapuerta u L. Bay Larsen, Imħallfin,

Avukat Ġenerali: C. Stix-Hackl,

Reġistratur: R. Grass,

wara li rat il-proċedura bil-miktub

wara li semgħet il-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-3 ta’ Ottubru 2006,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1        Bir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitàjiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li:

–        billi ssuġġetta t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet mingħand min iħaddem ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja, għall-kundizzjoni, prevista fl-Artikolu 59 tal-Kodiċi tat-taxxi fuq id-dħul ta’ l-1992 awtorizzata bid-Digriet Irjali ta’ l-10 ta’ April 1992 (Moniteur belge tat-30 ta’ Lulju 1992, p. 17120), kif emendat bil-liġi tat-28 ta’ April 2003, dwar il-pensjonijiet supplementari u s-sistema fiskali tagħhom u ċerti vantaġġi supplementari fir-rigward tas-sigurtà soċjali ( (Moniteur belge tal-15 ta’ Mejju 2003, p. 26407, u rettifiki, Moniteur belge tas-26 ta’ Mejju 2003, p. 28892, iktar ’il quddiem iċ-“CIR 1992”), li dawn il-kontribuzzjonijiet jitħallsu lil impriża ta’ assigurazzjoni jew lil fond ta’ previdenza stabbilit fil-Belġju;

–        billi ssuġġetta t-tnaqqis tat-taxxa fuq tfaddil għal żmien twil mogħtija skond l-Artikoli 145/1 u 145/3 taċ-CIR 1992 għall-kontribuzzjonijiet personali ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja bl-intervent ta’ min iħaddem permezz ta’ tnaqqis fuq il-ħlas, għall-kundizzjoni li dawn il-kontribuzzjonijiet jitħallsu lil impriża ta’ assigurazzjoni jew lil fond ta’ previdenza stabbilit fil-Belġju;

–        billi ppreveda, fl-Artikolu 364(a) taċ-CIR 1992 li, fejn il-kapital, valuri ta’ tisrif mill-ġdid u t-tfaddil previsti fl-Artikolu 34 ta’ l-istess kodiċi jitħallsu jew ikunu attribwibbli lil persuna taxxabbli li kienet minn qabel ittrasferixxiet id-domiċilju jew l-istabbiliment fiss tal-beni tagħha f’pajjiż barrani, il-pagament jew l-attribuzzjoni jitqies li jkun seħħ ġurnata qabel dan it-trasferiment, u jiġu assimilati ma’ attribuzzjoni, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-imsemmi Artikolu 364(a) kull trasferiment previst fl-Artikolu 34(2) u (3), ta’ l-istess kodiċi, b’mod li kull assiguratur għandu l-obbligu li jnaqqas ħlas bil-quddiem għal servizzi professjonali, skond l-Artikolu 270 ta’ l-imsemmi kodiċi, fuq il-kapital u l-valuri ta’ tisrif imħallsa lil non resident li kien, fi kwalunkwe ħin, resident fiskali Belġjan safejn dawn ta’ l-aħħar ġew ikkostitwiti, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, waqt il-perijodu li fih il-persuna kkonċernata kienet resident fiskali Belġjana, anki jekk il-ftehim fiskali bilaterali konklużi mir-Renju tal-Belġju jagħtu d-dritt ta’ impożizzjoni ta’ tali dħul lil Stat kontraenti ieħor;

–        billi ssuġġetta, skond l-Artikolu 364(c) taċ-CIR 1992, xi trasferimenti ta’ kapital, jew tal-valuri ta’ tisrif li jikkostitwixxu l-mezz ta’ kontribuzzjonijiet mingħand min iħaddem jew ta’ kontribuzzjonijiet personali ta’ rtirar supplementari, operati mill-fondi tal-pensjoni jew il-korp ta’ assigurazzjoni li fihom ġew stabbiliti, favur il-benefiċjarju jew is-suċċessuri tiegħu fit-titlu lil fond ieħor ta’ pensjoni jew korp ta’ l-assigurazzjoni ieħor stabbilit barra mill-Belġju, filwaqt li tali trasferiment ma jikkostitwixxix operazzjoni taxxabbli jekk il-kapital jew il-valuri ta’ tisrif jiġu ttrasferiti lil fond ieħor ta’ pensjoni jew ta’ korp ieħor ta’ assigurazzjoni stabbilit fil-Belġju;

–        billi rrikjeda, fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 224(2)(a) tar-regolament ġenerali dwar taxxi assimilati mat-taxxa tal-boll tad-Digriet Irjali tat-3 ta’ Marzu 1927, (Moniteur belge tas-6 ta’ Marzu 1927, p. 921), kif emendat mid-Digriet Irjali tat-30 ta’ Luju 1994 (Moniteur belge ta’ l-1 ta’ Settembru 1994, p. 22260, iktar ’il quddiem ir-“Regolament ġenerali”) mill-assigurazzjonijiet barranin li m’għandhomx fil-Belġju stabbiliment ta’ operazzjoni, li jiksbu approvazzjoni, qabel ma joffru s-servizzi tagħhom fil-Belġju, ta’ rappreżentant responsabbli residenti, li jorbot ruħu bil-miktub, lejn l-Istat Belġjan, għall-ħlas tat-taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni, ta’ l-interessi u multi, li jistgħu jkunu dovuti fir-rigward tal-kuntratti dwar ir-riskji fil-Belġju,

ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond l-Artikoli 18 KE, 39 KE, 43 KE, 49 KE u 56 KE, l-Artikoli 28, 31, 36 u 40 tal-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 (ĠU L 1, 1994, p. 3, iktar ’il quddiem il-“Ftehim ŻEE”) kif ukoll l-Artikoli 4 u 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE ta’ l-10 ta’ Novembru 1992, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 79/267 u 90/619 (it-Tielet Direttiva dwar assigurazzjoni fuq il-ħajja) (ĠU L 360, p.1) wara l-emenda ta’ l-Artikoli 5(1) u 53(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/83/KE, tal-5 ta’ Novembru 2002 li jikkonċernaw l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, p. 1).

 Kuntest Ġuridiku

 Il-Ftehim ŻEE

2        L-Artikoli 28, 31, 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE jikkorrispondu, rispettivament, għall-Artikoli 39 KE, 43 KE, 49 KE u 56 KE.

 Il-leġiżlazzjoni Komunitàrja

3        L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 rigward l-għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-qasam ta’ tassazzjoni diretta, ċerti dazji tas-sisa u tassazzjoni ta’ premiums ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L 336, p. 15), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/93/KE, tas-7 ta’ Ottubru 2003 (ĠU L 264, p. 23, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 77/799”), jgħid:

“1. Skond din id-Direttiva l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru għandhom jibdlu kull tagħrif li jista’ jippermettilhom li jeffettwaw stima korretta tat-taxxi fuq id-dħul u l-kapital u kull tagħrif li jirrelata ma’ l-istima tat-taxxi ndiretti li ġejjin:

–        t-taxxi fuq il-primjums ta’ l-assigurazzjoni, previsti fis-sitt subparagrafu ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE [tal-15 ta’ Marzu 1976, dwar għajnuna reċiproka fir-rigward ta’ l-irkupru ta’ kawżi relattivi għall-ċerti kontribuzzjonijiet, drittijiet, tazzi u miżuri oħra (ĠU L 73 p. 18), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Ġunju 2001, 2001/44/KE (ĠU L 175, p. 17, iktar ’il quddiem id-‘Direttiva 76/308’)],

[…]”

4        Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/308:

“Din id-Direttiva għandha tapplika għad-dispożizzjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu ma:

[…]

h)               tassazzjoni ta’ primjums ta’ l-assigurazzjoni;

[...]”

5        L-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/308 jiddisponi:

“Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

[…]

–        taxxi fuq il-primjums ta’ l-assigurazzjoni jfissru :

[…]

b) fil-Belġju: i) Taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni

[…]”

6        L-Artikoli 4 et seq tad-Direttiva 76/308 jistabbilixxu r-regoli li għandhom ikollhom id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi ta’ l-Istati membri fid-dawl li jiġi assigurat l-irkupru, f’kull Stat membru, tal-krediti previsti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva li nħolqu fi Stat membru ieħor.

7        L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/83 jiddisponi:

“L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida għall-Komunità intiera Għandha tippermetti intrapriża ta’ l-assigurazzjoni biex issegwi negozju hemmhekk, taħt jew id-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.”

8        L-Artikolu 50 tad-Direttiva 2002/83 intitolat “Taxxi fuq il-premiums” jipprovdi:

“1.      Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe armonizzazzjoni sussegwenti, kull kuntratt ta’ assigurazzjoni għandu jkun soġġett esklużivament għat-taxxi indiretti u l-piżijiet parafiskali fuq premiums ta’ l-asssigurazzjoni fl-Istat Membru ta’ l-impenn […]

[…]

3.      Fl-istennija ta’ armonizzazzjoni futura, kull Stat Membru għandu japplika għal dawk l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jkopru impenji li jinstabu fit-territorju tiegħu id-dispożizzjonijiet nazzjonali proprji għal miżuri sabiex jiġi assigurat il-ġbir ta’ taxxi indiretti u piżijiet parafiskali dovuti taħt il-paragrafu 1.”

9        L-Artikolu 53(2) tad-Direttiva 2002/83 jiddisponi:

“Taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, kull Stat Membru għandu jawtorizza lil aġenziji u fergħat stabbiliti fit-territorju tiegħu u koperti b’dan it-Titolu biex jittrasferixxu l-portfolios tal-kuntratti kollha tagħhom jew parti minnhom lil intrapriża ta’ l-assigurazzjoni b’uffiċċju ewlieni fi Stat Membru ieħor, jekk l-awtoritàjiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jiċċertifikaw li wara li jieħu kont tat-trasferiment l-uffiċċju ta’ l-aċċettazzjoni jippossjedi l-marġini neċessarju ta’ likwidità.”

10      Skond il-punt k, intitolat “Modalitajiet stabbiliti mill-Istat membru ospitanti għall-ġbir ta’ taxxi indiretti fuq il-premiums ta’ l-assigurazzjoni ta’ kuntratti konklużi permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi: ħatra ta’ rappreżentant fiskali ta’ min jassigura”, tas-sottotitolu 3 tat-Titolu II, iddedikat għall-applikazzjoni tal-prinċipji relattivi għall-kunċett ta’ interess ġenerali għas-settur ta’ l-assigurazzjonijiet, intitolat “L-interess ġenerali fit-tlettax-id Direttivi dwar l-assigurazzjoni – L-applikabbiltà tar-regoli ta’ interess ġenerali” tal-komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni 2000/C 43/03, intitolata “Libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-interess ġenerali fis-settur ta’ l-assigurazzjoni” (ĠU 2000, C 43, p. 5), iktar ’il quddiem il-“komunikazzjoni interpretattiva”), l-Istati membri għandhom il-possibbiltà li jeżiġu l-ħatra ta’ rappreżentant fiskali ta’ min jassigura fil-libertà li jiġu pprovduti servizzi sabiex jiggarantixxi lill-Istat membru ospitanti r-rispett tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ġbir tat-taxxa taħt il-kundizzjoni li l-modalitajiet ta’ applikazzjoni konkreti ta’ din il-miżura, minn kull Stat membru, jissodisfaw il-kriterji indikati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, b’mod partikolari l-eżiġenzi tan-neċessità u l-proporzjonalità.

 Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

11      L-Artikolu 34 taċ-CIR 1992 jgħid:

“§ 1er. Il-pensjonijiet, dħul u allokazzjonijiet li jservu għal dan jinkludu, ikun min ikun id-debitur, il-benifiċjarju, il-kwalifika u l-modalitajiet tad-determinazzjoni u ta’ għoti:

[...]

2. Il-kapital, il-valuri ta’ tisrif tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, il-pensjonijiet, pensjonijiet supplementari u d-dħul, ikkostitwiti fit-totalità tagħhom jew parti minnhom permezz ta’ :

a) kontribuzzjonijiet personali ta’ assigurazzjoni supplementari għall-pensjoni u tal-ħajja bil-għan ta’ kostituzzjoni ta’ dħul jew kapital waqt il-ħajja jew fil-każ ta’ mewt, jew ta’ kontribuzzjonijiet mingħand min iħaddem [...];

b) kontribuzzjonijiet u premiums għall-kostituzzjoni ta’ pensjoni supplementari prevista fil-liġi tat-28 ta’ April 2003 dwar il-pensjonijiet supplementari u s-sistema fiskali tagħhom fir-rigward tas-sigurtà soċjali, li jinkludu l-pensjonijiet supplementari mogħtija fl-eżekuzzjoni ta’ rabta ta’ solidarjetà [meħuda, fuq livell settorjali , minn kummissjoni jew subkummissjoni jew, fil-livell ta’ impriża, minn min iħaddem, favur il-ħaddiema u/jew l-eredi tagħhom] u l-pensjonijiet ikkostitwiti permezz tal-mezzi ta’ kontribuzzjonijiet u premiums previsti fl-Artikolu 38, § 1, l-ewwel subparagrafu, 18° u 19° ;

c) kontribuzzjonijiet u premiums għall-kostituzzjoni ta’ pensjoni supplementari prevista fil-liġi msemmija fis-subparagrafu (b), meta dawn il-kontribuzzjonijiet jitħallsu fil-kuntest ta’ kontiwazzjoni b’mod individwali ta’ rabta ta’ pensjoni prevista fl-Artikolu 33 ta’ l-istess liġi;

[...]

Pensjoni supplementari kif prevista fil-liġi tat-28 ta’ April 2003 dwar pensjonijiet supplementari u s-sistema fiskali tagħhom u ta’ ċerti vantaġġi supplementari fir-rigward tas-sigurtà soċjali, tfisser il-pensjoni ta’ rtirar u/jew pensjoni tas-superstiti fil-każ tal-mewt ta’ l-affiljat qabel jew wara l-irtirar, jew il-valuri tal-kapital korrispondenti, li jingħataw fuq il-bażi ta’ ħlas obbligatorju ddeterminat fil-ħlas tal-pensjoni jew ftehim ta’ pensjoni supplementari għal pensjoni fissa skond is-sistema legali tas-sigurtà soċjali;

[...]

§ 2. Id-dħul ta’ pensjoni ta’ tfaddil jinkudi:

1° it-tfaddil iddepożitat f’ kont ta’ tfaddil kollettiv jew individwali;

2° il-pensjonijiet, dħul, kapital u l-valuri ta’ tisrif ta’ assigurazzjoni-allokata;

3° it-trasferiment li ġejjin:

–        it-trasferiment parzjali tas-sommom tal-kontijiet ta’ tfaddil jew tar-riżervi tekniċi ta’ assigurazzjonijiet allokati;

–        it-trasferiment totali tal-kont ta’ tfaddil individwali jew kolletiv lil assigurazzjoni allokata;

–        it-trasferiment totali tar-riżervi tekniċi ta’ assigurazzjoni allokata lil kont ta’ tfaddil individwali jew kolletiv.

[...]”

12      Il-kontribuzzjonijiet u l-premiums previsti fl-ewwel subpragarafu ta’ l-Artikolu 38(1) 18° u 19° taċ-CIR 1992 , li għalihom jirreferi l-Artikolu 34(1), 2°, (b), fl-aħħar, ta’ l-istess Kodiċi, huma, minn naħa, il-kontribuzzjonijiet u l-premiums mingħand min iħaddem ta’ assigurazzjoni mħallsa għall-assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni għall-kostituzzjoni ta’ dħul jew kapital waqt il-ħajja jew fil-każ ta’ mewt favur il-ħaddiema, u min-naħa l-oħra, il-kontribuzzjonijiet u l-premiums ta’ impriża ta’ assigurazzjoni mħallsa għal assigurazzjoni ta’ l-istess tip favur id-diretturi ta’ l-impriża.

13      L-Artikolu 52 taċ-CIR 1992 jgħid:

“Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 53 sa 66(a), spejjeż professjonali b’mod partikolari huma:

[…]

3°       il-ħlas tal-membri tal-persunal u l-ispejjeż konnessi li ġejjin:

[…]

b)      il-kontribuzzjonijiet u l-premiums ta’ assigurazzjoni mingħand min iħaddem imħallsa sabiex jeżegwixxu:

–        assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja sabiex jinħoloq dħul jew kapital, waqt il-ħajja jew fil-każ ta’ mewt;

–        rabta kollettiva jew individwali ta’ pensjoni supplementari ta’ rtirar u/jew pensjoni tas-superstiti, sabiex jinħoloq dħul jew kapital, waqt il-ħajja jew fil-każ ta’ mewt;

–        rabta ta’ solidarjetà prevista fl-Artikoli 10 u 11 tal-liġi tat-28 ta’ April 2003 dwar il-pensjonijiet supplementari u s-sistema fiskali tagħhom u ta’ ċerti vantaġġi supplementari fir-rigward tas-sigurtà soċjali;

–        rabta kollettiva jew individwali li għandha titqies li hija supplementari għall-kumpens legali fil-każ ta’ mewt jew ta’ inkapaċità għax-xogħol wara inċident fuq ix-xogħol, jew inċident, jew ukoll ta’ mard marbut max-xogħol jew mard;

[…]

7°       il-kontribuzzjonijiet personali dovuti għall-eżekuzzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali jew ta’ statut legali jew regolamentari jeskludu l-interessi tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali;

7° bis il-kontribuzzjonijiet previsti fil-punt 7° jinkludu, b’mod partikolari [pensjonijiet supplementari ta’ rtirar jew pensjoni tas-superstiti tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom]

[…]”

14      L-Artikolu 59(1) taċ-CIR 1992 jiddisponi:

“Il-kontribuzzjonijiet u l-premiums ta’ min iħaddem imsemmija fl-Artikolu 52(3)(b) jistgħu jitnaqqsu bħala spejjeż tan-negozju biss taħt dawn il-kundizzjonijiet u fi ħdan dawn il-limiti:

(1) iridu jitħallsu b’mod definittiv lil impriża ta’ l-assigurazzjoni jew istituzzjoni ta’ previdenza stabbilita fil-Belġju;

[…]”

15      L-Artikolu 145/1 taċ-CIR 1992 jipprovdi:

“Fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 145/2 sa 145/16, għandhom jitnaqqsu mit-taxxa dawn l-ispejjeż li jkunu attwalment tħallsu matul il-perijodu taxxabbli:

(1) kontribuzzjonijiet personali u premiums imsemmija fl-Artikolu 34(1)(2)(a) sa (c), fil-forma ta’ tnaqqis li jsir minn min iħaddem mis-salarju ta’ l-impjegat, jew fil-forma ta’ tnaqqis li jsir minn impriża mill-ħlas ta’ direttur li ma jkunx taħt kuntratt ta’ impjieg;

(2) kontribuzzjonijiet supplementari tal-pensjoni u ta’ assigurazzjoni tal-ħajja li l-persuna taxxabbli tkun ħallset b’mod definittiv fil-Belġju għall-ħolqien ta’ pensjoni jew somma kapitali li titħallas matul il-ħajja tal-persuna assigurata jew mal-mewt tagħha b’eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja konkluż minnha personalment, kemm-il darba dak il-kapital ma jkunx intiż li jħallas jew jiggarantixxi self fuq proprjetà immobbli msemmija fl-Artikolu 104(9).

[…]”

16      L-Artikolu 145/3 taċ-CIR 1992 jgħid kif ġej:

“Il-kontribuzzjonijiet personali u l-premiums imsemmija fl-Artikolu 145/1(1) għandhom jiġu kkunsidrati għat-tnaqqis kemm-il darba dawn jitħallsu b’mod definittv lil impriża ta’ assigurazzjoni jew istituzzjoni ta’ previdenza stabbiliti fil- Belġju u li l-benefiċċji li jitħallsu ma’ l-irtirar, kemm statutorji kif ukoll mhux statutorji, fil-forma ta’ dħul annwali, ma jaqbżux it-80 % ta’ l-aħħar dħul annwali gross normali u jikkunsidraw perijodu normali ta’ attività professjonali. L-indiċjar tad-dħul huwa permess.”

17      L-Artikolu 270 taċ-CIR 1992 jgħid:

“Huma taxxabbli għat-tnaqqis mis-sors :

1       il-kontribwenti msemmija fl-Artikoli 3, 179 jew 220, li, bħala debitur, depożitarju, mandatarju jew intermedjarju, iħallsu jew jattribwixxu fil-Belġju jew f’pajjiż barrani xi ħlasijiet previsti fl-Artikolu 30, 1° u 2°, pensjonijiet, dħul u allokazzjonijiet, bl-istess mod bħal non residenti previsti fl-Artikolu 227 li għalihom il-ħlas previst fl-Artikolu 30, 1° u 2°, pensjonijiet, dħul u allokazzjonijiet li huma jħallsu jew jattribwixxu fil-Belġju jikkostitwixxu ħlas professjonali fis-sens ta’ l-Artikolu 237;

[…]

3       dawk li, bħala debitur, depożitarju, mandatarju jew intermedjarju, iħallsu jew jattribwixxu d-dħul ta’ l-artisti jew sportivi previst fl-Artikolu 228, § 2, 8°, jew, fin-nuqqas ta’ dawn, l-organizzatur tar-rappreżentazzjonijiet jew tal-provi;

4       dak li jingħata mandat mingħand il-membru ta’ kumpannija jew assoċjazzjoni previsti fl-Artikolu 229, § 3, sabiex jirrapreżentahom fiskalment, jew fin-nuqqas ta’ dan, kull assoċjat jew membru solidalment;

5       dawk li għandhom l-obbligu li jirreġistraw l-atti u d-dikjarazzjonijiet skond l-Artikolu 35 tal-Kodiċi tad-drittijiet ta’ reġistrazzjoni, ta’ ipoteka u tar-reġistru, fir-rigward ta’ l-atti u d-dikjarazzjonijiet li jikkonstataw iċ-ċessjoni, taħt titolu oneruż, tal-beni immobbli fil-Belġju jew tad-drittijiet reali fuq dawn il-beni, minn persuna taxxabbli prevista l-Artikolu 227, 1° jew 2°;

6       dawk li, bħala kuraturi fil-każ ta’ stralċ, likwidaturi ta’ falliment, likwidaturi ta’ kumpanniji jew min jeżerċita funzjonijiet analogi huma marbuta li jonoraw il-krediti li għandhom in-natura ta’ ħlas fis-sens ta’ l-Artikolu 30.”

18      L-Artikolu 364(a) taċ-CIR 1992 jiddisponi:

“Meta l-kapital, il-valuri ta’ tisrif u t-tfaddil imsemmija fl-Artikolu 34 jitħallsu jew jiġu allokati lil persuna taxxabbli li qabel tkun ittrasferixxiet ir-residenza tagħha jew il-post primarju ta’ assi tagħha f’pajjiż barrani, il-ħlas jew allokazzjoni jitqiesu li jkunu seħħu fil-jum ta’ qabel dak it-trasferiment.

Għall-iskopijiet ta’ l-ewwel subparagrafu, kull trasferiment imsemmi fl-Artikolu 34(2)(3) għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħal allokazzjoni.”

19      L-Artikolu 364(c) taċ-CIR 1992 jipprovdi:

“Meta l-kapital jew il-valuri ta’ tisrif ikkostitwiti permezz ta’ kontribuzzjonijiet personali previsti fl-Artikolu 52, 7°(a), jew fl-Artikolu 145/1, 1° , tal-kontribuzzjonijiet mingħand min iħaddem, jew tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-imrpiża, jiġu ttrasferiti, mill-istituzzjoni ta’ previdenza jew l-impriża ta’ assigurazzjoni li fihom dawn ġew ikkostitwiti, favur il-benefiċjarju jew l-eredi tiegħu, f’rabta ta’ pensjoni jew ta’ ftehim ta’ pensjoni simili, din l-operazzjoniji ma titqiesx li hija ħlas jew attribuzzjoni, anki jekk it-trasferiment isir fuq talba tal-benefiċjarju, bla ħsara għad-dritt tal-ġbir tal-pagament jew ta’ l-attribuzzjoni ulterjuri mill-istituzzjoni jew impriżi lill-benefiċjarju.

L-ewwel subparagrafu mhuwiex applikabbli għat-trasferiment tal-kapital jew tal-valuri ta’ tisrif lejn istituzzjoni ta’ previdenza jew impriża ta’ assigurazzjoni stabbilita f’pajjiż barrani.”

20      Ir-Regolament ġenerali dwar taxxi assimilati mat-taxxa tal-boll (iktar ’il quddiem il- “CTAT”), hekk kif kien fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004, jgħid dan li ġej fl-Artikolu 173 tiegħu:

“Il-kuntratti ta’ assigurazzjoni huma suġġetti għal taxxa annwali jekk waħda mit-tliet kundizzjonijiet speċifikati hawn isfel tkun sodisfatta:

(1) l-assiguratur iwettaq negozju professjonali ta’ assigurazzjoni, u jkollu l-post prinċipali ta’ negozju tiegħu, jew aġenzija, fergħa, rappreżentant jew post ieħor tan-negozju fil-Belġju;

(2) il-persuna assigurata jkollha d-domiċilju jew residenza ordinarja tagħha fil-Belġju;

(3) is-suġġett tal-kuntratt ikun proprjetà mobbli jew immobbli li tinsab fil-Belġju.”

21      L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 176/1, tal-CTAT jipprovdi:

“L-ammont ta’ taxxa dovuta jiġi kkalkulat fuq l-ammont totali ta’ premiums jew kontribuzzjonijiet, flimkien ma’ l-ispejjeż, li jridu jitħallsu jew jiġu sostnuti matul is-sena tat-taxxa jew mill-persuni assigurati jew mill-benefiċjarji u dawk li jħaddmuhom.”

22      L-Artikolu 177 tal-CTAT jipprovdi li t-taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni għandha titħallas :

“(1) mill-assoċjazzjonijiet ta’ assigurazzjoni, fondi, kumpanniji jew impriżi, aġenziji tal-pensjonijiet u persuni ġuridiċi responsabbli għall-implementazzjoni ta’ l-obbligu ta’ solidarjetà fil-kuntest ta’ l-iskemi tal-pensjoni msemmija fil-Liġi tat-28 ta’ April 2003 dwar pensjonijiet supplementari u s-sistema fiskali applikabbli għalihom u għal ċerti benefiċċji addizzjonali dwar is-sigurtà soċjali, u mill-assiguraturi l-oħrajn kollha li jkollhom il-post prinċipali ta’ negozju tagħhom, jew aġenzija, fergħa, rappreżentant jew post ieħor tan-negozju fil-Belġju;

(2)       minn aġenti jew intermedjarji oħra residenti fil-Belġju, għal kuntratti konklużi bl-intervent tagħhom ma’ assiguraturi barranin li ma jkollhomx rappreżentant kif imsemmi fl-Artikolu 178 fil-Belġju;

(3)       mill-persuna assigurata, fi kwalunkwe każ ieħor.”

23      L-Artikolu 178 tal-CTAT jipprovdi :

“[…]

L-assiguraturi barranin li għandhom, fil-Belġju, sussidjarja, aġenzija jew kwalkunkwe tip ta’ operazzjoni, barra minn hekk, huma marbuta li jiksbu l-approvazzjoni, qabel kull operazzjoni fil-Belġju, mingħand il-ministru tal-finanzi, għal rappreżentant responsabbli residenti fil-Belġju, li jorbot ruħu personalment lejn l-Istat, bil-miktub, għall-ħlas tar-rata annwali tat-taxxa u tal-multi li jistgħu jkunu dovuti.

Fil-każ tal-mewt tar-rappreżentant responsabbli, tar-revoka ta’ l-approvazzjoni tiegħu, jew ta’ avveniment li jillimita l-kapaċità tiegħu, għandha ssir immedjatament is-sostituzzjoni tiegħu.

[…]”

24      L-Artikolu 224(2)(a) tar-Regolament ġenerali jiddisponi :

“Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 177(3) tal-[CTAT], l-impriża ta’ assigurazzjoni barranija għandha tħallas it-taxxa u, fejn rilevanti, l-imgħaxijiet u l-multi, f’isem il-persuna assigurata. Għal dan l-iskop, kull impriża ta’ assigurazzjoni barranija li ma jkollha ebda aġenzija, fergħa, rappreżentant jew post ieħor tan-negozju fil-Belġju u li tkun tixtieq toffri li tissottoskrivi kuntratti relatati ma’ riskji li jistgħu jseħħu fil-Belġju għandha, qabel ma twettaq dawn l-operazzjonijiet, tikseb l-awtorizzazzjoni mill-ministru tal-finanzi għal rappreżentant tat-taxxa residenti fil-Belġju li jassumi personalment, bil-miktub, ir-responsabbiltà lejn l-Istat għall-ħlas tat-taxxa annwali fuq kuntratti ta’ assigurazzjoni, imgħaxijiet u multi li jistgħu jkunu dovuti fir-rigward tal-kuntratti hawn fuq imsemmija.”

 Il-proċedura prekontenzjuża

25      Wara li intimat lir-Renju tal-Belġju sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-kompatibbiltà ta’ diversi dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Belġjana ma’ l-Artikoli 18 KE, 39 KE, 43 KE, 49 KE u 56 KE, ma’ l-Artikoli 28, 31, 36 u 40 tal-Ftehim fuq iż-ŻEE, flimkien ma’ l-Artikoli 4 u 11(2) tad-Direttiva tal-Kunsill, 92/96/KEE ta’ l-10 ta’ Novembru 1992, dwar il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi li jirregolaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, li temenda d-direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-tielet direttiva assigurazzjoni ħajja) (ĠU L 360, p. 1), il-Kummissjoni, fid-19 ta’ Diċembru 2003 indirizzat opinjoni motivata lil dan l-Istat Membru, li fiha stidnitu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu magħhom fi żmien xahrejn min-notifika tagħha.

26      Peress li ma kinitx sodisfatta bir-risposta tar-Renju tal-Belġju għall-imsemmija opinjoni, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors.

 Fuq ir-rikors

 Fuq l-ostakli għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi

 L-argumenti tal-partijiet

27      Skond il-Kummissjoni, l-Artikolu 59 tas-CIR 1992, li jissuġġetta t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet supplementari ta’ assigurazzjoni mingħand min iħaddem dovuti għat-twettiq ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja għall-kundizzjoni li jitħallsu lil impriża ta’ assigurazzjoni jew lil istituzzjoni ta’ previdenza stabbilit fil-Belġju, kif ukoll l-Artikolu 145/3 taċ-CIR 1992, li wkoll jissuġġetta għall-istess kundizzjoni t-tnaqqis tat-taxxa għall-kontribuzzjonijiet supplimentari personali ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja jew pensjoni supplementari, jikkostitwixxu restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Tali leġiżlazzjoni tiddisswadi, minn naħa, il-partijiet interessati milli jidħlu għal assigurazzjoni ta’ pensjoni supplementari mingħand impriżi ta’ assigurazzjoni jew istituzzjoni ta’ previdenza stabbiliti fi Stat membru ieħor, u, min-naħa l-oħra, dawn l-impriżi u istituzzjonijiet milli joffru s-servizzi tagħhom fis-suq Belġjan. Issa, l-ebda raġuni oġġettiva ma tippermetti lir-Renju tal-Belġju jiġġustifika tali leġiżlazzjoni peress li, skond konvenzjonijiet bilaterali jew fuq il-bażi taċ-ċirkularijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jaċċettaw it-tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa f’pajjiż barrani.

28      Il-Kummissjoni ssostni li r-regola diskriminatorja stabbilita fl-Artikolu 364(c) taċ-CIR 1992, li jipprovdi l-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-kapital jew il-valuri ta’ tisrif ikkostitwiti permezz ta’ kontribuzzjonijiet mingħand min iħaddem jew ta’ kontribuzzjonijiet personali dwar assigurazzjoni ta’ pensjoni supplementari li huma ttrasferiti fil-fondi ta’ pensjoni jew lil korp ta’ assigurazzjoni stabbilit f’pajjiż barrani hija wkoll ostaklu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Fil-fatt, tali trasferiment mhuwiex taxxabli fejn iseħħ lejn fond ta’ pensjoni jew korp ta’ assigurazzjoni stabbilit fil-Belġju.

29      Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 224/2(a) tar-Regolament ġenerali, li jobbliga lill-impriżi ta’ assigurazzjoni barranin jaħtru rappreżentant residenti fil-Belġju li jorbot ruħu personalment għall-ħlas tat-taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni flimkien mar-responsabbilta solidali ta’ l-assigurat, prevista fl-Artikolu 177, 3°m tal-CTAT, mhijiex proporzjonata man-neċessita ta’ ħlas ta’ l-imsemmija taxxa. Fil-fatt, mezzi inqas restrittivi, bħalma huma l-ftehim għall-iskambju ta’ informazzjoni ma’ l-Istati l-oħra jippermettu li jintlaħaq dan ir-riżultat.

30      Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenfasizza li d-Direttiva 77/799 tippermetti tali assistenza bejn Stati membri, li, flimkien mal-korresponsabbiltà tar-residenti assigurati, tirrendi żejda l-ħatra ta’ rappreżentant responsabbli.

31      Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni żżid li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkomprometti d-drittijiet ta’ l-istituzzjonijiet u l-korpi ta’ assigurazzjoni billi tintroduċi dispożizzjonijiet fiskali kuntrarji għar-regoli tat-Trattat KE dwar il-prinċipji ta’ moviment liberu u ta’ non diskriminazzjoni. Fil-fatt, minn naħa l-imsemmija istituzzjonijiet u korpi li laħqu ftehim fi Stat membru, permezz ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/83, għandhom is-setgħa jeżerċitaw l-attività tagħhom kemm fir-rigward ta’ l-istabbiliment, kemm tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-Komunità kollha. Min-naħa l-oħra, l-istess istituzzjonijiet u l-istess korpi stabbiliti fi Stat membru għandhom jiġu awtorizzati, skond l-Artikolu 53(2) ta’ l-imsemmija Direttiva, jittrasferixxu l-attività tagħhom lil ċessjonarju stabbilit fil-Komunità.

32      Il-Gvern Belġjan jenfasizza li, minħabba l-emendi mdaħħla mil-liġi tas-27 ta’ Diċembru 2005 (Moniteur belge tat-30 ta’ Diċembru 2005, p. 57315), mid-Digriet Irjali tal-15 ta’ Frar 2006 li jemenda r-[Regolament ġenerali] (Moniteur belge tat- 2 ta’ Marzu 2006, p. 12463) u mid-Digriet Ministerjali tat-8 ta’ Marzu 2006 p. li jwettaq l-eżekuzzjoni tas-subparagrafu 3 ta’ l-Artikolu 223 [ta’ l-imsemmi Regolament] (Moniteur belge tal-21 ta’ Marzu 2006, p. 16249), ma kienx hemm iktar l-obbligu li jinħatar rappreżentant fiskali responsabbli għall-impriżi ta’ assigurazzjoni mhux stabbiliti fil-Belġju, iżda li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fiż- Żona Ekonomika Ewropea.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

33      Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, bir-rikors tagħha, il-Kummissjoni talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata b’mod partikolari li r-Renju tal-Bejġju naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 92/96, li sar, wara riformulazzjoni, l-Artikolu 53(2) tad-Direttiva 2002/83. Madankollu, fir-rigward ta’ l-Anness VI tad-Direttiva 2002/83, dwar Tabella ta’ Korrelazzjoni, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 92/96 jikkorrispondi mhux għall-Artikolu 53(2) tad-Direttiva 2002/83, iżda għall-Artikolu 14(1) sa (5), ta’ din l-istess Direttiva. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja mhijiex f’pożizzjoni li tagħraf b’ċertezza l-bażi legali li fuqha l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tippronunzja ruħha sabiex tevalwa l-fondatezza ta’ l-iment.

34      Għaldaqstant, hemm lok li l-ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ rispett ta’ l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 92/96, li sar, wara riformulazzjoni, l-Artikolu 53(2) tad-Direttiva 2002/83, jiġi ddikjarat inammissibbli.

–       Fuq il-mertu

35      Għandu jiġi mfakkar li, għalkemm it-tassazzjoni diretta taqa’ taħt il-kompetenza ta’ l-Istati Membri, dawn ta’ l-aħħar għandhom madankollu jeżerċitaw din il-kompetenza fir-rispett tad-dritt Komunitarju (ara s-sentenza tat-30 ta’ Jannar 2007, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, C-150/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).

36      Għandu jiġi mfakkar ukoll li l-provvista ta’ servizzi fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni tikkostitwixxi servizzi fis-sens ta’ l-Artikolu 50 KE u li l-Artikolu 49 KE jipprekludi l-applikazzjoni ta’ kull leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, tostakola l-possibbiltà għal fornitur ta’ servizzi li jeżerċita din il-libertà b’mod effettiv (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37 u l-ġurisprudenza ċċitata).

37      Fil-perspettiva ta’ suq wieħed, u sabiex jippermetti li jitwettqu l-għanijiet tiegħu, l-Artikolu 49 jipprekludi wkoll l-applikazzjoni ta’ kull leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li tirrendi l-provvista ta’ servizzi bejn Stati Membri iktar diffiċli minn provvista ta’ servizzi purament interna għal Stat Membru (sentenza Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).

38      Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 49 tat-Trattat jipprekludi, b’mod partikolari, kull leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ natura li tipprojbixxi jew tfixkel iktar l-attivitajiet tal-fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, fejn dan jipprovdi legalment servizzi simili (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-28 ta’ April 1998, Safir C-118/96, Ġabra, p.I-1897, punt 22, u tat-8 ta’ Settembru 2005, Mobistar u Belgacom Mobile, C‑544/03 u C‑545/03, Ġabra p. I-7723, punt 29).

39      Fil-kawża preżenti, għandu jiġi kkonstatat li, billi tissuġġetta, b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 59 taċ-CIR 1992, it-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet supplementari ta’ assigurazzjoni mingħand min iħaddem dovuti għat-twettiq ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja għall-kundizzjoni li jitħallsu lill-impriża ta’ assigurazzjoni jew lil fond ta’ previdenza stabbiliti fil-Belġju u billi ssuġġetta, b’applikazzjoni ta’ l-Artikoli 145/1 u 145/3 taċ-CIR 1992, it-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kontribuzzjonijiet u premiums personali ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja jew ta’ pensjoni supplementari bl-intervent ta’ min iħaddem permezz ta’ tnaqqis fuq il-ħlas tal-ħaddiem, jew permezz ta’ tnaqqis fuq il-ħlas tad-direttur ta’ l-impriza, għall-kundizzjoni li dawn il-kontribuzzjonijiet jitħallsu lil impriża ta’ assigurazzjoni jew lil fond ta’ previdenza stabbilit fil-Belġju, il-leġiżlazzjoni Belġjana għandha bħala effett li tirrendi l-libertà li jiġu provduti servizzi fir-rigward ta’ assigurazzjoni minn Stati membri oħra iktar diffiċli minn dawk interni għar-Renju tal-Belġju. Dawn il-miżuri huma ta’ natura li jiddisswadu lill-persuni interessati li jidħlu għal kuntratti ta’ assigurazzjoni għand assiguraturi barranin. Għaldaqstant, dawn il-miżuri jikkostitwixxu ostaklu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, prevista fl-Artikolu 49 KE.

40      Din il-konklużjoni għandha tapplika wkoll f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 364(c) taċ-CIR 1992, li permezz tiegħu huma suġġetti l-kapital jew il-valuri ta’ tisrif ittrasferiti lil fondi ta’ pensjoni jew lil impriża ta’ assigurazzjoni stabbilita f’pajjiż barrani fejn tali impożizzjoni mhijiex prevista meta dawn it-trasferimenti jitwettqu lejn fondi jew impriżi ta’ assigurazzjoni stabbiliti fil-Belġju. Fil-fatt, din il-miżura hija ta’ natura li toħloq żvantaġġ għall-fornituri ta’ servizzi fil-qasam ta’ assigurazzjoni stabbiliti fi Stat membru ieħor barra r-Renju tal-Belġju, fejn jipprovdu legalment tali sevizzi.

41      Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ l-obbligu previst mill-Artikolu 224/2)A tar- Regolament ġenerali, għal impriża ta’ assigurazzjoni stabbilita fi Stat membru ieħor li taħtar rappreżentant responsabbli fil-Belġju, għandu jiġi kkonstatat li tali obbligu, minħabba l-ispejjeż u l-ostakli li joħloq għall-impriżi li jkollhom l-approvazzjoni skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/83, huwa ta’ natura li jiddisswadi lil dawn l-impriżi milli joffru s-servizzi tagħhom fil-Belġju. Għaldaqstant, tali leġiżlazzjoni tikkostitwixxi wkoll ostakli għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

42      Il-Kummissjoni ssostni wkoll li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 36 tal-Ftehim taż-ŻEE, relattiv għall- libertà li jiġu pprovduti servizzi.

43      Kif jispeċifika l-Artikolu 6 tal-Ftehim ŻEE, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ta’ l-aħħar, safejn dawn huma identiċi fis-sustanza għar-regoli korrispondenti tat-Trattat u ta’ l-atti adottati b’applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, iridu, fl-implementazzjoni u fl-applikazzjoni tagħhom, jiġu interpretati b’konformità mas-sentenzi rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija qabel id-data tal-firma ta’ l-imsemmi Ftehim.

44      Barra minn hekk, kemm il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll il-Qorti ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Kummerċ Liberu (EFTA) irrikonoxxew il-ħtieġa li jassiguraw li r-regoli tal-Ftehim ŻEE, li huma fis-sustanza identiċi għal dawk tat-Trattat, jiġu interpretati b’mod uniformi (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2006, Keller Holding, C-471/04, Ġabra p. I-2107, punt 48, u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas-26 ta’ Ottubru 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Portugal, C-345/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 40 ; u tal-Qorti AELE tat-12 ta’ Diċembru 2003, EFTA Surveillance Authority vs Iceland, E 1.03, EFTA Court Report, p. 143, punt 27).

45      Issa, għandu jiġi rrilevat li r-regoli li jipprojbixxu r-restrizzjonjiet għal-libertà tal-moviment u għal-libertà ta’ stabbiliment imsemmija fl-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim taż-ŻEE huma identiċi għal dawk stabbiliti bl-Artikolu 49 KE.

46      F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li l-leġiżlazzjoni Belġjana kkontestata tikkostitwixxi ostaklu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif prevista fl-Artikoli 49 KE u 36 tal-Ftehim ŻEE.

47      Madankollu, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li miżuri nazzjonali li jistgħu jostakolaw jew jirrendu l-eżerċizzju tal-libertàjiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat inqas attraenti, jistgħu madankollu, jiġu ammessi bil-kundizzjoni li jsegwu għan leġittimu kompatibbli mat-Trattat, li jkunu ġġustifikati minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, li jkunu xierqa sabiex jiggarantixxu t-twettiq ta’ l-għan tagħhom u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan il-għan jintlaħaq (ara f’dan is-sens, is-sentenzi tal-11 ta’ Marzu 2004, De Lasteyrie du Saillant, C-9/02 Ġabra p. I-2409, punt 49; u tas-7 ta’ Settembru 2006, N, C-470/04, Ġabra p. I 7409, punt 40, u Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46).

48      Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-Gvern Belġjan jinvoka ġustifikazzjoni biss fir-rigward tal-leġiżlazzjoni li timponi l-obbligu għal impriża ta’ assigurazzjoni stabbilita fi Stat membru ieħor, li taħtar rappreżentant responsabbli residenti fil-Belġju. Għaldaqstant, tali ġustifikazzjoni għandha tiġi vverifikata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, fir-rigward ta’ miżuri oħra li huma s-suġġett ta’ l-ilment tal-Kummissjoni dwar il-ksur tar-regola relattiva għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif previst fl-Artikolu 49 KE kif ukoll fl-Artikolu 36 tal-Ftehim ŻEE, ir-rikors tal-Kummissjoni għandu jiġu kkunsidrat bħala fondat peress li l-ebda ġustifikazzjoni ma ġiet invokata f’dak li jirrigwarda l-miżuri ta’ l-imsemmi Gvern.

49      Dan isostni li l-obbligu li jinħatar rappreżentant responsabbli residenti fil-Belġju huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu assigurati l-ħlas tat-taxxi annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni, ta’ l-interessi u l-multi li jistgħu jkunu dovuti fir-rigward ta’ kuntratti ta’ riskju fil-Belġju ffirmati għand impriżi ta’ assigurazzjoni stabbiliti f’Istat membru ieħor. Barra minn hekk, meta dan l-obbligu m’għandu l-ebda impatt fuq is-setgħa ta’ impriża ta’ assigurazzjoni kif ukoll fuq it-trasferment ta’ l-attivitajiet tagħha, ma jkunx hemm sproporzjoni fir-rigward ta’ l-għan segwit.

50      Skond il-Kummissjoni, l-obbligu ġenerali u assolut previst fl-Artikolu 224/2(a) tar-Regolament ġenerali, li jimponi fuq l-impriżi ta’ assigurazzjoni barranin li jaħtru rappreżentant responsabbli residenti fil-Belġju li għandu r-residenza tiegħu fil-Belġju, flimkien mar-responsabbilta solidali ta’ l-assigurat li tirriżulta mill-Artikolu 177, 3° CTAT, huwa miżura sproporzjonata li tostakola l-libertà li jiġu pprovduti servizzi tal-kumpanniji u l-istituzzjonijiet ta’ assigurazzjoni stabbiliti fi Stat membri oħra. Fil-fatt, il-ħlas ta’ taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni jista’ jiġi assigurat minn mezzi inqas restrittivi, bħall-assistenza reċiproka ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati membri fil-qasam tat-taxxi fuq il-premiums ta’ assigurazzjoni prevista mid-Direttiva 77/799.

51      Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-obbligu, previst fl-Artikolu 224/2(a) tar-Regolament ġenerali, li jinħatar rappreżentant responsabbli residenti fil-Belġju huwiex neċessarju sabiex jiġi ggarantit il-ħlas tat-taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni, ta’ l-interessi u l-multi li jistgħu jkunu dovuti fir-rigward tal-kuntratti għar-riskji fil-Belġju konklużi f’pajjiż barrani, għandu jiġi ddeterminat jekk l-għan jistax jintlaħaq permezz ta’ miżuri inqas restrittivi.

52      Fl-ewwel lok, f’dak li jirrigwarda l-istabbiliment ta’ l-imsemmija taxxa, għandu jiġi kkonstatat li l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 77/799 jipprovdi l-iskambju, bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istati membri, ta’ l-informazzjoni kollha li tippermettilhom jaslu għall-istabbiliment korrett tat-taxxi fuq il-premiums ta’ assigurazzjoni, b’mod partikolari t-taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni prevista mil-liġi Belġjana.

53      Fit-tieni lok, f’dak li jirrigwarda l-ħlas tat-taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni, għandu jiġi enfasizzat li, skond l-Artikolu 50(3) tad-Direttiva 2002/83, ir-Renju tal-Belġju jista’ japplika lill-impriżi ta’ assigurazzjoni li joperaw fit-territorju tiegħu d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-miżuri intiżi għall-garanzija tal-ġbir tat-taxxi indiretti u t-taxxi parafiskali fuq il-premiums ta’ assigurazzjoni għall-kuntratti fuq ir-riskji li jinsabu f’dan l-Istat membru.

54      Issa, jirriżulta mill-Artikolu 177 tal-CTAT li l-assigurat huwa personalment debitur tar-rata annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni meta l-kuntatt in kwistjoni jiġi ffirmat għand assiguratur li mhuwiex stabbilit fil-Belġju u m’għandux l-uffiċċju priniċpali, aġenzija, sussidjarja, rappreżentant jew kwalunkwe tip ta’ stabbiliment ta’ operazzjonijiet tiegħu u lanqas rappreżentant responsabbli fis-sens ta’ l-Artikolu 178 tal-CTAT, u l-imsemmi kuntratt ma jkunx ġie konkluż permezz ta’ broker jew intermedjarju ieħor residenti fil-Belġju.

55      Isegwi li l-liġi Belġjana fiha xi miżuri tagħha sabiex tissodisfa l-għan li tassigura l-ħlas ta’ din it-taxxa li huma inqas restrittivi għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-obbligu li jinħatar rappreżentant responsabbli residenti fil-Belġju.

56      Fit-tielet lok, f’dak li jirrigwarda l-irkupru tat-taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni, għandu jiġi kkonstatat li d-Direttiva 76/308 tippreċiża li t-taxxi fuq il-premiums ta’ assigurazzjoni, li fosthom, skond is-sitt inċiż ta’ l-Artikolu 3(1)(b) ta’ din id-Direttiva, l-imsemmija taxxa annwali, hija s-suġġett ta’ assistenza reċiproka għall-irkupru tagħha.

57      Jirriżulta minn dak li ntqal qabel li r-Renju tal-Belġju jiddisponi mill-mezzi neċessarji għall-irkupru tat-taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni. Isegwi li l-obbligu, għall-impriżi ta’ assigurazzjoni li mhumiex stabbiliti f’dan l-Istat membru, li jaħtru rappreżentant responsabbli residenti fil-Belġju jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġi ggarantit il-ħlas ta’ din it-taxxa u għaldaqstant mhuwiex proporzjonat ma’ dan il-għan.

58      Għaldaqstant, l-argumenti ppreżentati mill-Gvern Belġjan sabiex jiġġustifika l-obbligu previst mill-Artikolu 224(2)(a) tar-Regolament ġenerali, li jinħatar rappreżentant responsabbli fil-Belġju, ma jistgħux jintlaqgħu. Għaldaqstant hemm lok li jiġi konkluż li, f’dak li jirrigwarda dan l-obbligu, l-ilment tal-Kummissjoni bbażat fuq il-ksur relattiv għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif previst mill-Artikolu 49 KE kif ukoll l-Artikolu 36 tal-Ftehim ŻEE għandu jitqies li huwa fondat.

59      Għaldaqstant hemm lok li jiġi konkluż li n-nuqqas huwa stabbilit f’dak li jirrigwarda dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet.

60      Fir-rigward ta’ dak kollu li ntqal qabel, għandu jiġi kkonstatat li billi żamm il-leġiżlazzjoni msemmija, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond l-Artikoli 49 KE u 36 tal-Ftehim ŻEE kif ukoll l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/83.

 Fuq l-ostaklu għall-moviment liberu tal-persuni

 L-argumenti tal-partijiet

61      Skond il-Kummissjoni, l-Artikolu 59 taċ-CIR 1992, safejn dan jissuġġetta t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet personali ta’ assigurazzjoni mingħand min iħaddem dovuti għat-twettiq ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja għall-kundizzjoni li jitħallsu lil impriża ta’ assigurazzjoni jew lil istituzzjoni ta’ previdenza stabbilita fil-Belġju, kif ukoll l-Artikoli 145/1 u 145/3 taċ-CIR 1992, safejn jissuġġettaw għall-istess kundizzjoni t-tnaqqis tat-taxxa għall-kontribuzzjonijiet personali ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja jew ta’ pensjoni supplementari, imorru kontra l-moviment liberu tal-ħaddiema impjegati u indipendenti. Fil-fatt, meta ħaddiema li jwettqu attività professjonali fi Stat membru ieħor barra r-Renju tal-Belġju, li fih kienu parti ta’ sistema ta’ pensjoni professjonali, jiġu jaħdmu f’dan l-aħħar Stat membru, il-kontribuzzjonijiet imħallsa fl-imsemmija sistema ma jistgħux jitnaqqsu jew jagħtu lok għal tnaqqis fit-taxxa. Madankollu, id-dħul li jirriżulta minn tali sistemi jkunu taxxabbli fil-Belġju meta tali ħaddiema jirrisjedu fih.

62      Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li l-intaxxar tal-kapital jew tal-valuri ta’ tisrif fejn dawn huma ttrasferiti f’fond ta’ pensjoni jew korp ta’ assigurazzjoni stabbilit f’pajjiż barrani li tirriżulta mill-Artikolu 364(c) taċ-CIR 1992 jikkostitwixxi ostaklu mhux ġustifikat għal-libertà ta’ moviment u ta’ stabbiliment tal-ħaddiema impjegati jew indipendenti residenti fil-Belġju li jixtiequ jmorru lejn Stat membru ieħor sabiex iwettqu attività ekonomika u li, bħal f’dan il-każ, jixtiequ jittrasferixxu l-imsemmija kapital jew valuri ta’ tisrif. Fil-fatt, l-emigrazzjoni ta’ resident Belġjan lejn Stat membru ieħor ma jikkostitwix “abbuż”, iżda l-eżerċizzju ta’ dritt fundamentali rrikonoxxut mill-Artikoli 18 KE, 39 KE, u 43 KE, kif ukoll mill-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim ŻEE.

63      Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 364(a) taċ-CIR 1992, li joħloq il-kunċett fittizzju li l-pagament jew l-attribuzzjoni tal-kapital, tal-valuri ta’ tisrif u tat-tfaddil iseħħ ġurnata qabel it-trasferiment tad-domiċilju tal-persuna taxxabbli jew tas-sede tal-beni tiegħu f’pajjiż barrani jikkostitwixxi ostaklu mhux ġustifikat għal-libertà tal-moviment u ta’ stabbiliment tal-ħaddiema impjegati u indipendenti kif ukoll għall-prinċipju ġenerali tal-moviment liberu tal-persuna skond l-Artikolu 18 KE.

64      Fl-ittra ta’ risposta tiegħu fit-30 ta’ Mejju 2006 għal mistoqsija tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Belġjan ippreċiża li, wara sentenza tal-Cour de Cassation Belġjana tal-5 ta’ Diċembru 2003, l-awtoritajiet Belġjani issa japplikaw biss id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 364(a) taċ-CIR 1992 fil-każ fejn m’hemm l-ebda konvenzjoni fiskali li tipprekludi t-tassazzjoni doppja jew fejn tali konvenzjoni tagħti d-dritt lir-Renju tal-Belġju jimponi tali taxxa fuq id-dħul, barra minn hekk, il-kapital huwa taxxabbli biss fil-mument fejn huwa effettivament imħallas jew attribwit u dan b’rati indentiċi għal dawk applikabbli għar-residenti Belġjani.

 Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

65      Qabel kollox, għandu jiġi mfakkar li jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kemm id-dispożizzjonijiet tat-Trattat relattivi għall-moviment liberu tal-ħaddiema u kemm dawk fir-rigward tal-libertà ta’ stabbiliment jipprekludu b’mod partikolari lill-Istat ta’ oriġini milli jfixkel, rispettivament, il-libertà ta’ xi wieħed miċ-ċittadini tiegħu li jaċċetta u jeżerċita impjieg fi Stat Membru ieħor kif ukoll l-istabbiliment ta’ kumpannija mwaqqfa skond il-leġiżlazzjoni tiegħu fi Stat Membru ieħor (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza Il-Portugall vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punti 17 u 18, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).

66      Fil-kawża preżenti, f’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, iċ-ċaħda, minn naħa, li jingħata dritt għat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet personali mingħand min iħaddem ta’ assigurazzjoni dovuti għat-twettiq ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja meta dawn jitħallsu lill-impriża ta’ assigurazzjoni jew lil istituzzjoni ta’ previdenza li mhijiex stabbilita fil-Belġju, ħaġa li tirriżulta mill-Artikolu 59 taċ-CIR 1992, u min-naħa l-oħra, li jawtorizza, b’applikazzjoni ta’ l-Artikoli 145/1 u 145/3 taċ-CIR 1992, it-tnaqqis tat-taxxa għall-kontribuzzjonijiet personali ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja jew ta’ pensjoni supplementari mħallsa lil korpi stabbiliti fl-Istati membri l-oħra, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha bħala effett li tagħti vantaġġ fiskali differenti skond il-post ta’ ġbir ta’ l-imsemmija kontribuzzjonijiet personali li huwa ta’ natura li jiddisswadi l-ħaddiema impjegati u indipendenti milli jeżerċitaw id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom fi Stat membru ieħor.

67      Isegwi li l-Artikoli 59, 145/1 u 145/3 taċ-CIR 1992 jostakolaw il-moviment liberu tal-ħaddiema impjegati kif ukoll tal-libertà ta’ l-istabbiliment ta’ ħaddiema indipendenti, li huma ggarantiti mill-Artikoli 39 KE u 43 KE.

68      Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-finzjoni maħluqa mill-Artikolu 364(a) taċ-CIR 1992 iwassal li tiġi permessa taxxa fil-mument li tinqasam fruntiera mill-ħaddiema impjegati jew indipendenti.

69      F’dan ir-rigward, id-dikjarazzjoni ta’ l-awtoritajiet Belġjani li tgħid li mhijiex se tibqa ssir l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 364(a) taċ-CIR 1992 fil-preżenza ta’ konvenzjoni fiskali li tipprekludi t-tassazzjoni doppja li tattribwixxi d-dritt lil Stat kontraenti ieħor li jimponi taxxa fuq id-dħul, anki meta dan l-Istat ma jagħmilx użu minn dan id-dritt, ma tikkostitwixxix l-eżekuzzjoni korretta ta’ l-obbligi li r-Renju tal-Belġju għandu lejn id-dritt Komunitarju.

70      Fil-fatt, anki jekk, fil-prattika, l-awtoritajiet ta’ Stat membru ma japplikawx dispożizzjoni nazzjonali kuntrarja għad-dritt Komunitarju, iċ-ċertezza legali teħtieġ madankollu li din id-dispożizzjoni tiġi emendata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-9 ta’ Marzu 2000, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C‑358/98, Ġabra p. I-1255, punti 16 u 17, kif ukoll tat-13 ta’ Lulju 2000, Il-Kummissjoni vs Franza, C‑160/99, Ġabra p. I-6137, punt 22).

71      Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 364(a) taċ-CIR 1992 jostakola kemm il-moviment liberu tal-ħaddiema impjegati kif ukoll il-libertà ta’ stabbiliment tal-ħaddiema indipendenti, kif iggarantiti mill-Artikoli 39 KE u 43 KE.

72      Fir-rigward, fl-aħħar nett, ta’ l-ilment ibbażat fuq il-ksur, mill-imsemmi Artikolu 364(a), tad-dritt ġenerali tal-moviment liberu tal-persuni ggarantit mill-Artikolu 18 KE, f’dak li jirrigwarda persuni mhux ekonomikament attivi, l-istess konklużjoni hija neċessarja minħabba l-istess motivi (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tat-18 ta’ Lulju 2006, De Cuyper, C‑406/04, Ġabra p. I-6947, punti 39 u 40).

73      Fit-tielet lok, billi ssuġġetta t-trasferimenti ta’ kapital, jew tal-valuri ta’ tisrif li jikkostitwixxu l-mezz ta’ kontribuzzjonijiet mingħand min iħaddem jew ta’ kontribuzzjonijiet personali ta’ rtirar supplementari, operati mill-fondi tal-pensjoni jew il-korp ta’ assigurazzjoni li fihom ġew stabbiliti, favur il-benefiċjarju jew is-suċċessuri tiegħu fit-titlu lil fond ieħor ta’ pensjoni jew korp ta’ l-assigurazzjoni ieħor stabbilit barra mill-Belġju, l-Artikolu 362(b) tac-CIR 1992 jiddiswadi lill-ħaddiema impjegati u indipendenti milli jistabbilixxu ruħhom fi Stat membru ieħor billi jċaħħadhom milli jsegwu t-tfaddil tagħhom.

74      Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 364(b) tac-CIR 1992 jirrestrinġi l-moviment liberu tal-ħaddiema impjegati kif ukoll il-libertà ta’ stabbiliment tal-ħaddiema indipendenti li huma ġġarantiti mill-Artikoli 39 KE u 43 KE.

75      Il-Kummissjoni ssostni wkoll li minħabba l-eżistenza ta’ l-istess dispożizzjonijiet ta’ dritt intern, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, relattivi rispettivament għall-moviment liberu tal-ħaddiema u għal-libertà ta’ stabbiliment.

76      F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-regoli li jipprojbixxu r-restrizzjonjiet għal-libertà tal-moviment u għal-libertà ta’ stabbiliment imsemmija fl-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim taż-ŻEE huma identiċi għal dawk stabbiliti bl-Artikoli 39 KE u 43 KE.

77      F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikors tal-Kummissjoni għandu jitqies li huwa fondat fir-rigward ta’ l-ilment ibbażat fuq il-ksur tar-regoli dwar il-moviment liberu tal-persuni u l-libertà ta’ stabbiliment imsemmija fil-Ftehim ŻEE.

78      Konsegwentement, għandu jiġi rrilevat li, billi żamm fis-seħħ leġiżlazzjoni li tipprekludi, skond l-Artikolu 59 taċ-CIR 1992, id-dritt għat-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet mingħand min iħaddem jew li jawtorizza, skond l-Artikoli 145/1 taċ-CIR 1992 u 145/3 taċ-CIR, it-tnaqqis tat-taxxa għall-kontribuzzjonijiet personali mħallsa lill-korpi stabbiliti fl-Istati membri l-oħra, li fiha toħloq, skond l-Artikolu 364(a) taċ-CIR 1992, finzjoni ġuridika, fejn jimponi skond l-Artikolu 364(b) taċ-CIR 1992, li l-kapital jew il-valuri ta’ tisrif jiġu ttrasferiti lil fond ieħor ta’ pensjoni jew ta’ korp ieħor ta’ assigurazzjoni stabbilit barra mill-Belġju, ir-Renju tal-Belġju naqas mill-jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond l-Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE, kif ukoll l-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim ŻEE.

79      Peress li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tal-Ftehim ŻEE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-libertà ta’ stabbiliment jipprekludu l-leġiżlazzjoni in kwistjoni, mhuwiex neċessarju li din il-leġiżlazzjoni tiġi eżaminata separatament fid-dawl ta’ l-Artikolu 56 KE dwar il-moviment liberu tal-kapital (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, punt 45 u Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, punt 76).

80      Konsegwentement għandu jiġi kkonstatat li :

–        billi ssuġġetta t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet mingħand min iħaddem ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja, għall-kundizzjoni, prevista fl-Artikolu 59 taċ-CIR 1992, li dawn il-kontribuzzjonijiet jitħallsu lil impriża ta’ assigurazzjoni jew lil fond ta’ previdenza stabbilit fil-Belġju;

–        billi ssuġġetta t-tnaqqis tat-taxxa fuq tfaddil għal żmien twil mogħtija skond l-Artikoli 145/1 u 145/3 taċ-CIR 1992 għall-kontribuzzjonijiet personali ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja bl-intervent ta’ min iħaddem permezz ta’ tnaqqis fuq il-ħlas tal-ħaddiem, jew permezz ta’ tnaqqis fuq il-ħlas tad-direttur ta’ l-impriza, għall-kundizzjoni li dawn il-kontribuzzjonijiet jitħallsu lil impriża ta’ assigurazzjoni jew lil fond ta’ previdenza stabbilit fil-Belġju;

–        billi ppreveda, fl-Artikolu 364(a) l-ewwel subparagrafu taċ-CIR 1992 li, fejn il-kapital, valuri ta’ tisrif mill-ġdid u t-tfaddil previsti fl-Artikolu 34 ta’ l-istess Kodiċi huma mħallsa jew attribwibbli lil persuna taxxabbli li kienet minn qabel ittrasferixxiet id-domiċilju jew l-istabbiliment fiss tal-beni tagħha f’pajjiż barrani, il-pagament jew l-attribuzzjoni jitqies li seħħ ġurnata qabel dan it-trasferiment, u jiġu assimilati ma’ attribuzzjoni, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-imsemmi Artikolu 364(a), kull trasferiment previst fl-Artikolu 34(2) u (3) ta’ l-istess Kodiċi, b’mod li kull assiguratur għandu l-obbligu li jnaqqas ħlas bil-quddiem għal-servizzi professjonali, skond l-Artikolu 270 ta’ l-imsemmi Kodiċi, fuq il-kapital u l-valuri ta’ tisrif imħallsa lil non resident li kien, fi kwalunkwe ħin, resident fiskali Belġjan safejn dawn ta’ l-aħħar ġew ikkostitwiti, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, waqt il-perijodu li fih il-persuna kkonċernata kienet resident fiskali Belġjana, anki jekk il-ftehim fiskali bilaterali konklużi mir-Renju tal-Belġju jagħtu d-dritt ta’ intaxxar ta’ tali dħul lil Stat kontraenti ieħor;

–        billi ssuġġetta, skond l-Artikolu 364(c) taċ-CIR 1992, xi trasferimenti ta’ kapital, jew tal-valuri ta’ tisrif li jikkostitwixxu l-mezz ta’ kontribuzzjonijiet mingħand min iħaddem jew ta’ kontribuzzjonijiet personali ta’ rtirar supplementari, operati mill-fondi tal-pensjoni jew il-korp ta’ assigurazzjoni li fihom ġew stabbiliti, favur il-benefiċjarju jew is-suċċessuri tiegħu fit-titlu lil fond ieħor ta’ pensjoni jew korp ta’ l-assigurazzjoni ieħor stabbilit barra mill-Belġju, filwaqt li tali trasferiment ma jikkostitwixxix operazzjoni taxxabbli jekk il-kapital jew il-valuri ta’ tisrif jiġu ttrasferiti lil fond ieħor ta’ pensjoni jew ta’ korp ieħor ta’ assigurazzjoni stabbilit fil-Belġju;

–        billi rrikjeda, fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 224(2)(a) tar-Regolament ġenerali mill-assigurazzjonijiet barranin li m’għandhomx, fil-Belġju, stabbiliment ta’ operazzjoni, li jiksbu approvazzjoni, qabel ma joffru s-servizzi tagħhom fil-Belġju, ta’ rappreżentant responsabbli residenti, li jorbot ruħu bil-miktub lejn l-Istat Belġjan, għall-ħlas tat-taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni, ta’ l-interessi u multi, li jistgħu jkunu dovuti fir-rigward tal-kuntratti dwar ir-riskji fil-Belġju;

ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond l-Artikoli 18 KE, 39 KE, 43 KE, 49 KE u 56 KE, l-Artikoli 28, 31, 36 u 40 tal-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/96 – wara riformulazzjoni l-Artikolu 5(1) u 53(2) tad-Direttiva 2002/83.

 Fuq l-ispejjeż

81      Skond l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Renju tal-Belġju tilef, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.

Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja, (it-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

1)      Billi ssuġġetta t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet mingħand min iħaddem dovuti għal assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja, għall-kundizzjoni, prevista fl-Artikolu 59 tal-Kodiċi tat-taxxi fuq id-dħul ta’ l-1992, awtorizzata bid-Digriet Irjali ta’ l-10 ta’ April 1992, kif emendat mil-liġi tat-28 ta’ April 2003, dwar il-pensjonijiet supplementari u s-sistema fiskali tagħhom u ċerti vantaġġi supplementari fir-rigward tas-sigurtà soċjali, li dawn il-kontribuzzjonijiet jitħallsu lil impriża ta’ assigurazzjoni jew lil fond ta’ previdenza stabbilit fil-Belġju;

–        billi ssuġġetta t-tnaqqis tat-taxxa fuq tfaddil għal żmien twil mogħtija skond l-Artikoli 145/1 u 145/3 tal-Kodiċi tat-taxxi fuq id-dħul ta’ l-1992 għall-kontribuzzjonijiet personali ta’ assigurazzjoni supplementari ta’ kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja bl-intervent ta’ min iħaddem permezz ta’ tnaqqis fuq il-ħlas tal-ħaddiem, jew permezz ta’ tnaqqis fuq il-ħlas tad-direttur ta’ l-impriza, għall-kundizzjoni li dawn il-kontribuzzjonijiet jitħallsu lil impriża ta’ assigurazzjoni jew lil fond ta’ previdenza stabbilit fil-Belġju;

–        billi ppreveda, fl-Artikolu 364(a) tal-Kodiċi tat-taxxi fuq id-dħul ta’ l-1992 [kif emendat mil-liġi tat-28 ta’ April 2003] li, fejn il-kapital, valuri ta’ tisrif mill-ġdid u t-tfaddil previsti fl-Artikolu 34 ta’ l-istess Kodiċi huma mħallsa jew attribwibbli lil persuna taxxabbli li kienet min qabel ittrasferixxiet id-domiċilju jew l-istabbiliment fiss tal-beni tagħha f’pajjiż barrani, il-pagament jew l-attribuzzjoni jitqies li seħħ ġurnata qabel dan it-trasferiment, u jiġu assimilati ma’ attribuzzjoni, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-imsemmi Artikolu 364(a) kull trasferiment previst fl-Artikolu 34(2) u (3), ta’ l-istess Kodiċi, tat-tip li kull assigurat għandu l-obbligu li jżomm ħlas bil-quddiem għal-servizzi professjonali, skond l-Artikolu 270 ta’ l-imsemmi Kodiċi, fuq il-kapital u l-valuri ta’ tisrif imħallsa lil non resident li kien, f’kwalunkwe ħin, resident fiskali Belġjan safejn dawn ta’ l-aħħar ġew ikkostitwiti, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, waqt il-perijodu li fih il-persuna konċernata kienet residenti fiskali Belġjana, anki jekk il-ftehim fiskali bilaterali konklużi mir-Renju tal-Belġju jagħtu d-dritt ta’ intaxxar ta’ tali dħul lil Stat kontraenti ieħor;

–        billi ssuġġetta, skond l-Artikolu 364(c) taċ-CIR 1992, xi trasferimenti ta’ kapital, jew tal-valuri ta’ tisrif li jikkostitwixxu l-mezz ta’ kontribuzzjonijiet mingħand min iħaddem jew ta’ kontribuzzjonijiet personali ta’ rtirar supplementari, operati mill-fondi tal-pensjoni jew il-korp ta’ assigurazzjoni li fihom ġew stabbiliti, favur il-benefiċjarju jew is-suċċessuri tiegħu fit-titlu lil fond ieħor ta’ pensjoni jew korp ta’ l-assigurazzjoni ieħor stabbilit barra mill-Belġju, filwaqt li tali trasferiment ma jikkostitwixxix operazzjoni taxxabbli jekk il-kapital jew il-valuri ta’ tisrif jiġu ttrasferiti lil fond ieħor ta’ pensjoni jew ta’ korp ieħor ta’ assigurazzjoni stabbilit fil-Belġju;

–        billi rrikjeda, fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 224(2)(a) tar-Regolament ġenerali dwar it-taxxi assimilati mal-boll tad-Digriet Irjali tat-3 ta’ Marzu 1927, kif emendat mid-Digriet Irjali tat-30 ta’ Luju 1994, mill-assigurazzjonijeit barranin li m'għandhomx fil-Belġju stabbiliment ta’ operazzjoni, li jiksbu approvazzjoni, qabel ma joffru s-servizzi tagħhom fil-Belġju, ta’ rappreżentant responsabbli residenti, li jorbot ruħu bil-miktub lejn l-Istat Belġjan, għall-ħlas tat-taxxa annwali fuq il-kuntratti ta’ assigurazzjoni, ta’ l-interessi u multi, li jistgħu jkunu dovuti fir-rigward tal-kuntratti dwar ir-riskji fil-Belġju;

ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi li huwa għandu skond l-Artikoli 18 KE, 39 KE, 43 KE, 49 KE u 56 KE, l-Artikoli 28, 31, 36 u 40 tal-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, kif ukoll l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/96 – wara riformulazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) u 53(2) tad-Direttiva 2002/83, l-Artikoli 5(1) u 53(2) tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jikkonċernaw l-assigurazzjoni fuq il-ħajja.

2)      Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)      Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati l-ispejjez.

Firem


* Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.