Language of document : ECLI:EU:C:2011:688

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIENI AWLA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

25 ta’ Ottubru 2011 (*)

“Tħassir”

Fil-Kawża C‑313/10,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landesarbeitsgericht Köln (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ April 2010, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-29 ta’ Ġunju 2010, fil-proċedura

Land Nordrhein-Westfalen

vs

Sylvia Jansen,

LE PRÉSIDENT DE LA DEUXIÈME CHAMBRE DE LA COUR,

wara li sema’ lill-Avukat Ġenerali, N. Jääskinen,

jagħti l-preżenti

Digriet

1        Permezz ta’ ittra tas-6 ta’ Ottubru 2011, li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-13 ta’ Ottubru 2011, il-Landesarbeitsgericht Köln informat lill-Qorti tal-Ġustizzja li l-kawża prinċipali ma kienx għad għandha skop u li, konsegwentement, hija kienet qiegħda tirtira t-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari.

2        F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi ordnat it-tħassir tal-kawża preżenti mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3        Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

Għal dawn il-motivi, il-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja jordna:

Il-Kawża C‑313/10 hija mħassra mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Mogħti fil-Lussemburgu, fil-25 ta’ Ottubru 2011

Reġistratur

 

      Il-President tat-Tieni Awla

A. Calot Escobar

 

       J.N. Cunha Rodrigues


* Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.