Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-47/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi tas-sħana – Deċiżjoni li tikkonstata żewġ okkorrenzi ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Tul tal-ksur – Preskrizzjoni – Tul tal-proċedura amministrattiva – Terminu raġonevoli – Drittijiet tad-difiża – Imputazzjoni tal-ksur – Ksur imwettaq mis-sussidjarji, minn partenarjat mingħajr personalità ġuridika u minn sussidjarja – Kalkolu tal-ammont tal-multi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Akzo Nobel Chemicals GmbH (Düren, il-Ġermanja); Akzo Nobel Chemicals BV (Amersfoort, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Akcros Chemicals Ltd (Warwickshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment C. Swaak u M. van der Woude, sussegwentement C. Swaak u R. Wesseling, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, sussegwentement F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi tas-sħana), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.

Dispożittiv

L-Artikolu 2(4), (6), (21) u (23) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi tas-sħana) huwa annullat sa fejn ġew imposti multi fuq Akzo Nobel Chemicals GmbH u fuq Akzo Nobel Chemicals BV.L-ammont totali tal-multi imposti fl-Artikolu 2(1) sa (7) u (18) sa (24) tad-Deċiżjoni C (2009) 8682 finali tnaqqas għal EUR 40.194 miljun għal Akzo Nobel NV u għal EUR 11.881980 miljun għal Akcros Chemicals Ltd.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati żewġ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż ta’ Akzo Nobel, ta’ Akzo Nobel Chemicals GmbH, ta’ Akzo Nobel Chemicals BV u ta’ Akcros Chemicals u tliet partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha. Akzo Nobel, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV u Akcros Chemicals għandhom ibatu, min-naħa tagħhom, tliet partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tagħhom u żewġ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.

____________

1 ĠU C 100, 17.4.2010.