Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (Ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Mejju 2018 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs The Chancellor, Masters and Scholars of the University of Cambridge

(Kawża C-316/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Konvenuti: The Chancellor, Masters and Scholars of the University of Cambridge

Domandi preliminari

Għandha ssir kwalunkwe distinzjoni bejn tranżazzjonijiet eżenti u mhux taxxabbli bl-iskop li jiġi deċiż jekk il-VAT imħallsa għall-iskopijiet ta’ dawn it-tranżazzjonijiet tagħti dritt għal tnaqqis?

Meta jiġġarrbu spejjeż ta’ ġestjoni biss fir-rigward ta’ attività ta’ investiment mhux taxxabbli, huwa madankollu possibbli li ssir ir-rabta neċessarja bejn dawk l-ispejjeż u l-attivitajiet ekonomiċi li huma ssussidjati bid-dħul mill-investiment li jiġi prodott bħala riżultat tal-investimenti, sabiex jiġi permess dritt għal tnaqqis tal-VAT b’riferiment għan-natura u għall-firxa tal-attività ekonomika tal-output li tagħti dritt għal tnaqqis tal-VAT? Sa liema punt huwa rilevanti li jiġi kkunsidrat l-għan li fir-rigward tiegħu ser jiġi użat id-dħul iġġenerat?

Għandha ssir distinzjoni bejn il-VAT imħallsa għall-iskop li jiġi pprovdut il-kapital għal negozju u l-VAT li tipproduċi hija stess fluss tad-dħul, distinta minn kwalunkwe fluss ta’ dħul derivat mill-attività ekonomika tal-output?

____________