Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Letrado de la Administración de Justicia del Juzgado de Violencia sobre la mujer único de Terrassa (Spanja) fit-18 ta’ Novembru 2015 – María Assumpció Martínez Roges vs José Antonio García Sánchez

(Kawża C-609/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Letrado de la Administración de Justicia, Titular de la Secretaría del Juzgado de Violencia sobre la mujer único de Terrassa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Assumpció Martínez Roges

Konvenut: José Antonio García Sánchez

Domandi preliminari

L-Artikoli 34 u 35 (Liġi 1/2000) huma inkompatibbli mal-Artikoli 6(1) u 7(2) tad-Direttiva 93/13/KEE 1 u mal-Artikoli 6(1)(d), 11 u 12 tad-Direttiva 2005/29/KE 2 , sa fejn jipprekludu l-verifika ex officio tal-eventwali klawżoli inġusti jew prattiċi kummerċjali żleali inklużi f’kuntratti bejn avukati u persuni fiżiċi li jaġixxu b’għan barra mill-isfera tal-attività professjonali tagħhom?

L-Artikoli 34 u 35 (Liġi 1/2000) huma inkompatibbli mal-Artikoli 6(1) u 7(2) u mal-punt 1(q) tal-Anness għad-Direttiva 93/13/KEE, sa fejn jipprekludu l-produzzjoni tal-prova fil-proċedura amministrattiva għall-irkupru ta’ onorarji mhux imħallsa bil-għan tar-riżoluzzjoni tat-tilwima?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 2, p. 288)

2 Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 2)