Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-3 ta’ April 2018 – Pauline Stiernon, Marion Goraguer, Muriel Buccarello, Clémentine Vasseur, Manon Pirotton, Anissa Quotb vs Etat belge SPF Santé publique, Communauté française de Belgique

(Kawża C-237/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pauline Stiernon, Marion Goraguer, Muriel Buccarello, Clémentine Vasseur, Manon Pirotton, Anissa Quotb

Konvenuti: Etat belge SPF Santé publique, Communauté française de Belgique

Domanda preliminari

Sa fejn id-Digriet Irjali tat-02/07/2009 li jistabbilixxi l-lista ta’ professjonijiet paramediċi ma jinkludix it-terapija psikomotorja bħala professjoni paramedika filwaqt li ġiet maħluqa lawrea ta’ Baċellerat fit-terapija psikomotorja fil-Belġju, fejn b’hekk ikun hemm restrizzjoni tal-libertà ta’ moviment tal-persuni, tad-dritt għal-libertà professjonali u tad-dritt għax-xogħol, dan jikser l-Artikoli 20, 21 u 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?

____________