Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2014 – Saint-Gobain Glass France et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-56/09 u T-73/09) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Akkordji ta’ qsim ta’ swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Multi – Applikazzjoni retroattiva tal-linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Valur tal-bejgħ – Reċidiva – Ammont addizzjonali – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Limitu tal-multa – Dħul mill-bejgħ konsolidat tal-grupp”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Saint-Gobain Glass France SA (Courbevoie, Franza); Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG (Aachen, il-Ġermanja); Saint-Gobain Sekurit France SAS (Thourotte, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn B. van de Walle de Ghelcke, B. Meyring, E. Venot u M. Guillaumond, sussegwentement minn B. Van de Walle de Ghelcke, B. Meyring u E. Venot, avukati) (Kawża T-56/09); u Compagnie de Saint-Gobain SA (Courbevoie) (rappreżentanti: P. Hubert u E. Durand, avukati) (Kawża T-73/09)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bouquet, F. Castillo de la Torre, M. Kellerbauer u N. von Lingen, sussegwentement minn A. Bouquet, F. Castillo de la Torre, M. Kellerbauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Karlsson u F. Florindo Gijón, aġenti)

Suġġett

Talbiet għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009, u permezz tad-Deċiżjoni C (2013) 1118 finali, tat-28 ta’ Frar 2013, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal annullament tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni sa fejn din timponi multa fuq ir-rikorrenti jew, iktar sussidjarjament, talbiet għal tnaqqis tal-ammont ta’ din il-multa.DispożittivIl-Kawżi T-56/09 u T-73/09 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.L-ammont tal-multa impost in solidum fuq Saint-Gobain Glass France SA, Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG, Saint-Gobain Sekurit France SAS u fuq il-Compagnie de Saint-Gobain SA, fl-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009, u permezz tad-Deċiżjoni C (2013) 1118 finali, tat-28 ta’ Frar 2013, huwa stabbilit għal EUR 715 miljun.Il-kumplament tar-rikorsi huma miċħuda.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, bl-eċċezzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li l-ispejjeż tiegħu għandhom jitħallsu minn Saint-Gobain Glass France, Saint-Gobain Sekurit Deutschland u Saint-Gobain Sekurit France.