Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Cantabria (Spanja) fis-7 ta’ Awwissu 2015 – Liberbank, S.A. vs Rafael Piris del Campo

(Kawża C-431/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Cantabria – Sección 4

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Liberbank, S.A.

Konvenut: Rafael Piris del Campo

Domandi preliminari

Il-limitazzjoni tal-effetti retroattivi tan-nullità ta’ klawżola ta’ rata minima inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi hija kompatibbli mal-prinċipju li l-klawżoli inġusti ma humiex vinkolanti u mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE 1 , tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

Iż-żamma tal-effetti li jirriżultaw minn klawżola ta’ rata minima li ddaħħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi ddikjarata nulla minħabba li din il-klawżola tirriżulta li hija inġusta hija kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

Il-limitazzjoni tal-effetti retroattivi tan-nullità ta’ klawżola ta’ rata minima inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi minħabba li hemm riskju ta’ tħarbit gravi b’effett fuq l-ordni pubbliku ekonomiku u l-bona fide hija kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, meta titressaq azzjoni individwali għal nullità ta’ klawżola inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi, il-preżunzjoni ta’ riskju ta’ tħarbit gravi b’effett fuq l-ordni pubbliku ekonomiku hija kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, jew dan ir-riskju għandu jiġi evalwat u vvalutat fid-dawl tad-data ekonomika konkreta li minnha tinsilet ir-riperkussjoni makroekonomika tal-għoti ta’ effetti retroattivi f’każ ta’ nullità ta’ klawżola inġusta?Min-naħa l-oħra, meta titressaq azzjoni individwali ta’ nullità ta’ klawżola inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi, il-fatt li l-eżistenza ta’ riskju ta’ tħarbit gravi b’effett fuq l-ordni pubbliku ekonomiku tiġi evalwata fid-dawl tal-effetti ekonomiċi li jkollu l-eżerċizzju potenzjali ta’ azzjoni individwali mressqa minn numru kbir ta’ konsumaturi huwa kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993? Jew, kuntrarjament, dan ir-riskju għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-effett ekonomiku fuq l-ekonomija tal-azzjoni individwali konkreta mressqa mill-kosumatur?Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, il-fatt li għall-evalwazzjoni tal-bona fide l-aġir tal-bejjiegħ jew tal-fornitur jiġi evalwat in abstracto, h

uwa kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?Jew, bil-kontra, huwa neċessarju li l-imsemmija bona fide tiġi eżaminata u evalwata f’kull każ konkret fid-dawl tal-aġir konkret segwit mill-bejjiegħ jew mill-fornitur fil-kuntest tal-konklużjoni tal-kuntratt u l-inklużjoni tal-klawżola inġusta fil-kuntratt, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.