Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Markus D. (C-358/13) u G. (C-181/14)

(Kawżi Magħquda C-358/13 u C-181/14) 1

(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Kamp ta’ applikazzjoni – Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ ‘prodott mediċinali’ – Portata tal-kriterju dwar il-kapaċità li jiġu mmodifikati l-funzjonijiet fiżjoloġiċi – Prodotti b’bażi ta’ pjanti aromatiċi u ta’ kannabinojdi – Esklużjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

Markus D. (C-358/13) u G. (C-181/14)

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi s-sustanzi, bħal dawk fil-kawża prinċipali, li jipproduċu effetti li jillimitaw ruħhom li jbiddlu l-funzjonijiet fiżjoloġiċi, mingħajr ma jkunu xierqa sabiex iwasslu għall-effetti benefiċi, fl-immedjat jew fuq perijodu ta’ żmien, fuq is-saħħa tal-bniedem li huma kkonsmati biss sabiex jikkawżaw stat ta’ intossikazzjoni u huma fihom infushom ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem.

____________

1 ĠU C 325, 9.11.2013

ĠU C 212, 7.7.2014.