Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Novembru 2015 – Stichting Brein, Partijiet oħra: Ziggo BV u XS4ALL Internet BV

(Kawża C-610/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Brein

Partijiet oħra: Ziggo BV, XS4ALL Internet BV

Domandi preliminari

L-amministratur ta’ sit internet jagħmel komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 1 , meta ebda xogħol protett ma jkun jinsab fuq dan is-sit, iżda jkun hemm sistema [...] li permezz tagħha metadata dwar xogħlijiet protetti li tinsab fuq il-kompjuters tal-utenti tiġi indiċjata u kklassifikata għall-utenti b’tali mod li dawn tal-aħħar ikunu jistgħu b’hekk jittraċċaw, itellgħu u jniżżlu x-xogħlijiet protetti?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva:

L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29 u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48 2 jippermettu li tingħata ordni kontra intermedjarju fis-sens tal-imsemmija dispożizzjonijiet meta dan l-intermedjarju jiffaċilita l-atti ta’ ksur imwettqa minn terzi bil-mod imsemmi fl-ewwel domanda?

____________

1 Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).

2 Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).