Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fis-26 ta’ Frar 2018 – Agostinho da Silva Martins vs Dekra Claims Services Portugal SA
(Kawża C-149/18)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Agostinho da Silva Martins
Konvenuta: Dekra Claims Services Portugal SA
Domandi preliminari
a) Għandu jitqies li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Portugall tipprevali bħala regola imperattiva derogatorja, fis-sens tal-Artikolu 16 tar-Regolament “Ruma II” 1 ?
b) Din l-istess leġiżlazzjoni tista’ tinftiehem bħala dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju li tistabbilixxi regola ta’ kunflitt ta’ liġijiet, fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolament “Ruma II”?
c) Din tista’ tinftiehem fis-sens li fir-rigward ta’ ċittadin Portugiż li ġarrab inċident tat-traffiku fi Spanja, għandha tapplika r-regola ta’ preskrizzjoni prevista fl-Artikolu 498(3) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż, fis-sens tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/103/KE 2 ?
____________
1 Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU 2007, L 199, p. 40).
2 Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).