Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Novembru 2014 – X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-528/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

Ir-Regolament Nru 1186/2009 1 jinkludi l-possibbiltà li persuna fiżika jkollha, fl-istess ħin, ir-residenza normali tagħha kemm fi Stat Membru kif ukoll f’pajjiż terz u, jekk dan huwa l-każ, l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 3 tapplika għall-proprjetà personali li ġew ittrasferiti fl-Unjoni Ewropea meta [din il-persuna fiżika] ma jibqax ikollha r-residenza normali tagħha fil-pajjiż terz?Jekk ir-Regolament Nru 1186/2009 jeskludi li jkun hemm residenza normali doppja u jekk evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha ma tkunx suffiċjenti sabiex tiġi ddeterminata r-residenza normali, liema regola jew liema kriterji għandhom jintużaw sabiex jiġi ddeterminat, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, f’liema pajjiż il-persuna kkonċernata għandha r-residenza normali tagħha f’każ bħal dak f’din il-kawża fejn din tal-aħħar għandha kemm rabtiet personali kif ukoll rabtiet professjonali fil-pajjiż terz u rabtiet

personali fl-Istat Membru?