Language of document :

Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2014 minn Aguy Clement Georgias, Trinity Engineering (Private) Ltd, Georgiadis Trucking (Private) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-18 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-168/12 – Georgias et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-545/14 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Aguy Clement Georgias, Trinity Engineering (Private) Ltd, Georgiadis Trucking (Private) Ltd (rappreżentanti: H. Mercer, QC, u I. Quirk, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla kompletament id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali;

tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali (ħlief għad-danni, li għandhom jiġu stmati mill-Qorti Ġenerali);

alternattivament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-partijiet l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jressqu erba’ aggravji:

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li r-Regolament Nru 314/2004 1 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) jagħti lill-Kunsill id-dritt li jinkludi persuni fl-Anness ta’ dan ir-regolament sempliċement fuq il-bażi li dawn kienu membri fil-Gvern taż-Żimbabwe (punti 56 u 66 tas-sentenza appellata)

Ir-Regolament għandu jiġi interpretat b’mod konformi mal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK 2 (iktar ’il quddiem il-“Pożizzjoni Komuni”), li kien intiż li jimplementa

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni, li kien jeżiġi li l-persuni inklużi fl-Anness kellhom ikunu wkoll involuti f’attivitajiet li jikkostitwixxu theddida serja għad-demokrazija, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali żbaljat meta tat interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 5(1) tal-Pożizzjoni Komuni, li waslitha sabiex tapplika b’mod żbaljat ir-Regolament (punt 57 tas-sentenza appellata)

Għall-kuntrarju tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, l-Artikolu 5(1) tal-Pożizzjoni Komuni ma kienx jipprovdi li l-persuni inklużi fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni u tar-Regolament kellhom ikunu membru tal-Gvern jew persuna involuta f’attivitajiet li jikkostitwixxu theddida serja għad-demokrazija, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe

Fil-fatt, il-Pożizzjoni Komuni, u għalhekk ir-Regolament, kienet teżiġi li l-persuni inklużi fl-Anness kellhom jaqgħu f’dawn iż-żewġ kategorijiIt-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tagħha taż-żieda tal-kliem “b’hekk” (“as such”) (miżjuda fil-25 ta’ Ġunju 2007) mal-ġustifikazzjoni għall-inklużjoni tas-Senatur Georgias fl-Anness tar-Regolament (u tal-Pożizzjoni Komuni) bħala “sempliċi preċiżjoni” li l-istatus bħala membru tal-gvern huwa biżżejjed, waħdu, għall-inklużjoni tal-persuna kkonċernata (punt 58 tas-sentenza appellata)Il-kliem miżjuda fir-rigward tal-inklużjoni tas-Senatur Georgias kellhom jiġu interpretati, skont il-liġi, bħala rikonoxximent tar-rekwiżit li jkun issodisfatt l-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni, minbarra s-sempliċi fatt li l-persuna tkun membru tal-gvern, u dan peress li l-kliem inkluża wara l-espressjoni “b’hekk” jirriflettu preċiżament ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4Il-Qorti Ġ

enerali żbaljat meta interpretat iż-żieda ta’ dawn il-kliem bħala “sempliċi preċiżjoni” li l-istatus bħala membru tal-gvern kien biżżejjed għall-finijiet tal-inklużjoniIr-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li, fir-rigward tal-motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, is-Senatur Georgias ma kienx spjega l-argumenti li fuqhom kien ser jibbaża ruħu li kieku kien instema’ (punt 108 tas

-sentenza appellata)Fir-rikors ġie indikat b’mod ċar li s-Senatur Georgias kien kiteb lill-Kunsill (u l-ittra kienet prodotta) u sussegwentement kien tneħħa mil-listaBarra minn hekk, ir-rikors indika lista twila ta’ punti li kienu manifestament jitqajmu quddiem il-Kunsill li kieku s-Senatur Georgias ingħata din l-opportunitàF’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali

wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li s-Senatur Georgias ma kienx spjega l-argumenti li fuqhom kien ser jibbaża ruħu li kieku kien instema’

____________

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru

 314/2004, tad-19 ta’ Frar 2004, dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigwar[d] taż-Żimbabwe (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 3, p. 50). Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/PESK, tad-19 ta’ Frar 2004, li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbab