Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tal-24 ta' Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien - l-Awstrija) - Peter Hehenberger vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(C-188/11) 

(Agrikoltura - Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) - Regolamenti (KE) Nru 1257/1999 u Nru 817/2004 - Sostenn għall-metodi ta' produzzjoni agroambjentali - Spezzjoni - Benefiċjarju ta' għajnuna agrikola - Fatt li tiġi prekluża spezzjoni fuq il-post - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ ir-rimbors tal-għajnuna kollha mħallsa matul numru ta' snin - Kompatibbiltà)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Hehenberger

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien - Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391) kif ukoll tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta' April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 46, p. 87) - Spezzjonijiet u sanzjonijiet - Leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprovdi, fil-każ fejn benefiċjarju ta' għajnuna agrikola jipprekludi miżura ta' kontroll, ir-restituzzjoni tal-għajnuna kollha mogħtija matul perijodu ta' 5 snin - Proporzjonalità

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta' Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti, moqri flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta' April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, ma jipprekludix regolament nazzjonali li jipprevedi li meta l-ispezzjoni li kienet ser issir fuq is-superfiċji kkonċernati tiġi prekluża mill-bidwi benefiċjarju tal-għajnuna, l-għajnuna kollha li tkun ingħatat u tħallset lil dan tal-aħħar fil-kuntest ta' miżura agroambjentali matul il-perijodu ta' impenn għandha tiġi rrimborsata, anki meta din l-għajnuna tkun diġà ġiet imħallsa matul numru ta' snin.

____________

1 - ĠU C 211, 16.07.2011.