Language of document :

Appell ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2015 minn Ferriera Valsabbia SpA, Valsabbia Investimenti SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-92/10, Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-86/15 P)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ferriera Valsabbia SpA, Valsabbia Investimenti SpA (rappreżentanti: D.M. Fosselard, avukat, D. Slater, Solicitor, A. Duron, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza kkontestata mogħtija mill-Qorti Ġenerali, għar-raġunijiet indikati hawn taħt;

u, billi tiddeċiedi b’mod definittiv skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, tannulla d-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna lill-appellanti;

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tasal għall-konklużjoni li ebda raġuni ma tippermetti li d-deċiżjoni tiġi annullata kollha kemm hi, tnaqqas il-multa imposta fuq l-appellanti għar-raġunijiet indikati hawn fuq;

iktar sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddeċidix b’mod definittiv dwar il-kawża, tirriżerva l-ispejjeż u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid, b’mod konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 69 tar-Regoli tal-Proċedura, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti iqajmu l-aggravji segwenti:

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 10 tar-Regolament 773/2004 1 . B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni kienet intitolata tadotta mill-ġdid id-deċiżjoni kkontestata fil-kuntest tal-proċedura tal-ewwel istanza (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni”) mingħajr ma jkun neċessarju li tintbagħat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida minn qabel.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 14 tar-Regolament 773/2004. Il-ksur jinsab fil-fatt li l-Qorti Ġenerali stabbilixxiet li l-Kummissjoni setgħet tadotta d-Deċiżjoni mill-ġdid, abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament 1/2003 2 , mingħajr ma r-rappreżentanti tal-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jisimgħu lill-impriżi direttament.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ kulleġjalità. Il-Qorti Ġenerali qieset li l-Kummissjoni kienet intitolata tadotta d-Deċiżjoni skont proċedura li permezz tagħha l-Kulleġġ ma adottax it-test sħiħ tad-Deċiżjoni f’mument wieħed iżda tabilħaqq adotta żewġ partijiet tad-Deċiżjoni f’żewġ mumenti differenti, billi bbaża ruħu fuq il-fatt li meħuda flimkien, dawn iż-żewġ partijiet setgħu jikkostitwixxu Deċiżjoni sħiħa.

Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti jilmentaw dwar ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan il-ksur jieħu l-forma tal-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tad-dritt tal-appellanti li l-kawża tagħhom tinstema’ fi żmien raġonevoli. B’mod partikolari, għaddew madwar tliet snin bejn l-għeluq tal-fażi bil-miktub u d-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-fażi orali mill-Qorti Ġenerali. Tali dewmien kiser id-dritt, previst fl-Artikolu 47 tal-Karta, għal rimedju effettiv u d-dritt ta’ smigħ fi żmien raġonevoli. Il-ksur tal-Artikolu 47 f’dan il-każ jidher li huwa partikolarment gravi b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-appellanti kellhom jistennew iktar minn erbatax-il sena sabiex qorti (il-Qorti Ġenerali) tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu, peress li l-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet annullata għal motivi proċedurali fi tmiem proċedura li damet madwar seba’ snin.Permezz tal-ħames aggravju, l-appellanti jilmentaw dwar ksur tal-Artikolu 65 tat-Trattat KEFA. B’mod iktar partikolari, l-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali injorat il-qafas speċifiku tat-Trattat KEFA u l-obbligi ta’ pubbliċità u ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni imposti fuq l-impriżi skont it-Trattat, li wassal għal applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-kunċett ta’ akkordju. L-appellanti jqisu li l-pubbliċità, barra minn hekk ripetuta matul iż-żmien, ta’ listi tal-prezzijiet mhux f’allinjament mal-prezz propost fil-kuntest tal-akkordju, kellha l-effett li tinterrompi l-akkordju li l-għan tiegħu, skont il-Qorti Ġenerali, kien li jiffissa prezzijiet minimi. Il-Qorti Ġenerali madankollu qieset li kien neċessarju li da

wn jitbiegħdu b’mod pubbliku saħansitra iktar.Permezz tas-sitt aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali interpretat fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem meta qieset li t-tul tal-proċedura amministrattiva (jiġifieri quddiem il-Kummissjoni Ewropea) ma kinitx eċċessiva fis-sens tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq. F’dan il-każ, il-proċedura amministrattiva damet, globalment, kważi 54 xahar meta’ wieħed jgħodd il-proċedura inizjali u l-proċedura sussegwenti ta’ adozzjoni mill-ġdid. Barra minn hekk, iż-żmien ta’ iktar minn sentejn sabiex il-Kummssjoni adottat mill-ġdid id-Deċiżjoni jidher eċċessiv. Il-motivazzjoni invokata mill-Qorti Ġenerali sabiex tiġġustifika t-tul tal-proċedura ta’ adozzjoni mill-

ġdid hija inadegwata u kontradittorja, minbarra li l-ksur tal-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti Ġenerali huwa manifest.Permezz tas-seba’ aggravju, l-appellanti jilmentaw li hemm ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament 1/2003 u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. B’mod partikolari, il-Kummissjoni f’dan il-każ qasmet lill-impriżi fi gruppi sabiex tistabbilixxi s-sanzjoni bażika applikabbli għal kull impriża, filwaqt li ppruvat, skont dak li jinsab sostnut fid-Deċiżjoni, li żżomm proporzjon bejn is-sehem mis-suq medju ta’ kull grupp u l-multa bażika imposta fuq kull waħda mid-diversi impriżi fi ħdan kull grupp. Minkejja li hija sussegwentement irrikonoxxiet li l-Kummissjoni ssottovalutat is-sehem mis-suq medju ta’ wieħed minn dawn il-gruppi, b’mod li r-relazzjoni ta’ proporzjonalità li l-Kummissjoni xtaqet iżżomm ma nżammitx, il-Qorti Ġenerali ma qisitx li kien neċessarju

li din ir-relazzjoni tiġi stabbilita mill-ġdid.