Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Frar 2018 – Vanessa Gambietz vs Erika Ziegler

(Kawża C-131/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vanessa Gambietz

Konvenuta: Erika Ziegler

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-somma fissa ta’ EUR 40 msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dik id-direttiva għandha titnaqqas mill-ispejjeż legali esterni mġarrba b’konnessjoni mal-istruzzjoni li ngħatat minn avukat fil-fażi prekontenzjuża wara d-dewmien fil-ħlas min-naħa tad-debitur, u għalhekk huma rimborsabbli skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva?

____________

1 ĠU 2011, L 48, p. 1.